Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32283 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan li ġie preżentat mill-Maghreb biex jilħaq l-għanijiet tiegħu sal-2030?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkoncernat
Laqgħa dwar is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb — kelliem responsabbli għal dan l-iżvilupp
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32282 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, u b'referenza għall-fatt li jekk dawn l-għanijiet ma jintlaqgħux, pajjiżna jispiċċa jirċevi aktar immigranti illegali, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jikkunsidra li jinnomina kelliem min-naħa tal-Gvern speċifikament responsabbli li jikkordina dan l-iżvilupp importanti bejn pajjiżna u dawn il-pajjiżi u popli in kwestjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' din il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament li din mietilha r-raġel u ma tieħu l-ebda pensjoni jew dħul ieħor tal-gvern?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninsab infurmat li l-persuna kkonċernata ġiet ikkuntatjata sabiex tagħti aktar informazzjoni lid-dipartiment sabiex ikun jista' jagħmel ir-riċerka neċessarja u jagħti tweġiba.
Kunsilli lokali — servizzi marbuta mal-qasam soċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif se taħdem l-inizjattiva li ħabbar xi ġranet ilu fejn minn numru ta' kunsilli lokali se jkun qed jipprovdu servizzi marbuta mal-qasam soċjali? Jista' jgħid x'tibdil se jseħħ wara li tħabbret din l-inizjattiva?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor Interpellant li din is-sistema se tkun qed topera bħala parti minn pjan ta’ ristrutturar tas-servizzi ta’ Customer Care li jagħti d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali.
Id-Dipartiment prezentament ghandu 24 Uffiċċju Distrettwali madwar Malta. Issa id-Dipartiment ser jifrex is-servizz tiegħu f’10 lokalitajiet oħra mal-24 li diġa' jagħti s-servizz fihom.
Is-servizz se jkun qed jingħata darba fil-ġimgħa mill-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali ta’ Ħ’Attard, Santa Venera, l-Imqabba, Pembroke, il-Għargħur, San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, Wied il-Għajn, ix-Xagħra u l-Għarb. Dawn se jiżdiedu mal-Kunsill Lokali tal-Gudja li diġa ilu sentejn joffri dan is-servizz.
Grazzi għal din l-estensjoni tal-uffiċċji tal-customer care fil-lokalitajiet, minflok imorru f’raħal ieħor jew fl-uffiċċju distrettwali biex jinqdew għal dak kollu li jkollhom bżonn fejn jidħlu informazzjoni u applikazzjonijiet, ir-residenti issa jistgħu jinqdew permezz tal-one-stop shop li qed joffrilhom il-Kunsill Lokali tagħhom stess.
Fost l-oħrajn ir-residenti jistgħu japplikaw għal kwalunkwe benefiċċju tas-sigurta’ socjali li ma jirrikjedix dikjarazzjoni guramentata, jagħmlu rapporti dwar bdil fiċ-ċirkostanżi, japplikaw għal jew iġeddu l-karta r-roża, jissottomettu ċertifikati tal-mard, u jagħmlu kwalunkwe talba għall-informazzjoni fuq sigurta’ socjali. Għal dan il-għan uffiċċjali mid-Dipartiment se jkunu qed joffru s-servizzi tagħhom mill-Kunsilli Lokali rispettivi.
Huwa ppjanat li fil-futur dan is-servizz ikompli jkun estiż għal iżjed Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jaħdmu fil-Benefit Fraud Investigation Directorate fi ħdan il-qasam tas-Sigurtà Soċjali? Jista' jgħid kemm minnhom huma spetturi fi ħdan l-istess direttorat?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-Dipartiment għall-Frodi u Investigazzjoni dwar Benefiċċji bħalissa hemm jaħdmu tmien persuni. Id-Dipartiment jinsab għaddej bil-proċess biex joħrog sejħa għal Spetturi ġodda biex jieħdu post dawk li spiċċaw fl-aħħar xhur.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — impjegati self employed
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32405, jista' l-Ministru jgħid jekk l-entitajiet l-oħra tawx l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta' self employed li huma impjegati? Jekk iva, jista' jpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra kif intqal fit-tweġiba msemmija?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b'zieda mar-risposta ghall-mistoqsija parlamentari 32405 kien fadal tasal l-informazzjoni mill-Fondazzjoni ghas-Servizzi tal-Harsien Socjali.
Il-persuni li jahdmu bhala self-employed fi hdan l-FSWS huma 8.
Seba' minn dawn huma allaccjati ma' progetti ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja. Dawn huma assistant project administrator, 4 professonal youth support workers u 2 project administrators.
