Tista' l-Ministru tgħid kemm issellfu kotba mil-libreriji pubbliċi matul is-sena 2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ kotba li ġew mislufa lill-pubbliku matul is-sena 2011 huwa mqassma hekk:
Librerija Pubblika Ċentrali : Librerija tal-Adulti 154,933
Librerija tat-Tfal 97,880
Libreriji Reġjonali 204,067
Libreriji Fergħat (Malta) 263,271
Libreriji Fergħat (Għawdex) 64,501
Librerija Għawdex (Gozo Lending Library) 41,460
Total
826,112
Żieda ta’ kotba mislufa fuq is-sena ta’ qabel - 46,637
età ta’ min jissellef kotba mil-libreriji pubbliċi
Question
Tista’ l-Ministru tagħti statistika ta' x'inhi l-età ta’ min jissellef kotba mil-libreriji pubbliċi f'Malta u Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-età li persuni jibdew jissellfu l-kotba hija waħda bikrija. Fil-Librerija Pubblika hemm tfal anke ta’ sena li huma membri tal-librerija u dan sabiex ninkoraggixxu l-gibda għal qari minn età daqshekk bikrija. Bħalissa l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-Malta Libraries qed jaħdem fuq proġett tal-Bedtime Reading (Aqra Ktieb Qabel Torqod) u dan ħareġ minn konferenza li ġiet organizzata fuq it-tema tal-qari fejn ħareġ qawwi l-kunċett li għandna ninkoraġġixxu t-tfal minn mindu jitwieldu anke jekk imissu l-ktieb b’idejhom. Naturalment hawn jidħol l-impenn tal-ġenituri li jaqraw lit-tfal il-kotba u dwar dan il-Kunsill qed iħejji DVDs fejn tingħata struzzjoni kif għandhom jinqraw il-kotba mill-ġenituri. Għalhekk l-età hija minn sena ‘l fuq. Tajjeb ngħidu wkoll li biex ninkoraġġixxu l-qari is-Sezzjoni fil-Librerija Pubblika Ċentrali li tieħu ħsieb persuni bi bżonnijiet speċjali qed tibgħat fid-djar tal-anzjani u nies li jbatu biex jaqraw tape-cassettes (bla ħlas postali) bi stejjer u temi oħra u dan qed ikun ta’ nkoraġġiment meta ssib li matul is-sena 2011 ġew mislufa aktar minn 23,000 tape cassette.
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — flus f'konsulenzi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Tista' tgħid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Istitut għall-Istudji Turistici — ħaddiema fuq kuntratt indefinit
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31577, tista' l-Ministru tindika jekk dan japplikax għal ħaddiema oħrajn fi gradi aktar baxxi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kull ħaddiem mhux akkademiku fl-Istitut għall-Istudji Turistici preżentement fuq kuntratt indefinit fil-grad ta' Officer in Grade kellu l-impjieg tiegħu mal-gvern regolarizzat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31612, tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-post vakanti ta’ dawn l-impjegati li talbu transfer mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi għadu ma mteliex wara dan iż-żmien kollu? Tista’ tgħid kemm kien il-complement ta’ ħaddiema mhux akkademiċi fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi sena b’sena bejn l-2006 u l-2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-post vakanti ta’ dawk l-impjegati li talbu transfer mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi jimtela jekk u meta jkun hemm il-bżonn. Il-complement ta’ ħaddiema mhux akkademiċi fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi sena b’sena bejn l-2006 u l-2011 huwa :
· 2006 - 102
· 2007 - 96
· 2008 - 95
· 2009 - 93
· 2010 - 83
· 2011 - 81
Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-ismijiet u t-temi tal-proġetti ta’ riċerka tal-aħħar sena mill-istudenti tal-management fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Meta mistennija jitlestew dawn il-proġetti? Hemm xi ħsieb li ssir esebizzjoni tagħhom kif sar fis-snin li għaddew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tagħti rendikont tal-ispejjeż biex l-Istitut tal-Istudji Turistiċi jippubblika l-prospectus għall-korsijiet full-time għas-sena akkademika 2011-2012 u jagħmel promozzjoni tiegħu, inkluż permezz ta’ billboards, leaflets u riklami fil-mezzi tax-xandir, stampa u internet? Tista’ tgħid meta se jkun ippubblikat il-prospectus għas-sena akkademika 2012-2013 u jekk hemmx ippjanata spiża simili għall-prospectus ippubblikat f’Ġunju 2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Public Broadcasting Services — informazzjoni fuq l-impjegati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-persuni li ġew impjegati fuq bażi full-time mal-Public Broadcasting Services fl-aħħar sena? Tista’ tgħid f’liema grad ġew impjegati u tindika s-salarju minimu ta' kull grad in-kwistjoni skont l-iskala ta' salarji tal-Public Broadcasting Services? Tista’ tgħid f’liema skala tal-grad tagħhom, idaħħlu dawn l-impjegati? F’liema parti tal-iskala salarjali tagħhom ingħataw meta daħħlu fl-impjieg?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena 2011, il-PBS impjegat 9 persuni kif kien indikat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31923.
