Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni fuq il-waiting list jistennew il-kura għas-saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawk il-persuni kollha li għandhom bżonn il-kura għas-saħħa mentali diġà għandhom appuntament skedat. Dawk li huma urġenti ngħataw prijorita.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm psikologi jaħdmu ma' pazjenti b'mard mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 18-il Psychologist, 10 Psychology Practioners u 11 Psychology assistants jaħdmu ma' pazjenti b'mard mentali.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu jsir biex ikun hawn aktar prevenzjoni tas-suwiċidju apparti l-helpline li jeżisti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tas-Saħħa għandu timijiet multidixxiplinari mxerrdin f’ċentri ma’ Malta kollha, u b’hekk qed ikun iktar faċli li wieħed jieħu l-għajnuna. Madwar 16-il xahar ilu twaqqaf ukoll Crisis Intervention home Team li qiegħed jagħti servizz immedjat fil-komunità, saħansitra fi djar ta’ individwi li għandhom bżonn kura. Twaqqaf ukoll Helpline 1579 li hu mħaddem minn nies professjonali 24 siegħa kuljum.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'investiment qed isir u kif qed jgħin NGOs għal persuni li jbatu minn dawn il-kundizzjonijiet: Parkinson's Disease, Fibromyalgia, Cystic Fibrosis, ALS u Alzheimer's Disease?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għas-Saħħa qiegħed jinvesti f’team ta’ psikjatri u psikoloġisti li joffru servizz imsejjaħ Neurpsychaiatry. Dan huwa bbażat prinċipalment l-Isptar Mater Dei. Dan it-team joffri għajnuna psikjatrika u psikoloġika lil min għandu kundizzjonijiet newroloġiċi u ta’ saħħa mentali u persuni li jbatu minn Parkinson’s, ALS u Alzheimer's Disease jieħdu għajnuna minn dan is-servizz ukoll. Hemm ukoll team simili ta’ Old Age Psychiatry li huwa bbażat iċ-Ċentru tas Saħħa ta’ Ħal Qormi, San Vinċenz u l-Isptar Karen Grech u dan jgħin persuni li jbatu min Alzheimer’s. Filwaqt li persuni li jbatu minn Fibromyalgia u Cystic Fibrosis, jistgħu jirċievu l-għajnuna fejn tidħol is-saħħa mentali mil-Liaison Psychiatry Team li jinsab l-Isptar Mater Dei jew mis-servizzi ta’ timijeit multidixxiplanari li hemm fil-komunità. Il-Ministeru għas-Saħħa qiegħed ukoll f’diskussjonijiet ma’ Dar Bjorn sabiex jipprovdi assistenza klinika meħtieġa fil-qasam tal-kundizzjonijiet respiratorji u newroloġiċi.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka d-dati kollha tal-laqgħat li kellu ma’ rappreżentanti tas-soċjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għas-Saħħa — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7116, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails bil-mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali li ma ġewx imwieġba bil-miktub, speċifikament lil dik il-media house jew l-online news portal, mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 7116.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7080, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk hux se ssir hydrotherapy pool oħra barra dik li hemm preżentement fl-Isptar San Luqa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 7080.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5271, jista' l-Ministru jgħid xi progress kien hemm dwar iż-żewġ tenders għad-Dipartiment tal-iSleep Lab?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawn it-tenders li qiegħed jirreferi għalihom jagħlqu fit-22 ta’ Marzu 2023.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6192, ladarba d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hi l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari numru 36589 li ngħatat il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Legiżlatura X1.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni jbatu mis-cystic fibrosis u x'kura qiegħda tingħata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 19-il persuna li jbatu mis-Cystic Fibrosis. 6 minn dawn huma tfal u jieħdu CF Treatment kollu. 11 minn dawn huma kbar u qegħdin fuq terapija Kaftrio. 2 persuni ma jieħdux t-trattament, waħda imħabba il-ġenetika u l-oħra għax irrifjutat it-trattament.
