Jista' l-Ministru jara li d-drenaġġ li ħiereġ minn ġo proprjeta' li twaqqgħet u li qiegħed isir żvilupp tal-bini minflokha, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fejn ir-residenti qegħdin jilmentaw li drenaġġ dieħel fid-djar tagħhom? Jista' jara li jitmexxa dan il-każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Water Service Corporation qed tinvestiga.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex fit-telgħa ta' Għajn Znuber, limiti tal-Mellieħa, jitwaħħlu crash barriers matul il-gandott ta' l-ilma fl-istess telgħa, u dan biex jiġu evitati inċidenti tat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din il-parti tat-triq in kwistjoni ġiet iffurmata u asfaltata fis-sena 2007 mill-ADT. Din il-parti fit-telgħa ta' Għajn Żnuber qiegħda tingħata priorita' fil-programm ta' xogħolijiet ta' installazzjoni ta' 'crash barriers' li għandna ppjanati.
Jista' l-Ministru jassigura li x-xogħol marbut ma' Triq Katerina Vitale, fix-Xemxija jitlesta kemm jista' jkun malajr, u dan biex jiġi assigurat li r-residenti jibdew igawdu minn dan ix-xogħol, wara l-ispiża sostanzjali li saret biex saru s-servizzi ġodda fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fi Triq Katerina Vitale, fix-Xemxija ser ikompli nhar il-ħamis 22 ta' Mejju u jitlesta fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx possibilita' li r-residenzi fi Triq il-Progress, Kalkara jkollhom is-sistema tad-drenaġġ tagħhom servuta mill-main u mhux bil-fossa? Jekk hemm il-ħsieb li jsir dan ix-xogħol, jista' jagħti ndikazzjoni meta dan jista' jsir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sistema tad-drenaġġ fi Triq il-Progress ma tistax tiġi estiża qabel ma tiġi ffurmat t-triq kollha.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser jintbagħat uffiċjal mill-ADT biex jagħti rapport tal-kundizzjoni tat-triq u jara x'hemm bżonn li jsir.
Jista' l-Ministru jara li l-promenade minn San Pawl il-Baħar sal-Qawra fix-xhur tas-sajf ikollu d-dawl meħtieġ u jkun imżejjen bħalma hu mżejjen il-promenade minn San Ġiljan sa Tas-Sliema?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fil-lokalita' tagħhom kien qed isir xogħol f'toroq bla permess u li kellu jieqaf bħala riżultat ta' deċiżjoni li ħa l-Ministru? Tista' l-ADT tara li jitwaqqaf ix-xogħol kollu li kien qed isir bla permess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid xi proċeduri se jintużaw mill-ADT biex jiġu identifikati toroq ġodda li se jkunu qed jingħataw it-tarmac?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa l-Awtorita Dwar it-Trasport qed tibni numru ta’ toroq skond lista li kienet saret fl-ewwel nofs ta’ l-2006, liema lista tinkludi toroq residenzjali li riedu jinbnew għal ewwel darba u toroq oħrajn li, minħabba d-daqs u l-kundizzjoni tagħhom, l-ADT iddeċidiet li tassumi r-responsabilita’ tal-bini mill-ġdid tagħhom.
Aktar ‘il quddiem matul din is-sena, l-ADT se tkun qed titlob lill-Kunsilli Lokali kollha biex jibgħatu lista ta’ toroq li skond huma għandhom jinbnew mill-ADT. Dan se jkun qed isir skond ‘policy document’ li qed jitħejja
Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex bus shelter li kellha tiċċaqlaq minn Triq il-Mediterran, Pembroke ġiet miżmuma mill-ADT? Għalkemm hemm soluzzjoni li kulħadd donnu qed jaqbel magħha dan kollu xorta twaqqaf. F'isem ir-residenti xtaqt inkun naf jekk il-proċeduri hux se jkomplu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ċ-ċaqlieq tal-"bus shelter" fi Triq il-Mediterran ġie miżmum mill ADT minħabba li dan kien ser isir mingħajr l-awtorizzazjoni ta' l'ADT skond Avviż Legali 292 ta' 2001.