Hemm persuna ohra li hija driver. Dan jahdem mal-persuni b'dizabilita’ u ghandu bzonn tip ta' licenzja tas-sewqan specjali. Ghalhekk filwaqt li kien ghaddej process biex jigu trasferiti xufiera ohra minn entitajiet ohra ghal mal-FSWS kellu jinghata dan il-kuntratt biex dan is-servizz ta' transport ma jieqafx.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — Xogħlijiet lill-Kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2004 sal-lum kemm ingħataw xogħlijiet lill-kumpaniji li isimhom qed jintbgħat separatament? Jista’ jagħti d-data u l-ammonti u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet ingħatawx b’tender jew direct order ?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti:
- Kummissjoni ghall-Ghaqdiet Volontarji: nil
- Kummissarju ghat-Tfal: nil
- Awtorita’ Nazzjonali ghall-Impjiegi: nil
- Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali: nil
- Politika Socjali: nil
- Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza: nil
- Qrati ta’ Malta: nil
- Qorti t’Ghawdex: nil
- Kummissjoni ghal-Vjolenza Domestika: nil
- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’: nil
- Dipartiment ghar-Relazzjonijiet Industrijali: nil
- MEUSAC; fl-2010 €420 ghall-Airconditioner u fl-2011 €25 ghal remote
- Fondazzjoni ghal-Harsien tas-Servizzi Socjali: fl-2011: €32,850 ghal Provision of Maintanance Service and Transfer of Airconditioners wara sejha ghal tenders, u €31,794 ghal Supply and Installation of a Passenger Lift at the New Appogg Premises in Gwardamangia wara sejha ghal tenders.
- Dipartiment ghas-Servizzi Socjali: fl- 2008: €1,967 (airconditiong Unit for Adult Training Centre M’Skala ), 2010: €1045 (Airconditioning Unit for Accounts Section)
- Awtorita’ tad-Djar; fl-2006 €142,986.74, fl-2007 €67,964.13, fl-2008 €33,745.63, fl-2009 €212,813, fl-2010 €47,711 filwaqt li fl-2011 €77,605.60 li kollha nghataw b’tender.
Jista' l-Ministru jara għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu sepatarament, kellha tnaqqis kemm fl-SKA kif ukoll fl-għajnuna socjali SA?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li l-ilment li resqet il-persuna li d-dettalji dwarha li jintbagħtu separatament rigward ħsarat fir-residenza tagħha u l-parti komuni mal-Awtorità tad-Djar xi ġimgħat ilu, jiġi mistħarreġ?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ilment li resqet il- persuna insemmija gie mistharreg diga' meta saret spezzjoni minn ufficjal ta’ L-Awtorita’ tad-Djar fil 9 ta’ Jannar 2012 rigward id-dhul ta’ l- ilma mil-bejt u fil-14 ta’ Frar, 2012 rigward il- bieb tal- bejt li qieghed fil-parti komuni tal- blokk.
Jista' l-Ministru jara li tiġi mistħarrġa l-ammont ta' kera li qed ikollu jħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u dan peress li jgħix bil-benefiċċji soċjali biex jieħu ħsieb uliedu żgħar?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni tħallas kera ta’ €419 fis-sena jiġifieri €35 fix-xahar. Il-kera kummerċjali tal-fond fejn joqgħod hija ta’ €465.87 fis-sena. Id-dħul totali tal-applikant huwa ta’ €14, 664 u għaldaqstant jaqa’ taħt kategorija E u għandu sussidju ta’ 10 fil-mija. Il-persuna in kwestjoni jmissha r-revizzjoni tal-kera f’Ġunju li ġej.
Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fil-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u dan minħabba li hemm ħsarat konsiderevoli?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, illi l-Awtorita’ tad-Djar ma tghamilx dan it-tip ta’ spezzjonijiet. Pero’ l-inkwilin jista’ japplika taht skema SM jew skemi ohra applikabbli li minnhom jista’ jibbenefika. Ghalhekk l-inkwilini huma mhegga javvicinaw l-Awtorita’ sabiex ikunu jistghu japplikaw.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti;
- Kummissjoni għal Vjolenza Domestika; nil
- Kummissarju għat-Tfal; nil
- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabiltà; Assistant Service Officer fi skala 15 fuq kuntratt definit
- Awtorità Nazzjonali għall-Impjiegi; nil
- Dipartiment għall-Istandards tal-Harsien Socjali; Project Administrator fuq kuntratt definit fi skala 7 (li rrizenjat fil-21 ta’ Marzu 2012)
- Meusac; 5 fuq kuntratt definit fil-gradi ta’ Media Coordinator, Events &activities Coordinator, Projects Coordinator, Head EU funding, Executive EU funding; Filwaqt li Head Administration &HR u Executive EU Policy and Legislation bhala Ufficjal Pubbliku ‘deployed on grounds of public policy’
- Kummissjoni ghall-Organizazzjonijiet Volontarji; nil
- Kumissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza; 7 fuq kuntratt definit fil-grad ta’ Segretarja, 3 Ufficjali ta’ Sapport ghall-progett, 2 Koordinaturi ta’ Progett u Promotur tal-marka tal-Ugwaljanza
- Qorti t’Ghawdex; Kuntratt Definit ghal-Xufier ma’ Membri tal-Gudikatura u Kuntratt ta’ 3snin ghal Deputat Registratur
- Qrati ta’ Malta; 14-il kuntratt definit 4 ghall-Assistenti Gudizzjarji (part-time), 6 Casual substitute Clerks, u 4 ghal Casual Substitute Execuvtive Officers, Filwaqt li 9 Deputati Registraturi fuq kuntratt ta’ 3 snin
- Awtorità tad-Djar; 9 fuq kuntratt Definit fil-post ta’ 2 Officer 1 back to back, 1 EU Coordinator back to back, 1 Executive Head back to back, 5 Apprentices filwaqt li 9 humw fuq kuntratt Indefinit – 3 Officer 1, 1 Senior Technical Officere, 1 Admin Technical Officer, 1PR Supervisor u 3 Officers 2
- Politika Socjali; 2 fuq kuntratt definit fil-post ta’ Manager (Voluntary Organisations) u Porject Administrator
- Fondazzjoni ghas-Servizzi tal-Harsien Socjali; 99 fuq kuntratt definit fejn 72 huma fuq bazi full-time mentri 27 huma fuq bazi part-time fil-post ta’ 6 Clerk, 3 Customer care/ Administrative Support Worker, 1 Execuvtive 1, 10 Executive III, 20 Social Workers, 44 Support Workers, 2 Nurse, 2 Psychoterapist, 2 Administrator – Officer (safer internet), 1 EU Projects Executive, 2 Training Executive, 1 Senior Manager HR, 1 Procurements, 1 Manager Access, 1 Assistant Manager, 1 Manager Home Care Programme u 1 Senior Executive II – Administration.
Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-investigazzjoni li għamlet l-Awtorità tad-Djar dwar ilment li għamel l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li anke kiteb ittra lill-Avukat imma sal-lum għadu bla risposta?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ittra imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ma intbaghtitx lill-avukat izda intbaghtet minn avukat, u kienet datata 23 ta’ Marzu 2011. L-Awtorità tad-Djar kienet diga indikat lill-persuna in kwistjoni li ma kien hemm ebda irregolarità fl-istruttura mertu tad-domanda. Dan il-fatt kien gie mgharraf lill-persuna indikata permezz ta’ ittra datata 24 ta’ Novembru 2009. Il-persuna indikata tista tikkonstata dan ukoll billi tikkonsulata mal-permessi mahruga mill-MEPA li jikkonfermaw li il-binja saret skond il-permessi.
Jista' l-Ministeru jgħarraf lil din il-Kamra jekk id-drittijiet kollha ta' single mother bi tfal magħha, jgħoddux ukoll, għal single father bit-tfal miegħu? Jekk le, hemm ħsieb li dawn ikunu l-istess?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-drittijiet kollha li jgħoddu għal single mother jgħoddu ukoll bl-istess mod għal single fathers. Infatti bħal ma għandna nisa jirċievu Għajnuna Soċjali għal Single Parents għandna ukoll irġiel.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija single parent u tgħix f'post privat li ftit ta' snin ilu għamlet talba għal post alternattiv?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qegħda pproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra. Hija tikri post mill-privat u tħallas kera ta’ €2, 040 fis-sena pero’ se tibda’ ukoll tibbenefika minn sussidju fuq il-kera li jammonta għall-€966. 69 fis-sena. Dan ifisser li din il-persuna se tibda’ tħallas minn butha kera ta’ €89 fix-xahar.
L-Awtorita’ tad-Djar pre¿entament għandha 218 persuna li jibbenefikaw minn sussidju tal-kera i¿da li wkoll għandhom applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva.
Laqgħa dwar is-sigurtà tal-Ikel fil-Maghreb — parteċipazzjoni diretta fil-proġett
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32277 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk hemmx ħsieb li Malta tipparteċipa direttament fi proġetti f'dawn il-pajjiżi?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li dan ma kellux inkluż it-€300 li ħadu l-anzjani kollha? Jista' jara l-każ u jekk jista' jkun l-anzjan jiġi infurmat bil-miktub? Jista' jara ukoll li jibda jieħu l-pensjoni li hi dovuta lilu peress li nstab li kien hemm xi żball imma s'issa għadu qed jieħu l-pensjoni bin-nieqes?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu giet infurmata bil-miktub dwar il-kaz taghha.
Awtorità tad-Djar — applikazzjoni għal post tal-gvern
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-mara li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li fil-mument qed tieħu s-sussidju tal-kera; li kienet applikat għal post tal-gvern wara li kienet reġgħet irranġat mar-raġel tagħha imma wara li sseparat l-applikazzjoni ma baqgħetx valida? Jista' l-Ministru jgħid kif din il-persuna tista' terġa' tiftaħ il-file tagħha biex jiġi investigat il-każ tagħha?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jinforma lill-individwu biex jiġi fit-taqsima tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar u japplika għall-akkomodazzjoni alternattiva bħala persuna separata dejjem jekk ikun konformi mal-kriterji tal-Awtorità tad-Djar. L-applikazzjoni tal-individwu ġiet ikkanċellata nhar is-6 ta’ Settembru, 2010 peress li l-istatus u s-sitwazzjoni tal-individwu inbidlet u ma kienx ġie jemmenda l-applikazzjoni.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — allowances mħallsa lill-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.