Jista' l-Ministru jikkunsidra l-possibilita' li parti mill-fondi għall-kawżi ġusti, taħt regolamenti stretti, jintużaw biex jitħallsu partijiet mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' l-istess għaqdiet, għaliex żgur li bosta minn dawn l-għaqdiet qed iservu ta' inċentiv għal skopijiet soċjali-lokali?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Xiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Ta' liema marka, x'tip kienu u kemm qamu?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ażjendi li llum qegħdin joperaw fil-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li ġejjin, uffiċjali mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, flimkien ma’ uffiċjali oħra mill-MIP, ser ikunu qed jagħtu bidu għal eżerċizzju, sabiex jiġi stabbilit in-numru eżatt u min huma l-ażjendi li llum għad għandhom id-dritt li joperaw mill-villaġġi tas-snajja ta’ Ta’ Qali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li tiġi rranġata s-sitwazzjoni tal-pensjoni tal-Pulizija, biex din ukoll tibda tiżdied skond l-inflazzjoni u l-għoli tal-ħajja?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kull pensjoni tat-Teżor tinħadem fuq l-aħħar paga li jkollha l-persuna qabel ma tirtira mis-servizz, jew mill-korp. Dan huwa stabbilit bil-liġi u għaldaqstant kull tibdil irid isir b'emendi strutturali fil-leġislazzjoni.
Meta persuna tirtira mis-servizz din tibqa’ tieħu l-istess pensjoni tat-Teżor għal dejjem. Meta din il-persuna tilħaq l-eta ta’ 61 sena, din tibda tirċievi wkoll il-pensjoni tas-sigurta' soċjali. Iż-żiediet tal-għoli tal-ħajja normalment dejjem jingħataw mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali mal-pensjoni tagħhom.
Diskussjonijiet Bejn Malta u Brażil — Kumpanniji li joperaw fiż-żewġ pajjiżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’ġie diskuss ma’ delegazzjoni Brażiljana li xi ftit tal-jiem ilu kienet f'pajjizna? Jista’ jgħid jekk hemmx prospetti pożittivi għall-ħidma bejn Malta u l-Brażil u kumpanniji rispettivi li joperaw fiż-żewġ pajjiżi?
Response (FENECH, TONIO)
Id-Delegazjoni Brażiljana żaret Malta bħala parti mill-progamm ta’ l-Unjoni Ewropeja illi jgħati ċ-ċans sabiex jitkabbru ir-relazjonijiet bejn il-pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropeja u dawk tal-Amerika Latina.
Id-delegazzjoni mill-Gvern Brażiljan kienet tikkonsisti minn Ministri tal-Ekonomija, Kummerċ u Industrija. Dawn iltaqgħu ma’ diversi entitajiet Maltin inkluż miegħi bħala l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
l-aġenda prinċipali tad-diskussjonijiet kienet tikkonsiti dwar it-tisħiħ tar-relazjonijiet kummerċjali, inkluż il-possibiltà ta’ Trattati dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja u ta’ Protezjoni ta’ Investiment. Dan kollu jwassal għal strutturi stabbiliti li jiffaċilitaw investiment bejn iż-żewġ naħat u skambju aħjar ta’ kummerċ.
Jista' l-Ministru jiddikjara jekk il-ħlas hekk imsejjaħ late payment fee li kumpannija tiċċarġja fuq kontijiet li ma jitħallsux fi żmien tlett ijiem li jiġu rċevuti, liema pagament ġieli jkun daqs jew akbar mill-ammont dovut hux legalment korrett u ġust? Jaħseb li dan l-aġir huwa forma ta' użura?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob l-Onor. Interpellant sabiex jindika għal liema kumpaniji qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jagħi statistika ta' kemm twieldu tfal fl-2008, fl-1998, fl-1988, fl-1978 u fl-1968? Jista jagħti l-popolazzjoni bil-gender? Jista' jgħid jekk hemmx miżuri ħalli jħajjru iktar koppji jkollhom iktar tfal fix-xhur u snin li ġejjin milli qed jkollhom illum?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna ngħatat lil ażjendi li ltaqgħu ma’ diffikultajiet bħal dak li tħabbar fil-media fir-rigward tal-Kumpannija Methode? Kemm kienet l-għajnuna f’kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mhux possibbli tingħata din l-informazzjoni minħabba li hi ta’ natura kummerċjali. Tajjeb li l-Onorevoli Interpellant japprezza illi dawn huma negozjati ta’ natura kummerċjali li jinvolvu informazzjoni finanzjarja sensittiva tal-pożizzjoni tal-kumpanija rispettiva, liema kumpanija ħafna drabi jkollha azzjonisti attivi.
