Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol biex jitnaqqas l-għarar mil-lokalità taż-Żurrieq? Liema toroq ser jiġu affettwati bix-xogħlijiet ta’ dan il-proġett? Meta hu proġettat li dan ix-xogħol jitlesta? Kemm għandu flus ivvutati dan il-proġett biex jitwettaq? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti kollha relatati ma’ dan il-proġett tal-għargħar?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 2001.
Fil-proġett propost mill-Gvern biex isolvi l-problema tal-għargħar fiż-Żurrieq, jista’ l-Ministru jgħid fejn ser jiġi ‘discharged’ l-ilma kollu li ser jinġabar minn dan il-water culvert?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 2000.
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-Segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie inawgurat ix-xogħol ta’ embellishment fuq il-Pjazza tal-Imqabba? Kemm ġie jiswa fit-totalità tiegħu dan ix-xogħol ta’ embellishment u fiex kienet tikkonsisti l-ispiża, item item (pereżempju xogħol ta’ madum, service duct eċċ.) għal dan ix-xogħol? Kemm-il darba saru xogħlijiet ta’ riparazzjoni fuq din il-pjazza mid-data tal-inawgurazzjoni? Fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet riparatorji? Il-kuntrattur li esegwixxa dan ix-xogħol ġie marbut b’xi ‘performance guarantee’, u jekk fl-affermattiv għal kemm perjodu ta’ żmien? Għal kemm tammonta din il-‘performance guarantee’?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta’ tisbiħ fil-Pjazza tal-Imqabba ġie inwgurat f’Ġunju 2021. Il-proġett ġie jiswa €1,704,526.15 (VAT eskluż) u l-items ewlenin tal-ispiża (VAT eskluż) huma dawk li jidhru hawn taħt:
· Culverts għall-ilma tax-xita – €243,988.78
· Katusi għas-servizzi tal-ilma –€ 28,834.83
· Tħammil – €105, 511.04
· Xogħol ta’ pavimentar – €622, 302.45
· Bini ta’ bankini, passaġġi u żoni bil-pavimentar – €113, 166.25
· Sinjali tat-traffiku u marki fit-triq – €11,976.41
· Xogħlijiet tal-elettriku biex cables jitniżżlu ġo culverts taħt l-art – €269,463.50
· Kwantitajiet addizzjonali bbażati fuq ir-rati tal-kuntratt – €152,720.36
· Provvista ta’ pavimentar biex jintuża mid-Dipartiment għall-manutenzjoni – €60,041.88
Ix-xogħlijiet ta’ riparazzjoni f’din il-pjazza saru kull meta nqalgħet il-ħtieġa li jsiru interventi bħal dawn.
Ix-xogħlijiet ta’ riparazzjoni li saru kienu jikkonsistu f’dan li ġej:
· Irranġar ta’ pavimentar tal-lava f’każi fejn iċċaqlaq xi pavimentar
· Grouting tal-fili tal-pavimentar tal-lava fejn kien meħtieġ
· Tiswija ta’ spralli tal-ilma tax-xita kif kien meħtieġ
Il-kuntrattur kien marbut b’Performance Guarantee għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet. Din il-Performance Guarantee ġiet rilaxxata meta l-perit tal-proġett iċċertifika x-xogħol bħala komplut.
Din il-Peformance Guarantee tammonta għal Eur178,222.67.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – regolamenti u protokolli għal kunflitti ta’ interess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-regolamenti u l-protokolli li l-Ministeru japplika sabiex persuni li jaħdmu direttament fil-Ministeru jiddikjaraw kunflitti ta’ interess li jista’ jkollhom dwar materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-istess Ministeru?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Manwal, li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Programm u l-evalwazzjoni tat-tagħlim dwar l-integrità u għarfien etiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna kien hemm eleġibbli fil-Public Works biex tagħmel "il-programm u l-evalwazzjoni tat-tagħlim dwar l-integrità u għarfien etiku"? Kemm-il persuna minn dawk li kienu eleġibbli għamlu dan it-taħriġ?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li fid-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi hemm 25 impjegat eliġibbli għat-taħriġ imsemmi u li s’issa madwar nofshom poġġew għal dan il-programm.