3 Salespersons
ETC205/2010MPO/2005
On contract
4 Studio Operators/Camerapersons
ETC170/2011MPO70/2005
Scale D (€12975-€17375)
2 Journalists
ETC100/2011/MPO70/2005
Scale F (€14050-€19650)
Skont prassi li ilha sseħħ mill-2004 is-salarji tal-impjegati ġodda mal-PBS jiġu negozjati fil-parametru tal-Ftehim Kollettiv, skont l-esperjenza u l-abbiltà tal-individwu.
B’referenza għal dak li ntqal lill-ġurnal lokali fit-18 ta’ Jannar mill-amministrazzjoni tal-MCAST, li qed joħolqu struttura apposta biex għaqdiet studenteski fl-MCAST ikunu rikonoxxuti, tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar din l-hekk imsejjħa struttura apposta u tgħid meta l-awtoritajiet tal-MCAST se jindenjaw ruħhom li jimplimentaw? Kif ċertu organizazzjonijiet studenteski li l-amministrazzjoni tal-MCAST stess għad mhux tirrikonoxxi qed jitħallew jaħdmu u joperaw on campus u oħrajn qed ikunu miżmuma milli jagħmlu dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MCAST ma ta l-ebda permess biex organizzazzjonijiet studenteski jaħdmu u joperaw ‘on campus’, u lanqas ma żamm lil xi organizzazzjoni milli tagħmel dan. Kif ġie rrapurtat fit-18 ta’ Jannar, l-MCAST qed jaħdem biex fil-ġimgħat li ġejjin jiffinalizza struttura li permezz tagħha jkun jista’ jilqa’ t-talbiet ta’ għaqdiet studenteski li jkunu jixtiequ jirrapreżentaw l-istudenti fl-MCAST. Fl-istess waqt, fil-jiem li ġejjin l-MCAST se jiltaqa’ mal-uniku għaqda studenteska li għamlet talba biex tiġi rikonoxxuta uffiċjalment, biex jiddiskuti l-proposti li tixtieq tressaq din l-organizzazzjoni. Għaqda oħra li ftit tax-xhur ilu ħabbret li se tibda tirrapreżenta l-istudenti tal-MCAST għadha m’għamlitx talba biex tiltaqa’ mal-amministrazzjoni tal-MCAST.
Peress li l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi f’Jannar 2011, wieġbet li ma tara l-ebda problema li fl-MCAST ikunu rikonoxxuti għaqdiet bħala rappreżentanti tal-istudenti, tista’ l-Ministru tgħid għalfen għaddiet sena sħiħa u baqa’ ma sar xejn f’dan ir-rigward?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Niinforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MCAST s’issa rċieva biss talba waħda biex għaqda studenteska tibda tirrapreżenta l-istudenti tal-MCAST. Id-dettalji dwar din it-talba ingħataw fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 32155.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li ngħataw mill-Kunsill Malti għall-Isport minn mindu dan il-kunsill ġie mwaqqaf? Lil min ingħataw? Għal liema skop u taħt liema kondizzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu f'Għawdex fl-aħħar ta’ Ġunju 2011 u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011 bħala: 1) full-time; 2) part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom; 3) part-time bħala x-xogħol sekondarju tagħhom a) fil-lukandi u b) fir-ristoranti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għas-sejħa ta' għalliema fuq bażi ta' kuntratt definit għat-tieni semestru fis-sena akkademika 2011/2012 fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi, kif avżat fil-mezzi tal-istampa f'Jannar, tista' l-Ministru tgħid, għal kull suġġett avżat li kien hemm vakanza għalih, il-kwalifiċi u l-esperjenza akkademika fis-suġġett in kwestjoni, ta' kull persuna magħżula biex tgħallem skont din is-sejħa? Kemm ingħatat siegħat biex tgħallem u f'liema suġġetti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għas-sejħa ta' għalliema fuq bażi ta' kuntratt definit għat-tieni semestru fis-sena akkademika 2011/2012 fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi, kif avżat fil-mezzi tal-istampa f'Jannar, tista' l-Ministru tgħid kemm se jiġi jiswa kull suġġett lill-Istitut għall-Istudji Turistiċi bħala ħlas lill-lecturers part-time matul it-tieni semestru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Istitut għall-Istudji Turistiċi ma impjega l-ebda lecturer fuq bażi part-time iżda fuq bażi ta’ definite service contract. Rigward kemm se jiġi jiswa kull suġġett lill-ITS l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
ITS — sejħa ta' għalliema fuq bażi ta' kuntratt definit
Question
B'referenza għas-sejħa ta' għalliema fuq bażi ta' kuntratt definit għat-tieni semestru fis-sena akkademika 2011/2012 fl-Istitut ghall-Istudji Turistici, kif avżat fil-mezzi tal-istampa f'Jannar, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati tal-intervisti hekk kif diġà ppubblikati mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħaddiema fis-settur tal-lukandi u ristoranti — impjieg full-time
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tal-lukandi u ristoranti f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tal-Edukazzjoni f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ħaddiema fis-settur tas-saħħa u xogħol soċjali — impjieg full-time
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tas-saħħa u xogħol soċjali f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tas-servizzi diretti ta’ intermedjazzjoni finanzjarja f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — impjegati ġodda
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Tista' tgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.