Jista' l-Ministru jikkonferma f'liema xhur saru l-pagamenti tal-iskemi tal-irtirar kmieni mit-Tarzna mħabbra mill-Gvern is-sena li għaddiet? Kemm kien l-ammont totali mħallas f'dawn l-iskemi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li Għawdex ħa kull sena mill-1999 ’l hawn mill-għajnuna finanzjarja li Malta rċeviet minn pajjiżi, istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet barranini, inklużi l-Unjoni Ewropea u l-EEA/Norway, eċċ? Jista' jgħid mil-liema pajjiż/istituzzjoni/organizzazzjoni/eċċ ġew il-fondi? X’kien is-sors tagħhom? Għal liema skop/proġett intużaw dawn il-fondi?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5177 dwar l-EU Cohesion and Structural
Funds
, jista’ l-Ministru jgħid għar-rigward il-
Gozo Related Projects
:
a) Għal xiex saru l-pagamenti lill-benefiċjarji barranin u lill-Korporazzjoni Enemalta?
b) Kemm tħallsu fondi għal konsulenzi u lil min?
ċ) Kemm tħallsu fondi għal xiri ta’ għamara, apparat, makkinarju u materjal u lil min?
d) Kemm tħallsu fondi għal kiri ta’ makkinarju u lil min?
e) Kemm tħallsu fondi għal trasport u lil min?
f) Għal liema proġetti saru l-pagamenti lill-KRAM
Joint Venture
, lill-MAC
Joint Venture
u lil C&F
and
CPI
Joint Venture
? Għal liema servizzi jew provvisti saru l-pagamenti u kemm kienu l-ammonti f’kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6881, 6504, 5926 u 5595 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali u l-Gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5595.
Malta Enterprise — Ftehim mal-inkwilini tal-fabbriki
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5548, jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli jiġu konklużi t-348 letter of intent jew ittra ta' allokazzjoni ma' dawk konċernati? X'ħidma qed issir fil-preżent dwar dan?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi hemm diversi raġunijiet għaliex il-kuntratti rilevanti ma setgħux jiġu konklużi b’mod spedizju. Bħalissa qiegħed isir eżercizzju biex fejn ikun il-każ, jiġu konklużi l-kuntratti appożiti. Madankollu, dan mhux eżerċizzju faċli in vista tal-fatti li kull każ għandu l-istorja tiegħu li trid tittiehed in konsiderazzjoni qabel ma jista’ jiġi konkluż xi ftehim.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6873 u jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jiġix ikkonsultat dwar permessi li jinħarġu marbuta ma’ gambling u ħwienet li fetħu u qed jiftħu f’postijiet ċentrali bħal pjazez u toroq ċentrali f’diversi rħula u bliet madwar Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll teżistix xi policy marbuta ma’ dan it-tip ta’ logħob u gambling?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6866 u jgħid x’għajnuna ngħatat lil ażjendi li ltaqgħu ma’ diffikultajiet bħal dak li tħabbar fil-media fir-rigward tal-Kumpannija Methode? Kemm kienet l-għajnuna f’kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6866.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati konvenji matul is-snin 2007 u 2008, kull sena separatament? Kemm saru kuntratti matul l-istess snin? Kemm ġew reġistrati konvenji matul din is-sena (2009) sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ konvenji reġistrati matul is-snin 2007, 2008 u sat-23 ta’ Marzu, 2009 huwa 9,086, 7414 u 1,386 rispettivament, fil-waqt li fis-sena 2007 ġew irreġistrati 14,615 il-kuntratt u fis-sena 2008 ġew irreġistrati 12,173.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6920 u jgħid kemm minn fost l-immigranti irregolari li ġew Malta fl-aħħar għaxar snin:
a) iżżewġu Malti/ija?
b) iżżewġu barrani/ja imma stabilixxew rwieħhom hawn?
ċ) jaħdmu bi qliegħ u jħallsu l-bolla u taxxa?
d) iħaddmu n-nies magħhom?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6919 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inġibdu films f'Malta sena b'sena mill-1999 sal-lum? Kemm hu prospettat li jinġibdu films fil-bqija tas-sena? X'se jkun il-budget tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.