Jista’ l-Ministru jispjega min hu responsabbli miż-żamma tal-Ġnien u bandli ta' Howard Gardens u meta saret l-aħħar manutenzjoni fil-ġnien u l-għamara pubblika? Jista’ jispjega kull meta ssir it-tisqija tas-siġar u pjanti ta' dan il-ġnien u jekk jinżammx rekord ta' kull meta jsir dan?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabbiltà taż-żamma tal-ġnien u l-bandli ta’ Howard Gardens hija tal- Kunsill Lokali tal-Imdina. Madankollu, permezz tad-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi, qed jingħalaq il-proġett ta’ modernizzar fiż-żona li tinkludi l-bandli, u s-siġar qed jissaqqew kif indikat mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – Segretarju Permanenti – pakkett finanzjarju u kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’pakkett finanzjarju għandu s-Segretarju Permanenti tiegħu? Il-pakkett finanzjarju jinkludi allowances u perkaċċi oħra? Jista’ jgħid ukoll xi kwalifiki akkademiċi għandu s-Segretarju Permanenti?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġiżlatura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bijografija tas-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru.
B'referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 2000, jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-kapaċità taż-żewġ ġibjuni taħt Vjal ix-Xarolla, iż-Żurrieq u xi jsir mill-ilma maħżun u jekk il-barriera li se tintuża għall-overflow hijiex tal-privat jew le u jekk iva, jekk hemmx xi obbligi lejn is-sid jew sidien tal-barriera?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-ġibjuni li jinsabu taħt Vjal ix-Xarolla u li qed issir referenza għalihom għandhom volum totali ta’ madwar 1732m kubi, li flimkien mal-barriera li qed tintuża għall-overflow ta’ dawn il-ġibjuni huma parti minn sistema ta’ culverts eżistenti.
Bengħajsa – permess għall-barriera tal-qawwi bl-applikazzjoni nru PA 2673/22
Question
B'referenza għall-applikazzjoni PA2673/22 għall-permess ta' barriera tal-qawwi f'Bengħajsa, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-istima f'metri kubi ta' blat tal-qawwi u jekk tali applikazzjoni tmurx kontra l-proviżjonijiet tal-Minerals Subject Plan 2002?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
L-Onor. Interpellant qed jagħmel referenza għall-applikazzjoni PA2673/22 (Outline application for quarrying in lower corraline limestone for hard rock), liema applikazzjoni għadha qed tiġi proċessata fuq bażi ta’ prinċipju f’dak li huwa ppjanar. Ninsab infurmat illi skont is-sottomissjonijiet li saru fl-istess applikazzjoni, qiegħed jiġi kkalkulat li din il-proposta għall-barriera għandha potenzjal li tipproduċi volum ta’ madwar 225,000 metru kubu f’materjal tal-qawwi.
L-Onor. Interpellant qiegħed jiġi infurmat illi l-“Minerals Subject Plan 2002” ġie abolit bil-ħruġ tal-i"Strategic Plan for Environment and Development, 2015” liema pjan jikkunsidra żvilupp għall-barrieri diment li dan ma jikkawżax impatt negattiv inaċċettabli f’dak li huwa ambjent.
L-applikazzjoni bħalissa tinsab fl-istadju fejn qed issir analisi tal-impatti tal-iżvilupp fuq il-madwar speċjalment f’dak li huwa ambjent u wirt kulturali.
