Qasam tas-saħħa – Settur pubbliku – Infermiera u tobba barranin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ infermiera u tobba barranin li bħalissa qed jaħdmu fis-servizz tas-saħħa pubbliku, u minn liema pajjiżi ġejjin prinċipalment?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Qasam tas-saħħa – Settur pubbliku – Riżenji ta’infermiera u tobba
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-figuri ta’ kemm infermiera u tobba rriżenjaw jew telqu mis-servizz pubbliku fl-aħħar sentejn? Jista’ jgħid ukoll x’kienu l-aktar raġunijiet irrappurtati għal dan il-ħruġ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 30405.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm infermiera u tobba fis-servizz tas-saħħa pubbliku bħalissa, maqsuma skont l-ispeċjalità u skont unità prinċipali (Mater Dei, Primary Health Care, Mount Carmel, Karin Grech, eċċ.)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn pazjenti li għandhom inqas minn 18-il sena, u pazjenti li għandhom bejn it-18 u l-40 sena li jbatu minn saħħa mentali?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-Isptar Monte Karmeli hemm 5 pazjenti li għandhom inqas minn 18-il sena u 91 pazjent bejn it-18 u l-40 sena li jbatu mis-saħħa mentali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn pazjenti taħt it-18-il sena, pazjenti ta’ bejn it-18 u l-40 sena, pazjenti ta’ bejn l-40 u s-60 sena, u pazjenti ta’ minn 60 sena ’l fuq, li jgħixu bid-dijabete?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Konsulenti tad-dermatoloġija, tas-sistema respiratorja, tal-ortopedija u tal-kardjovaskularija - Lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija għal appuntament ‘new case’ urġenti u ‘new case’ mhux urġenti, biex pazjent jarah konsulent tad-dermatoloġija, tas-sistema respiratorja, tal-ortopedija u tal-kardjovaskularija?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mhemmx persuni li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ħin ta’ stennija biex pazjent li ma jkunx indikat bħala ‘urġenti’ jarah konsulent tal-għajnejn?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li jiddependi għand liema konsulent ikun ġie riferut imma infurmat ukoll li mhemmx persuni li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fil-privat li kienu mħallsa mis-settur pubbliku, x’kienu dawn l-operazzjonijiet u f’liema sptarijiet saru? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi qed jingħataw fil-preżent fil-Paola Hub Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran u jelenka l-programm ta’ dak li ser jiġi offrut fil-futur?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba għall-PQ 30393.
Jista’ l-Ministru jgħid kif jinżamm kuntatt regolari bejn il-Young People’s Unit (YPU) u l-familji ta’ dawn it-tfal u ż-żgħażagħ? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ appoġġ jew terapija qed tingħata lill-familji tagħhom bħala parti mill-proċess ta’ trattament?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li waqt il-visiting hours ta’ kuljum, il-caregivers huma mistiedna jattendu għall-ward rounds. Ikun hemm kuntatt telefoniku matul il-ġurnata skond il-bżonn. Il-familji jiġu offruti servizz ta’ sapport u fejn hemm bżonn terapija tal-familja.
Infurmat ukoll li l-YPU joffri ukoll
Parent Support Service
li huwa fuq bażi volontarja għall-ġenituri / care givers ta’ tfal u adoloxxenti li jkunu daħlu l-YPU. Dan is-servizz jingħata wkoll lill-ġenituri / care givers wara d-discharge tal-pazjent. L-għan tas-servizz huwa li jiġi offrut sapport, jeduka lill-ġenituri fuq il-problemi tas-saħħa mentali li jkunu qed jesperjenzaw it-tfal u jagħtihom il-ħiliet meħtieġa biex jgħinu lit-tfal bl-aktar mod effettiv.
Infurmat li wara d-discharge jitkompla s-sapport għal-erba’ ġimgħat għall-pazjent u l-familja mis-servizz tal-
Community Intervention and Home Treatment
(CIHT) li hu parti mil-YPU.
Jista’ l-Ministru jelenka x’tip ta’ programm edukattiv qed jitwettaq bħala parti mill-kura fil-Young People’s Unit (YPU) u kif qed jiġi assigurat li jkun hemm separazzjoni ċara bejn l-ambjent ta’ kura u dak edukattiv, kif suppost isir f’dan it-tip ta’ servizz?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li b'kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żagħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, hemm għalliema allokata full-time mal-YPU matul is-sena skolastika. Il-klassi hi separata mill-ambjent kliniku. L-għalliema tieħu ħsieb li tiġbor l-informazzjoni akkademika mil-iskejjel tat-tfal biex b’hekk tipprepara x-xogħol għat-tfal skond il-livell akkademiku tagħhom. Il-preparamenti akkademiċi jsiru fuq bażi individwali.
