Legislature:
Category:
Reset
Active:

servizz ta' speech therapist għat-tfal fl-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32751 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jgħid f'kemm-il skola primarja jiġi provdut is-servizz ta' speech therapist? Għaliex tfal minn skola jkollhom imorru fi skejjel oħra flok ma t-terrapista jżur it-tfal li għandhom bżonn ta' dan is-servizz?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta' skejjel li fihom nipprovdu servizz dirett ta’ speech therapist huwa ta’ 21. It-tfal narawhom fl-iskejjel jew fi kilinika fil-kommunita skont il-bżonn individwali tal-istess tfal. Infatti għandna linji gwida li jirregolaw dan is-servizz sabiex, kemm jista' jkun, nipprovdu lill-individwu b'dak li għandu bżonn sabiex it-terapija tkun iżjed effettiva.

Pilloli Simvacor

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qalulha li mhijiex intitolata għal pilloli Simvacor 10mg meta kienu l-awtoritajiet tal-isptar li kitbulha biex tibda tieħu dawn it-tip ta' pilolli u issa qed ikollha tixtrihom minkejja li hija bil-pensjoni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-każ tal-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġie nvestigat minn naħa tal- ‘Medicines Entitlement Unit’ fejn l-applikazzjoni ta’ din il-persuna għall-mediċini statins ma ġietx approvata għar-raġunijiet li ġejjin: · Id-dokument tal-‘ heartscore’ ma kienx disponibbli mal-applikazzjoni skont il-kriterji meħtieġa mill-protokoll għall-kundizzjoni mmarkata mill-konsulent; · Id-dokument ta’ Skeda V irid jiġi aġġornat biex jinkludi l-mediċina kollha li għandha bżonn din il-persuna. Għalhekk din il-persuna jkollha bżonn tmur għand il-konsulent biex jaġġornala l- entitlement tagħħa ta’ Skeda V, kif ukoll l-applikazzjoni tal-permess. Ġie ppruvat għal bosta drabi biex isir kuntatt ma’ din il-persuna permezz tan-numru pprovdut pero’ t-telefon ma ġiex imwieġeb.

operazzjoni li qed tiġi posponuta

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tistenna biex tagħmel operazzjoni f'irkobbitha u d-data tal-operazzjoni ilha tiġi posponuta minn Ottubru tas-sena l-oħra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Applikazzjoni għar-Resideza San Vinċenz de Paul

Question

Jista' l-Ministru jara każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tinsab fl-Isptar Zammit Clapp u applikat biex tidħol fir-Residenza San Vinċenż de Paul peress li din l-anzjana għandha bżonn għajnuna kontinwa? Jista' l-Ministru jara l-każ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna msemmija kienet ammessa Zammit Clapp Home. Hija prattika normali li jekk l-persuna tixtieq li tiġi trasferita f’xi post ieħor, din għandha tagħmel it-talba (relocation request) tagħha lill-amministrazzjoni tal-post fejn tinsab.

care workers — kundizzjoni tax-xogħol imtejba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti ttieħdu ħalli l-care workers li qed jaħdmu fil-qasam tas-saħħa ma jkomplux jiġu sfruttati u abbużati minħabba kundizzjonijiet ħżiena fl-impjieg tagħhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — allowances mħallsa lill-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Tqassim ta' ktieb: Minn Qalbna... Għalik

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa il-ktejjeb ta' propoganda li jismu Minn Qalbna...Għalik? Kif tqassam u kemm ġie jiswa t-tqassim tiegħu? Kemm-il kopja ġiet imqassma? Jista' jgħid min għamdel dan ix-xogħol u jekk ingħatax b'direct order jew le?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Sptar Mater Dei — pazjenti fil kurituri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżulta li kien hemm pazjenti li spiċċaw fil-kurituri tas-swali fl-Isptar Mater Dei, kawża li ma kienx hemm kmamar fejn jakkomodawhom matul l-2008, 2009 u 2010 ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Pilloli Out of Stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn pazjenti li huma fuq il-pilloli li kienu out of stock matul is-sena 2011 ? Jista' jgħid kemm għandhom żmien dawn il-pazjenti li suppost ħadu dawn il-pilloli ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-lista tal-mediċini out of stock hija dinamika u tvarja minn ġurnata għal oħra. Barra minhekk, il-lista mhux neċċessarjament tirrifletti l-pożizzjoni tal-istess stokk fl-outlets kollha tal-Qasam tas-Saħħa. Ħafna drabi, mediċina li tkun out of stock minn post tkun in-stock fl-lokalitajiet oħra. Ta’ minn jgħid li l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] tipprovdi biex meta mediċina tkun out of stock mill-ispiżeriji tal-Kommunita, il-pazjenti li jibbenifikaw mill-Iskema jistgħu jinqdew mil-lokalitajiet l-oħra fil-Qasam tas-Saħħa. Minħabba din il-varjazzjoni u d-dinamika kbira fil-parametri, huwa diffiċili li wieħed jikkwantifika u jiddentifka kemm kienu dawk il-pazjenti li attwalment ma’ nqdewx.