Salina – irwejjaħ ħerġin mill-kanal madwar is-salini tal-melħ
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-irwejjaħ kbar li ħerġin mis-sukkorzju tas-Salina (il-kanal madwar is-salini tal-melħ fis-Salina), liema proġett kien sar mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, jiġu mnaqqsin kemm jista’ jkun jew jiġu eliminati, għax qed ikunu ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti tal-inħawi, b’mod partikolari r-residenti tas-Salina u tal-Qawra? Billi dawn l-irwejjaħ probabbilment qed jirriżultaw minħabba l-fatt li partijiet mill-kanal huma imblukkati bl-alka u materjal ieħor, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan il-kanal jitnaddaf u jekk dan it-tindif ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tiegħu, jikkordina mal-Ministeru kkonċernat?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi għaddej b’diskussjoni mal-entitajiet konċernati sabiex jingħata permess għat-tindif tal-post li qed issir referenza għalih.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — persuni li jaħdmu bir-remote working
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking), mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li hemm differenza bejn remote working u teleworking. Minkejja dan, ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Mejju kien hemm 305 ħaddiema fuq telework u 25 fuq remote working fil-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti taħtu.
ERA – applikazzjoni għall-bini ta’ trakka tal-karozzi f’Ħal Far
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu/huma r-raġunijiet imsaħħa b'dokumentazzjoni adegwata, inkluż il-kopja tal-Minuti u abbażi ta' liema studji l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) iddeċidiet li m’hemmx bżonn ta' Environment Impact Assessment fl-applikazzjoni għall-bini ta' trakka tal-karozzi f'Ħal Far?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda spiża lill-partijiet imsemmija fil-perjodu indikat.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – infiq ta’ flus f’reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn kemm ilu kostitwit dan il-Ministeru ma kien hemm l-ebda spiża kif indikata fil-mistoqsija parlamentari.
Il-Gżira — Triq Carlo Manchè u Triq Manoel de Vilhena - xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1617, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol ta' pavimentar mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fuq Triq Carlo Manchè u Triq Manoel De Vilhena fil-Gżira?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ix-xogħol ta' pavimentar mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fi Triq Carlo Manchè mistenni jibda u jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin. Bħalissa għaddejjin it-tħejjijiet infrastrutturali sabiex ikun jista’ jibda x-xogħol fuq il-pavimenti fi Triq Manoel de Vilhena.
Iż-Żurrieq – lista ta’ flow ta’ ilma kull parti tal-proġett tal-għargħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid għal kemm flow (metri kubu kull siegħa) ta' ilma kull parti tal-proġett tal-għargħar fiż-Żurrieq hija ddisinjata u fejn ser jispiċċa l-ilma minn kull parti tal-proġett?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-culverts tal-ilma tax-xita tal-proġett għat-taffija tal-għargħar fiż-Żurrieq huma ddisinjati biex jifilħu flow ta’ 3.5 metri kubi kull sekonda. Dawn il-culverts ser jaqbdu mas-sistema eżistenti li hemm fi Vjal ix-Xarolla li tinkludi zewġ ġibjuni taħt it-triq. L-overflow taghhom jibqa’ sejjer ġo barriera mhux użata fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Kirkop.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti relatati mal-proġett tal-għargħar fiż-Żurrieq, lista ta' xogħlijiet li se jsiru triq triq, meta ngħata l-aħħar it-tarmak fit-toroq li ser ikollhom jinqalgħu, il-fażijiet tal-proġett, it-traffic management għal kull fażi tal-proġett u t-tibdil fir-rotot tat-trasport pubbliku, inkluż f'Ħal Safi, f'kull fażi tal-proġett?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet jikkonsistu fi skavar fit-toroq imsemmija għall-ippustjar tal katusi għall-ilqugħ tal-ilma tax xita u diversi kaxxi minn fejn jinġabar l-ilma. Dawn huma kollha murija fil pjanti li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-ewwel fażi hija l-konnessjoni minn Triq Bronja għal Vjal ix-Xarolla.
It-tieni fażi tibda min tarf triq Bronja sa nofs it-tul tat-triq u Triq Vincenz Schembri.
It-tielet fażi hija l-kumplament tax-xogħlijiet li jridu jsiru fi triq Bronja.
It-traffic management se jkun qed jinbidel skont il-fażi tal-proġett b’dan illi se jittieħdu miżuri biex it-trasport pubbliku jkollu l-inqas impatt.