Operazzjonijiet ta’ knee replacement, hip replacement u bunion surgery - Lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija għall-operazzjonijiet ta’ knee replacement, hip replacement u bunion surgery?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li kif diġa infurmajt il-Kamra permezz tal-PQ 29038, qed isiru extra sessions għall-knee replacements. Apparti dawk li normalment isiru fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t’ Għawdex, extra sessions qed isiru kull nhar ta’ Ħamis u kull nhar ta’ Ħadd fi sptar privat u fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Filwaqt li f’Ġunju li għadda infurmajt lill-Kamra li kien hemm 1,054 pazjent li qed jistennew total knee replacement, dan l-ammont niżel għal 761 li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awissu 2025 saru 383 operazzjoni ta’ total knee replacement fl-isptarijiet tal-gvern u 373 operazzjoni ġew outsourced.
Għar-rigward tal-hip replacements, ninsab infurmat li hemm 326 pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awissu 2025 saru 168 operazzjoni tal-hip replacement fl-isptarijiet tal-gvern u kien hemm operazzjoni waħda outsourced.
Għar-rigward tal-bunion surgery ninsab infurmat li hemm 56 pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awissu 2025 saru 14-il operazzjoni tal-bunion surgery.
Nenfasiżża li jkun hemm diversi raġunijiet mediċi għala ikun hemm id-dewmien.
Operazzjonijiet tal-katarretti - Lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi twila l-lista ta’ stennija għall-operazzjonijiet tal-katarretti? Jista’ jgħid ukoll kemm isiru kull ġimgħa maqsuma bejn l-Isptar Mater Dei u sptarijiet privati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fil-mument hemm 97 pazjent li qed jistenna għall-operazzjoni tal-kataretti u li l-perjodu ta’ stennija hu aktar miċ-Charter tal-Pazjent.
Dan in-numru qed ikompli jonqos bl-inizjattivi li qed jittħedu meta minbarra l-operazzjonijiet li normalment isiru fl-isptarijiet tagħna, isiru operazzjonijiet extra tal-kataretti fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Dalwaqt, anke ser jibdew isiru dawn l-operazzjoni f’Ċensu Moran, Ċentru Reġjonali tas-saħħa.
Infurmat ukoll li mill-1 ta’ Jannar 2025 sa l-aħħar ta’ Awwissu, saru b’kollox 4369 operazzjoni tal-Phacoemulsification u aspiration of cataract.
Irid jiġi enfasizzat li każijiet urġenti jsiru fl-iqsar żmien possibbli. Ġeneralment ikun hemm raġunijiet mediċi għala pazjent idum daqshekk biex issirlu l-operazzjoni.
Settur pubbliku - NGOS, għaqdiet/skejjel - Tobba u infermiera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba u infermiera jaħdmu f’NGOS, għaqdiet jew skejjel li huma ingaġġati mis-settur pubbliku u f’liema postijiet jaħdmu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ scabies fl-2024 u fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li t-Taqsima tal-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard Infettiv (IDCU), irreġistrat total ta’ 204 każijiet ta’ skabbja fl-2024 li ġew riveduti u kkonfermati minn dermatologu.
Infurmat ukoll li sal-24 ta’ Settembru 2025, l-IDCU irreġistrat total ta’ 102 każijiet ta’ skabbja li ġew riveduti u kkonfermati minn dermatologu.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar it-tip ta’ terapiji li qed jiġu offruti fil-Young People’s Unit (YPU), inkluż jekk dawn humiex evidence-based, min qed iwettaqhom u kif qed jiġi evalwat l-impatt tagħhom fuq it-tfal u ż-żgħażagħ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-adolexxenti jaraw il-psikjatra , il-psikolugu jew psikoterapista skond il-kaz, occupational therapy, fiżjoterapija, DBT mal-keyworker taghhom (infermiera jew it-terapista residenti ), group therapy minn terapista , lezzjonijiet fil-ġranet tal-iskola minn edukatriċi, family therapy skond il-bżonn u għajnuna ta’ social worker skond il-bżonn. Hemm is-servizz tan-nutritionist jekk dan ikun indikat.
Infurmat ukoll li l-impatt huwa evelwat b'mod kliniku f'kull review u skond il kundizzjoni (eż: f'każijiet ta’ ħsibijiet ta’ suwiċidju nużaw evidence-based scales biex nikkumparaw riskju minn darba ghal ohra.
Infurmat ukoll li l-infermiera jagħmlu assesjar kontinwu, jiġi dokumentat u diskuss mal-profesjonisti involuti. Dan biex ukol jikontribwixxi għal pjan ta’ kura individwali.