Tiswijiet ta' Ambulanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn jissewwew l-ambulanzi meta jkun hemm ħsarat fuqhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li wara li jinġiebu tliet kwotazzjonijiet kif meħtieġa, il-ħsarat jissewwew għand dak li joffri l-irħas offerta. Dalwaqt se jinħareġ tender għat-tiswijja tal-ambulanzi.

Sptar Mater Dei — Lista ta' affarijiet Out of Stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jintalbu dawn l-affarijiet mill-Isptar Mater Dei u mhux jingħatawlhom: Cotton Wool - 500g, Dressing Sterile - Chlorhexxidinems, Disinfectant - 250g sodium dickloroisocyanurate granules 500g, Gauze - Ribbon Rolls, Bandage - Crepe 10 cm, Bandage - T-Shaped, Bandage - W.O.W. 7.5 cm, Cannulae Sterile - I.V. Size 14G [orange], Cotton Wool - 30 gms, Dressing - moisture vapour permeable spray cfc free, Gloves - surgical sterile non pwodered for ward use 7.5, Gloves - surgical sterile non-powerdered 8, Hub - blind, Roll - gauze 1m/10m, Stocking - Elastic above knee large 10, Stocking - Elastic above knee medium 9.5, Tape - Hypoallergic Surgical, Primary Administration Pump Sets, Swabs on Stick? Kemm ilhom out of stock? X'qed jintuża minflok? Għaliex out of stock? X'qed isir biex din is-sitwazzjoni ma tirrepetiex ruħha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xemxija — Triq Raddet ir-Roti - open plot

Question

Jista' l-Ministru jara li l-open plot li jinsab fi Triq Raddet ir-Roti, x-Xemxija, u li l-Environmental Health Risk Management - North Region jinsab konxu minnu jingħalaq mill-aktar fis possibbli, sabiex jitwaqqfu l-abbużi li qed jiġu mwettqa fih u tiġi evitata xi disgrazzja jekk dan jingħata n-nar u liema plot jinsab bieb ma bieb ma' proprjetà tal-Korporazzjoni Enemalta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s-sena li għaddiet id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali irċieva lment wieħed fit-12 t’Awwissu rigward akkumulu ta’ żibel ġewwa kamra li twassal għal post fil-beraħ ħdejn is-substation tal-Enemalta ġo Triq Raddet ir-Roti. Minn investigazzjonijiet li saru minn uffiċċjal għas-Saħħa Ambjentali dan l-ilment ġie kkonfermat iżda għalkemm saru diversi tentattivi sabiex jinstab is-sid ta’ din il-kamra u tal-plot indikat, is-sid baqa` ma nstabx. Ġie mistoqsi kemm min għamel l-ilment, xi ħaddiema tal-Korporazzjoni tal-Enemalta kif ukoll xi nies li joqgħodu fil-viċin dwar jekk jafux minn huwa s-sid, iżda ħadd minnhom ma kien jaf, għalhekk dan id-Direttorat ma setax jordna sabiex dan iż-zibel jitneħħa. Fil-21 ta’ Marzu, 2012 l-istess uffiċċjal reġa għamel spezzjoni f’din it-Triq iżda l-aċċess għal din il-kamra tneħħa u għalhekk ma setax jikkonferma jekk iż-żibel fil-fatt tneħħiex jew le. Sa dan it-tant, l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejja. Rigward ir-referenza tal-Onor. Interpellant dwar il-possibilita` li dan il-plot jiġi magħluq, nitolbu jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ċimiterju ta' Santa Maria Addolorata — prezz tal-oqbra