Infurmat ukoll li ċ-ċaqlieq tal- "bus shelter" għandu jsir mill-kuntrattur tal-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jara li jsir pelican lights fiz-zebra crossing pjuttost perikoluża fi Vjal ir-Rihan, San Gwann?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fi Vjal ir-Riħan, San Gwann, għadu kemm tlesta xogħol klassifikat bħala civil works fuq pelican crossing ħdejn ir-roundabout u li qegħdin fil-proċess li ninstallaw il-pelican lights għal din l-istess crossing.
Jista' l-Ministru jara li tintbagħat il-magna tad-drenaġġ bir-ritratti fid-dar, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għax kull darba qiegħed jidħol id-drenaġġ f'din ir-residenza?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li ma teżisti ebda magna tad-drenaġġ bir-ritratti.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija titlesta t-triq ta' taħt il-pont ta' Manwel Dimech, San Ġiljan fejn min-naħa ta' Spinola tingħaqad ma' San Gwann?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq li għaliha rrifera l-Onorevoli Interpellant kienet ingħalqet għat-traffiku bħalha prekawzjoni biex ix-xogħlijiet fuq il-Pont Manwel Dimech ikunu jistgħu jipproċedu mingħajr ma tiġi kkompromessa s-sigurta u s-saħħa tan-nies li kienu jagħmlu użu mill-istess triq. Għalhekk kien gie miftiehem illi din it-triq tibqa magħluqa sa ma jintemmu x-xogħolijiet kollha li jaqgħu taħt l-istess kuntratt in kwistjoni. Dan mistenni li jseħħ għall aħħar ta' Lulju 2008.
Jista' l-Ministru jgħid sa l-aħħar ta' din is-sena x'se jkun twettaq mill-proġett ta' Smart City?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-joint venture bejn il-Gvern u SmartCity, SmartCity Malta Ltd, issottomettiet l-applikazzjoni u d-dokumenti kollha neċessarji mal-MEPA biex jinħareg kemm l-Outline Planning Permit għall-proġett sħiħ, kif ukoll il-Full Development Permission għall-ewwel fazi tal-proġett, li ser tkun tikkonsisti f’madwar 8,000 metru kwadru ta’ business space fil-park ta’ l-ICT u l-Media. Sa l-aħħar tas-sena din il-fazi tal-progett tkun qiegħdha tigi zvillupata kemm il-darba il-permessi jinħarġu fil-waqt. Wieħed irid jifhem ukoll li fl-ewwel fazijiet tal-progett ser ikun hemm bzonn ħafna xoghol marbut ma’ l-infrastruttura necessarja sabiex il-business space provdut ikun ta’ kwalita’ gholja ħafna.
Ninsab infurmat ukoll li matul l-aħħar xhur twaqqgħu l-fabbriki kollha li kien hemm fuq is-sit minbarra parti minn waħda li kien fiha xi kumplikazzjonijiet minħabba li kienet inħarqet is-sena li għaddiet.
Jista' l-Ministru jgħid liema bordijiet pubbliċi ħatar li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid kif inħatru l-membri, meta saret sejħa pubblika biex timla l-ħatriet u f'kull każ kemm applikaw?
Response (GATT, AUSTIN)
S’issa l-bordijiet li ġew maħtura fi ħdan il-Ministru tiegħi mill-elezzjoni l’hawn huma:
1. Enemalta Corporation
2. Malta Communications Authority
3. Malta Freeport Corporation
4. Malta Maritime Authority
5. Malta Shipyards
6. Malta Transport Authority
7. MOBC
8. Water Service Corporation
9. Port Workers Pensions and Contingency Fund
10. Roads Directorate
Il-ħatra ta’ dawn il-bordijiet saret skond il-liġi ta' l-entita' tagħhom jew fil-każ ta' kumpaniji skond l-istatut taghħom u ma saret ebda sejħa pubblika.
Jista' l-Ministru jispjega l-fatt li Triq l-Imtarfa, Imtarfa, li għadha kemm ġiet mibnija qed iżżomm l-ilma f'diversi postijiet kif jidher fir-ritratti li qed jidhru separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.