Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jinbeda x-xogħol fuq ir-rikostruzzjoni tal-bypass ta' Wied il-Għajn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa t-tender tar-rikostruzzjoni tal-bypass ta' Wied il-Għajn qed ikun aġġudikat. Ix-xogħol huwa maħsub li jibda lejn il-bidu tal-2009.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol kollu fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol li għandu x'jaqsam miegħu l-ADT hu ppjanat li jitlesta sal-aħħar ta' Settembru iżda persess illi "support work" tat-triq mhix responsabbilta tal-ADT f'dan l-istadju ma tistax tingħata data meta tinfetaħ it-triq.
Peress li r-residenti tax-Xewkija, Għawdex qed jistaqsu u jinsabu nkwetati ħafna dwar l-iskavar li qed isir fix-Xewkija stess, ħdejn l-industrial estate, għal xi żvilupp in konnessjoni ma' l-Enemalta, jista' l-Ministru jispjega eżatt fhiex jikkonsisti dan l-iżvilupp u għal xhiex ser jintuża? Jista' jintavola l-pjanti opportuni u kopja ta' l-applikazzjoni għal permess tal-MEPA fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li r-residenti ta' Triq Santa Dminka, Rabat, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-fatt li kull meta tagħmel kwantita' ta' xita din it-triq qed tispiċċa mgħarrqa u dan b'dannu u inkonvenjent kbir għar-residenti ta' din it-triq, jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi ndirizzata kemm jista' jkun malajr?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet konkreti għandu l-Gvern biex tiġi solvuta l-problema akuta ta' l-għargħar fit-triq l-antika li minn Żabbar tieħdok għal Marsaskala u ċioe' l-hekk imsejħa by-pass l-antik?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa u immedjati biex żbrof u leakage tad-drenaġġ li hemm f'sit ta' kostruzzjoni fi Triq in-Naxxar, San Gwann u li x'aktarx qed jirriżulta minn ħsarat fis-sistema komuni jew privati fi Triq San Franġisk, San Gwann, tiġi solvuta urġentament u dan fl-interess tas-saħħa pubblika tar-residenti fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress li l-ħsarat huma f'residenza privata, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qegħda ssir diskriminazzjoni fl-għoti tat-tags tat-taxi(s) u l-applikazzjoni tar-regolament 131 (4)(a) tal-liġi sussudjarja 65.11 meta persuni li weħlu sentejn priġunerija għall-perjodu ta' snin bħal każijiet ta' dawk li ħadu liċenzja tal-baħar u instabu ħatja u dawn ingħataw t-tag? Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li ngħatat sentenza sospiża u t-tag bħala taxi driver qegħda tiġi rifjutata lilu mill-Awtorita' tat-Trasport? Jara li dan huwa aġir diskriminatorja u inġust?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-persuna li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament mhix eliġibbli għat-tag ta' xufier ta' taxi skond il-liġi.
Ir-regolament li jikkwota l-Onor. Interpellant jgħid li waħda mill-kundizzjonijiet sabiex persuna tingħata t-tag ta’ l-ADT hija li din għandha jkollha kondotta tajba .
Infurmat ukoll li skond il-liġi sussidjarja 65.11, Regolament 131 (4) (a) “persuna ma tkunx meqjusa li hi ta’ kondotta tajba jekk tkun instabet ħatja, matul l-aħħar ħames snin, ta’ reat li jista’ jeħel piena dwaru ta’ żmien ta’ priġunerija ta’tliet xhur jew aktar minn tliet xhur jew multa ta’ mil-lanqas erba’ mija u ħamsa u sittin euro u sebgħa u tmenin ċenteżmu”.
Jirriżulta li l-persuna li dwarha intbagħtu d-dettalji separatament ma tikkwalifikax sabiex tingħata t-tag ta’ l-ADT peress li din ingħatat sentenza ta’ priġunerija sospiza għall-sentejn.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema livell l-Gvern beħsiebu japplika l-open source software fl-oqsma li huwa responsabbli għalihom? Sal-lum diġa' ġie applikat l-open source software, u jekk iva fejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi fil-manifest tal-PN ntqal li l-Gvern ser ikompli l-programm ta' ristrutturazzjoni sabiex it-Tarznari jsiru vijabbli skond il-ftehim negozjat fil-pakkett ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea, u billi baqa' biss ftit aktar minn seba' xhur sa l-aħħar tas-sena, jista' l-Ministru jgħid x'sar fil-konkret s'issa f'dan ir-rigward mill-elezzjoni ġenerali 'l hawn?
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jitkompla x-xogħol fuq Vjal il-Ħaddiem fir-Rabat, Malta meta x-xogħol twaqqaf wara l-elezzjoni bir-riżultat li din it-triq tinsab fi stat imħarbat u dan qed ikun ta' periklu mhux biss għas-sewwieqa iżda wkoll għan-nies li jużaw din it-triq, speċjalment l-anzjani li huma residenti f'home f'din l-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddejjin xi xogħlijiet tal-WSC fi Vjal il-Haddiem fir-Rabat, Malta. Mill-informazzjoni li għandi bħalissa qegħdin isiru xi testijiet mill-WSC fuq il-‘lean mix’ li hemm poġġut fit-trinka u x-xogħol għandu jkompli immedjatament wara li jiġu stabiliti ir-riżultati tat-testijiet.
Jista' l-Ministru jindika meta huwa maħsub li jispiċċa x-xogħol infrastrutturali fi Triq id-Durumblat, fil-Mosta u li minħabba fih l-ADT għamlet din it-triq one way min-naħa ta' H'Attard?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ppjanat li jitkompla x-xogħol ta' asfaltar li sar biss f'parti ta' Triq il-Ħtajriet, fil-Mosta? Jekk it-tweġiba tkun fl-affermattiv, jista' jindika meta hu maħsub li jintemm dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għal Triq San Guzepp, Zabbar (minn kantuniera ma' Triq Villabate saż-Żejtun) li tinsab fi stat tant disażtruż li ħafna karozzi ma jistgħux jużawiex? Jista' jgħid x'inhi l-opinjoni ta' l-ADT jekk din il-parti tat-triq tistax tintuża bħala bypass għat-traffiku li jkun ġej jew sejjer lejn Wied il-Għajn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir wiċċ ġdid ta' Triq Wied il-Għajn, f'Haz-Zabbar (kantuniera ma' Triq is-Santwarju)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ħarġet sejħa għall-offerti għal major patching ta' din it-triq. Dan it-tender ġie aġġudikat u x-xogħol mistenni jinbeda fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk u fil-każ meta ser issir mill-ġdid Triq il-Labour f'Haz-Zabbar li tinsab fi stat ħażin ħafna speċjalment dik il-parti ta' Triq tal-Labour, minn Triq Bormla sa Triq il-Madonna Medjatrici?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti data meta se jibda x-xogħol fuq l-istorm water culvert li kien ippjanat li jsir fi Triq Madre Margherita Debrincat, Triq il-Kurunell Lorenzo Manche, Triq Gabriele Henin, f’Pembroke sabiex tittaffa l-problema ta’ l-għargħar fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Peress li t-toroq prinċipali ta’ Bormla qed jintużaw biex minnhom jgħaddu vetturi kbar għax-xogħlijiet li saru fil-Birgu u issa fi Smart City, b’konsegwenza li qed issirilhom ħafna ħsara, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn it-toroq jitranġaw?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor Interpellant hu mitlub biex jindika t-toroq li qed jirreferi għalihom sabiex ikun determinat taħt liema responsabbilita jaqgħu.