Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugh tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li l-investigazzjonijiet f’dan il-każ għadhom ma kkonkludewx u allura d-dokumenti mitluba ma jistgħux jingħataw bħalissa.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32953 u jgħid min huma l-konsulenti li jaħdmu fil-Ministeru, fid-dekastru u entitajiet li jaqgħu taħtu? F'liema qasam jagħtu konsultazzjoni? X'salarju u kundizzjonjiet għandhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34536.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa finali ta’ household consumption (households final consumption expenditure) nazzjonali kif ukoll għal Malta u għal Għawdex separatament bħala persentaġġ tal-Prodott Domestiku Gross kull sena mill-2000 sal-2010? Jista’ jgħid ukoll x’kienet din in-nefqa ras għal ras kull sena matul l-istess perjodu? Jista’ jagħti dan it-tagħrif f’Euro u f’PPS?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qiegħed jipprovdi d-data mitluba għas-snin 2000-2010. Id-data tal-
household final consumption expenditure
qed tingħata maqsuma bejn Malta u Għawdex għas-sena 2008 biss, u hija bbażata fuq
ratios
miġbura waqt il-
Household Budgetary Survey
ta' dik is-sena. Il-
Household Budgetary Survey
tal-2000 ma jippermettix li jinħarġu
ratios
simili minħabba differenzi fil-metodoloġijji użati.
Id-data hija maħduma skont
Releases
numri 244 tal-2011 u 49 tal-2012. Ta' min jinnota illi l-GDP ta' Malta u ta' Għawdex flimkien ma jammontawx għal GDP totali minħabba element ta'
extra-regio
.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-konsum attwali individwali ras għal ras fuq bażi nazzjonali kif ukoll għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-2000 sal-2010? Jista’ jgħid ukoll x’kien il-Prodott Domostiku Gross ras għal ras kull sena matul l-istess perjodu? Jista’ jagħti dan it-tagħrif f’Euro u f’PPS?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34141.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar minn Settembru 2011 u sa l-aħħar ta’ Diċembru 2011 maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33024, jista' l-Ministru jgħid x'jinvolvu x-xogħlijiet? Kemm huwa stmat li jiswew? Kemm hija l-ħażna tal-ilma li jesa' l-ġibjun?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar tas-snin disgħin, dan il-ġibjun żviluppawlu xi problemi strutturali kif ukoll kien hemm il-bżonn ta’ kisi b’water-proofing membrane. Kien hemm ukoll problema li kien hemm xi overhanging structures li kienu fil-periklu li jaqgħu u b’hekk ta’ riskju kbir għal min imur ġdejn il-ġibjun. (Dawn issa tneħħew). Hemm diffikultajiet loġistiċi biex isir dan ix-xogħol ta’ manutenzjoni peress li l-aċċess għall-ġibjun huwa diffiċli għall-vetturi u makkinarju.
Il-ġibjun jesa’ biss madwar 1,300 metri kubi. Kif intqal fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33024, fl-1999, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ddeċidiet li dan il-volum żgħir ma jiġġustifikax l-ispejjeż li kien hemm biex jitranġa u l-problemi tal-operat u għaldaqstant il-ġibjun tneħħa minn fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma m’għandhiex
records
ta’ kemm kienet l-istima biex dan jitranġa dak iż-żmien.
Jista' l-Ministru jiddikjara kemm ġew impjegati nies fil-Malta Enterprise fil-gradi tal-ftehim kollettiv bejn l-2007 u 2012 u kemm minn dawn ma bdewx mill-minimu tal-grad skont il-ftehim kollettiv?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-2007 u l-2012 il-Malta Enterprise impjegat 19-il persuna li jaqgħu taħt ftehim kollettiv. Minnhom 2 bdew mill-minimu filwaqt li 17 ma bdewx mill-minimu. Dettalji fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm impjegati fil-Malta Enterprise ġew mogħtija promozzjoni bejn l-2007 u l-2012 permezz ta' vakanza jew ta' evalwazzjoni tal-grad jew ta' progressjoni oħra, u kemm minn dawn seħħu bejn November 2007 u Frar 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-2007 u l-2012 ġew promossi 32 impjegat, li minnhom, 19 ġew promossi permezz ta’ evalwazzjoni tal-grad, filwaqt li 13 ġew promossi permezz ta’ vakanza. Minn dawn, 26 promozzjoni seħħew bejn Novembru 2007 u Frar 2008. L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħ'Attard — Triq l-Imdina u Triq Ħaż-Żebbuġ - ilment dwar rwejjaħ
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi ħa, jew qed jieħu, jew inkelli x'bi ħsiebu jieħu rigward ir-riħa qawwija li ħierġa mid-drenaġġ f'Ħ'Attard l-aktar fl-inħawi tat-Triq l-Imdina u Triq Ħaż-Żebbuġ peress li din ir-riħa ilha ħierġa għal aktar minn sena bl-inkonvenjenza kbira għar-residenti, u anki b'periklu għas-saħħa tagħhom? Jista' jara x'jista' jsir peress li r-residenti ġew informati, minn rapreżentanti tad-Dipartiment tas-Saħħa li din hija riżultat li hemm min qed jitfa' l-ħmieġ tal-annimali mill-inħawi tal-Imdina?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34978.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kawżi fuq awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' Awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33528 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Ministeru tiegħu, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, lill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallas lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament li jifforma parti minnha?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34774.
