B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19262 dwar Resident Priority Parking, jista' l-Ministru jgħid ma' liema kunsilli lokali saret komunikazzjoni mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali dwar din l-iskema? Jista' jgħid ukoll liema kunsilli lokali wrew interess għal sistema ta’ Residential Parking Scheme?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li kienet bagħtet ċirkulari elettronika (AKL 2023/075) lill-Kunsilli Lokali kollha għal laqgħat marbuta ma’ din l-iskema li kellhom isiru f’Settembru 2023. Ninsab infurmat wkoll li 11-il Kunsilli Lokali wrew interess għal din l-iskema li huma:
· L-Isla
· Ir-Rabat Għawdex
· Birkirkara
· Il-Fgura
· Il-Fontana
· Ħal Għaxaq
· Il-Gudja
· Ħal Lija
· L-Imsida
· Il-Munxar
· San Pawl il-Baħar
Jista’ l-Ministru jgħid x'qed isir jew huwa ppjanat li jsir biex issir riġenerazzjoni lis-swar tal-Furjana u tisħiħ strutturali ta’ partijiet mis-swar li jinsabu fi stat ħażin?
Response (BONNICI, OWEN)
Id-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni dawn l-aħħar snin wettaq xogħol ta’ restawr estensiv f’diversi żoni tas-swar tal-Furjana, kemm fuq inizjattiva diretta u kif ukoll f’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra. Fil-preżent għaddej ukoll restawr fuq medda ta’ swar biswit il-Bieb ta’ Notre Dame, u qed isiru tħejjijiet ta’ pjanti għal xogħol f’żoni oħra. Dan hu xhieda tal-impenn sħiħ tad-Dipartiment lejn ir-riġenerazzjoni tas-swar tal-Furjana.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proġetti imwettqa u oħrajn f’fażi ta’ tħejjija.
Il-Qrendi — Triq l-Imqabba - Traffic calming measures
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsiru traffic calming measures (sleeping policeman) neċessarji fi Triq l-Imqabba, il-Qrendi hekk kif jibda l-bini fil-Qrendi fid-direzzjoni miż-Żurrieq għal Qrendi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi li l-materja mressqa mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata mill-istess Kunsill Lokali.
Ta’ Sannat — Kalkara tal-Ġir – xogħlijiet ta’ restawr
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar ix-xogħlijiet ta' restawr tal-Kalkara tal-Ġir li hemm maġenb l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali Ta’ Sannat? Jista’ jgħid ukoll liema xogħol tlesta s’issa, x'fadal isir u meta hu maħsub li jkun lest ix-xogħol kollu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ta' Sannat li rigward ix-xogħlijiet ta’ restawr fuq il-Kalkara tal-Ġir, tlesta l-armar tal-iscaffolding u l-preparazzjonijiet oħra tas-sit. Sar ukoll xi remedial work li ntalab isir wara l-ispezzjoni li saret mill-uffiċċjal għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol. Il-Kunsill Lokali qed jistenna l-feedback minngħand il-kuntrattur. Ninsab infurmat ukoll li x-xogħol għandu jitlesta fi żmien sitt xhur.
Kunsilli Lokali — Tipping fees għall-iskart domestiku
Question
Jista' l-Ministru jelenka lista tar-refunds li l-kunsilli lokali ħadu relatati mit-tipping fees tal-Wasteserv għall-iskart domestiku mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Mejju 2024 u jaqsam din l-informazzjoni kunsill kunsill u tip tip?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma hemmx refunds fuq it-tipping fees li jitħallsu lill-Wasteserv.
Raħal Ġdid – Triq u żona ta’ Santa Ubaldesca — Rapporti ta’ rwejjaħ
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16613, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni ulterjuri fir-rigward l-ilment ta’ rwejjaħ persistenti fi Triq Santa Ubaldesca Raħal Ġdid?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li f’dawn l-aħħar xhur ma rċieva l-ebda rapport ta’ rwejjaħ fl-akkwati msemmija għaldaqstant ma nħassitx il-ħtieġa li jkun hemm investigazzjoni.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2023?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2023?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2024?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Reklami fuq online portals - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba u mgħoddija lili.
Fid-dawl li seħħew diversi inċidenti f’parti minn Triq San Bastjan, inkluż inċident li seħħ fil-jiem li għaddew (ritratti annessi), jista’ l-Ministru jgħid x’se jkun qed isir biex din il-parti tat-triq ma tibqax tiżloq u għaldaqstant tkun ta’ inqas periklu għas-sewwieqa u r-residenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi identifikat xi spazju fil-Qajjenza, Birżebbuġa biex ikun jista’ jsir ġnien pubbliku u bandli biex ikunu jistgħu jitgawdew mir-residenti ta' din iż-żona?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li b’kollaborazzjoni ma’ Project Green identifikaw żona żdingata fi Triq l-Għerien fil-Qajjenza fejn se jkun qed isir ġnien għat-tgawdija tar-residenti.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Kuntratti ma’ kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-kumpanja msemmija ma ngħatatx kuntratti mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali jew mill-entitajiet u awtoritajiet rispettivi.