Question

B'referenza għal min kien ilu li applika għal qabar fiċ-Ċimiterju ta' Santa Maria Addolorata sa sew qabel l-2008 meta l-prezz stabbilit kien ta' anqas minn €3000, jidhirlu l-Ministru li mhux ġust li l-prezz għal servizz bażiku bħal dan aktar milli jirdoppja għal €8000?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-prezz propost għal xiri ta’ qabar jinkludi l-ispejjez tal-iskavar u l-bini tal-istess qabar kif ukoll spejjeż għal manutenzjoni taċ-ċimiterju. Ninsab infurmat li l-prezz mitlub huwa wieħed raġonevoli meta kkomparat mal-andament tas-suq u li ma hemm l-ebda rabta bejn l-applikazzjoni għal xiri ta’ qabar u il prezz tal-istess qabar.

kwestjoni dwar ħlas ta' użu ta' sptar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31706 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux minnu li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, intalbet tħallas mal-€1000 bħala spiża meta kienet rikoverata l-isptar? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti spjegazzjoni kif waslu għal dan l-ammont?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 32122.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — informazzjoni dwar l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Helpers f'djar privati tal-anzjani — korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 33065 u 32729 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk persuni li jinteresshom jaħdmu bħala helpers fid-djar privati tal-anzjani għandhomx bżonn isegwu xi kors partikolari?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Fil-każ li l-Onor. Interpellant qiegħed juża l-kelma helpers sabiex jirreferi għall-carers, ninsab infurmat li hemm bżonn li jsegwu kors ta’ carers. Dan jiġi offrut mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ kif wkoll mill-ETC.

Applikazzjonijiet pendenti għall-home help

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33076, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma r-raġunijiet li l-applikazzjonijiet pendenti għal home help għadhom mhux mogħtija servizz? F'kull lokalità, kemm ilha pendenti l-aktar talba qadima li għad trid tiġi kkunsidrati?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Dannu għas-saħħa fil-komunità

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabli li jsegwi dak li jkun qed jiġri fil-komunità li jista' jkun ta' dannu għas-saħħa tal-poplu tagħna? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji u r-rapporti li tali aġenzija/dipartiment jew nukleu ta' ħaddiema li għandhom fejn dawn jikkonfermaw li l-antenni tat-telefonija ċellolari ma tagħmilx ħsara lill-poplu tagħna?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li kull antenna tat-telefonija ċellolari stallata f’Malta u Għawdex ġiet approvata u ittestjata mill-Awtorita` kompetenti li hija l-Awtorita` ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni biex tikkonferma l-livelli ta’ radjazzjoni rakkomandati għall-pubbliku skont ir-rapport “Report on recommendations for limiting Human Exposure to Time-varying electric, magnetic and electromagnetic fields in the frequency range from 0 Hz to 300 GHz” maħruġ mill-International Commission on Non-Ionizing Radiation Protection (ICNIRP). (Anness 1) It-testijiet fuq dawn l-antenni isiru skont il-frekwenza li fiha jkun qed jopera l-apparat li jkun qiegħed jiġi ttestjat kif ukoll skont ir-Rakkomandazjoni tal-Kunsill Ewropew dwar il-limitazzjonijiet ta’ exposure tal-pubbliku in ġenerali għar-radjazzjoni elettromanjetika (0 Hz to 300 GHz) (1999/519/EC). Is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika timxi fuq ir-rakkmandazzjonijiet li toħroġ l-Organiżżazzjoni Dinjija tas-Saħħa li tirrevedi l-implikazzjonijiet fuq is-saħħa minn radjazzjoni elettromanjetika minn antenni tat-telefonija ċellolari. S’issa l-Oganiżżazzjoni Dinjija tas-Saħħa ikkonkludiet li m’hemm l-ebda effett sostantzjali fuq is-saħħa relatat ma’ livelli ta’ radjazzjoni elettromanjetika minn dawn l-antenni. Nista ukoll ninkonferma li mit-testijiet li saru s’issa fuq dawn l-antenni mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni, il-livelli ta’ radjazzjoni elettromanjetika f’persentaġġi tal-livell massimu aċċettabli skont ir-rapport imsemmi hawn fuq, kienu dejjem aktar baxxi minn dawk rakkomandati għall-pubbliku. Ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet jistgħu jinstabu fuq il-paġna elettronika tal-istess awtorità. Għal rapporti aktar dettaljati fuq dawn l-antenni nitlob lil Onor. Intelpellant jagħmel din it-talba lill-Ministru kkonċernat. Is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika tibbaża r-rakkomandazzjonijiet tagħha fuq l-istudji mondjali.