Kwestjonijiet bejn il-BOV u kumpaniji Periplo u SIB Laboratories
Question
Peress li l-gvern huwa shareholder fil-Bank of Valletta, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-gvern u mill-bank stess dwar tagħrif li ġabru l-maġistrati inkwirenti ta' Milan li fil-kompjuter tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, konsulent ta' wieħed mill-uffiċjali tal-Maugeri sabu tagħrif li l-Bank of Valletta biex il-kumpanija Periplo ta' Milan tgħaddi €15-il miljun lejn is-SIB Labortatories Ltd bħala parti mill-ħasil ta' flus li qed jiġu investgati bih uffiċjali tal-Maugeri?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Financial Intelligence Analysis Unit hija prekluża milli tiżvela informazzjoni relata ma’ każijiet li qiegħda tinvestiga. Għaldaqstant tali informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma tistax tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet huma meħtieġa li jsiru fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'xogħlijiet saru f'dan il-qasam mill-1 ta’ Marzu 2010 sal-lum? Kemm kienet in-nefqa fuq dawn x-xogħlijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35015.
Jista' l-Ministru jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011
a) Il-labour supply; nisa għalihom u rġiel għalihom;
b) n-numru ta’ nies jaħdmu
full-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika;
ċ) in-numru ta’ nies, nisa għalihom u rġiel għalihom, jaħdmu iżda li kellhom xogħol
part-time
bħala x-xogħol ewlieni tagħhom skont l-attività ekonomika;
d) in-numru ta’ nies jaħdmu
part-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35268.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Occupational Risk Assessments tal-Korporazzjoni Enemalta li kienet obbligata bil-liġi li timxi magħha skont il-proċeduri stabbiliti dwar ħruq u disposal tal-Mercaptan peress li l-Att 27 tas-sena 2000 u l-Avviż Legali 36 tas-sena 2003 jeżiġu li assessment simili suppost issir minn persuna kompetenti kif ipprovdut minn dawn ir-regolamenti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34997.
Method Statement u Standard Operating Procedure tal-Enemalta rigward il-kimika mercaptan
Question
Jista' l-Ministru jippublika il-method statement u l-standard operating procedure tal-Korporazzjoni Enemalta, kif għandha tiġi trasportata, handled u meqruda l-kimika tal-Mercaptan skont l-Avviż Legali 353 tas-sena 2007?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapport tal-Bord of Inquiry into the alleged irregular disposal of the chemical Mercaptan by Enemalta Corporation li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 30t’April, 2012, f’seduta Nru. 466
Jista' l-Ministru, permezz tal-Korporazzjoni Enemalta, jagħti lista mingħajr ismijiet tal-ħaddiema li kienu responsabbli għas-superviżjoni tad-disposal tal-kimika mercaptan u tagħti d-dettalji dwar it-taħriġ li dawn ingħataw jekk qatt irċevietx taħriġ simili?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapport tal-Bord of Inquiry into the alleged irregular disposal of the chemical Mercaptan by Enemalta Corporation li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 30t’April, 2012, f’seduta Nru. 466
Jista' l-Minsitru jikkonferma li fl-imgħoddi dejjem kienet il-prattika li qatt ma kien jinġieb l-LPG mingħajr mercaptan diġà mħallat miegħu? Jista' jikkonferma wkoll li f’dawk il-każijiet rari fejn xi drabi l-LPG ma jkunx diġà fih l-mercaptan, il-Korporazzjoni Enemalta nnifisha kienet tara li r-raffinerija minn fejn kien jitgħabba l-prodott, kienet tipprovdi wkoll anki mercaptan u/jew fuq il-vapur waqt li jkun ġej, jew inkella meta jkun qed iħott l-LPG għal ġol-istallazzjoni tal-Qajjenza sabiex issir it-taħlita meħtieġa? Huwa minnu li sa ftit żmien ilu ma kienx jinxtara l-mercaptan sfuż? Minn meta beda jsir dan? Min kien ħa d-deċiżjoni li jibda jinxtara l-LPG mingħajr mercaptan diġà mħallat mal-prodott? Ġie stabbilit għaliex inxtrat dik il-kwantità kbira ta’ mercaptan meta ma kienx se jiġi użat? Meta nxtraw dawn it-tankijiet ikkonċernati bil-mercaptan li kienu suġġetti għall-inkjesta riċenti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32512.