Dipartiment tal-Emerġenza – trattament ta’ persuni fi stat ta’ emerġenza/suwiċidju
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega l-pathway ta’ kif tiġi ttrattata/kurata persuna li tbati minn kundizzjoni ta’ saħħa mentali li tattendi l-Emerġenza u tkun fi stat ta’ emerġenza jew ta’ suwiċidju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li jbatu minn kundizzjoni ta’ saħħa mentali li jattendu l-Emerġenza, l-ewwel jiġu evalwati mit-tobba tal- emerġenza u jekk dan jiġi kkonfermat, it-tim psikjatriku li jkun on call 24/7 jissejjaħ biex jara lill-pazjent u jiddeċiedi dwar aktar kura.
Fid-dawl li twaħħlu antennas qrib residenzi fl-Imtarfa, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk sarux testijiet dwar kif jistgħu jaffettwaw is-saħħa?
Laqgħat ma’ uffiċjali/rappreżentanti ta’ kumpaniji fil-Ministeru għas-Saħħa
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti elenku tal-laqgħat li attendew uffiċjali jew rappreżentanti ta' Vitals u/jew Steward Healthcare fil-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2013 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Meta kienu dawn il-laqgħat u min kien preżenti għal kull laqgħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.
Leasing of Premises in Qala to House a Community Clinic for Primary Healthcare within the Ministry for Health
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex tikkonsisti s-sejħa li ħareġ reċentement il-Ministeru tiegħu 'Leasing of Premises in Qala to House a Community Clinic for the Primary Health Care within the Ministry for Health' CFT026-3021/23 (CPSU1956/22) u jgħid kemm se tqum fi flus din is-sejħa u għal kemm-il sena hi s-sejħa? Jista’ jgħid fejn fil-passat kien jiġi offrut dan is-servizz ġewwa r-raħal tal-Qala u għala ma baqax jiġi offrut dan is-servizz minn dan il-post? Jista’ jgħid ukoll fil-preżent minn fejn qed jingħata dan is-servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara sejħa pubblika instab sit minn fejn ser tibda topera Klinika Kommunitarja għas-Saħħa fil-Qala. Dan is-sit ser jinkera għas-somma ta’ €12,000 fis-sena. Ninfurmaħ ukoll illi l-klinika l-qadima tal-Qala ma kinitx adegwata peress illi kienet lokata f’kamra waħda ġo skola.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għall-proċedura ortopedika magħrufa bħala 'partial knee replacement'?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 133 persuni jistennew il-partial knee replacement.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu qiegħda fit-tabella t'hawn taħt, waqt li ninformaħ illi Dr Etienne Grech huwa advisor skont l-entitlement tas-segretarjat.
DR. SILVIO GRIXTI
Period of Income
Amount (€)
Gross/VAT Type
Services Rendered
February 2020 - January 2021
7,500
inc. VAT
Consultancy Services
February 2019 - January 2020
7,500
inc. VAT
Consultancy Services
February 2018 - January 2019
7,500
inc. VAT
Consultancy Services
Jan-18
625
inc. VAT
Consultancy Services
Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru — rapporti lill-pulizija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f'dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il rapport kriminali sar mill-Permanent Secretary mal-Pulizija fir-rigward tal-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom fil-Ministeru? Jista' jgħid ukoll dwar xiex sar ir-rapport u x'kien l-eżitu ta’ kull rapport rispettiv?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Sptar Mater Dei – Art Clinic – proċess ta’ embryo transfer permezz tal-IVF
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux minnu li pazjenti li kienu waslu biex jibdew il-proċess ta' embryo transfer permezz tas-servizz tal-IVF mogħti fl-Art Clinic fl-Isptar Mater Dei, matul l-aħħar jiem ġew informati li għalissa ma jistgħux jibdew dan il-proċess? Jekk iva, x'inhi r-raġuni għal dan u meta mistenni jerġa’ jibda s-servizz ta' embryo transfer?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-proċess ta’ l-embryo transfer ġewwa l-ART Clinic fl-isptar Mater Dei ġie temporanjament sospiż , għaliex l-Awtoritajiet Maltin irċevew notifika ta’ recall ta’ medical device li jintuza fil-proċess tal-IVF, u għaldaqstant dan il-posponiment qed isir fuq raġuni teknika. Dan il-posponiment temporanju qed isir biex nassiguraw is-safety tal-pazjent.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Gvern tax garanzija għas-self li l-Bank of Valletta ta lis-soċjetà, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u x’tip ta’ garanzija ta? Jista’ jqiegħed id-dokumenti relatati fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 7006.