Siti ta’ Kostruzzjoni – dati ta’ meta ma jistax issir twaqqiegħ u skavar
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma id-dati minn meta u sa meta ma jistax isir twaqqigħ u skavar f'siti ta' kostruzzjoni matul is-sajf 2022 u f'liema lokalitajiet qed tiġi infurzata? Liema huma dawk is-siti (PA No.) u f'liema lokalità ngħataw estensjoni sabiex ikunu jistgħu jkomplu jaħdmu bejn dawn id-dati u ta' kemm ġranet kienet l-estensjoni? Kemm saru spezzjonijiet mid-data tal-bidu tal-perjodu għal din is-sena sal-jum meta qed titwieġeb din il-mistoqsija u x'kienu l-azzjonijiet li ttieħdu fejn kien hemm bżonn?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn il-15 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru mhux permissibbli li jsir twaqqigħ u skavar f'siti ta' kostruzzjoni fil-lokalitajiet indikati aktar 'il quddiem. Il-ligi tiġi infurzata fil-lokalitajiet indikati kollha.
Lokalitajiet fejn mhux permissibli twaqqigħ u skavar:
Malta
Attard, Birżebbuġa, Isla, Bormla, Birgu, Gzira, M’Xlokk, Mellieha, Rabat/Mdina, Sliema, San Giljan, Swieqi, San Pawl il-Bahar, Qrendi/Wied iz-Zurrieq, Valletta, u Floriana.
Għawdex
Marsalforn, Ghammar, Kemmuna, Gharb, Ghasri, Mgarr/Ghajnsielem, Xaghra, Qala, Xlendi, Ramla l-Hamra, San Lawrenz u Victoria.
L-estensjonijiet huma maħruġa mill-Awtorità għat-Turiżmu ta’ Malta (MTA).
Tabella li turi l-informazzjoni mitluba rigward estensjonijiet:
Applikazzjoni
Lokalità
Ġranet t'estensjoni
DS 107/22
Valletta
Għadhom mhux maħruġa mill-Awtorità konċernata
PA 6179/21
San Pawl il-Baħar
15-il ġurnata
PA 1418/17
Sliema
56-il ġurnata
PA 7695/20
Bormla
7 t'ijiem
PA 829/20
Mellieha
24 ġurnata
PA 4784/19
Valletta
15-il ġurnata
PA 5442/21
San Pawl il-Bahar
15-il ġurnata
PA 5729/09, PA 2386/20
Sliema
15-il ġurnata
PA 472/15,
PA 28/18
Valletta
Għadhom mhux maħruġa mill-Awtorità konċernata
PA 9133/19
Marsascala
15-il ġurnata
DS 102/22
Marsascala
3 t’ijiem
PA 9096/19
San Giljan
7 t'ijiem
PA 620/21
Bormla
7 t'ijiem
Sal-lum, f’dawn il-lokalitajiet saru 97 spezzjoni u kull fejn instabu x’irregolaritajiet, ix-xogħlijiet twaqqfu.
Mellieħa: Triq il-Marfa – xogħol biswit l-Għajn tal-Mellieħa
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk sarux spezzjonijiet (u x’passi ttieħdu) minn uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq xogħol li għaddej bħalissa biswit l-Għajn tal-Mellieħa fi Triq il-Marfa, fil-Mellieħa, liema xogħol jindika li mhux isir skont kif mitlub għal dik iż-żona partikolari? (Ritratti jinsabu annessi ma’ din il-mistoqsija)
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet inkwistjoni relatati mat-triq, huma koperti bil-permess għat-toroq RWP1-1178/22. Għaldaqstant, min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar, dawn huma meqjusa li jikklassifikaw taħt żvilupp permessibbli skont Klassi 3 ta’ Notifikazzjoni dwar Żvilupp, A.L.211 tal-2016.
Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Ippjanar ikkonsultat mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi dwar il-passi li jeħtieġ jittieħdu.