Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Gudja — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19781 u jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit fil-Gudja u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2023 kien hemm 158-il benefiċċjarju tal-In Work Benefit residenti il-Gudja. Flimkien mal-In Work Benefit, il-benefiċċjarji komplessivament rċevew dawn il-benefiċċji/allowances/pensjonijiet elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt. Benefiċċji / Pensjonijiet Benefiċċjarji 2023 Benfiċċju Addizzjonali għall-Ogħli tal-Ħajja 27 Allowance għat-Tfal 122 Bonus għat-Twelid 2 Carers Grant 0 Allowance għal Tfal b’Diżabilità 6 Pensjoni għal Korriment 1 Pensjoni tar-Romol 3 Benefiċċju għal Korriment fuq ix-Xogħol 2 Maternity Leave Benefit 2 Pensjoni tal-Invalidita 1 Benefiċċju għal Mard 26 Assistenza għal Diżabilità 1

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W304.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Artikli u opinjonijiet fuq online portals - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17877 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara l-artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn kienu intervisti jew rapporti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Artikli u opinjonijiet fuq gazzetti - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17896 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn l-artikli kienu intervisti jew rapporti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Reklami fuq gazzetti - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17915 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, iż-żewġ stands tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal fl-Expo 2024 ġiet tiswa €50,633.40. Il-Ministeru kellu stand fid-dħul prinċipal tal-EXPO fuq barra, minn fejn inbiegħu l-kotba dwar Palazzo Ferreria (liema dħul mar bħala donazzjoni lil Malta Community Chest Fund), kif ukoll l-istand prinċipali taħt it-tinda tal-MFCC, bi spazju adekwat minn fejn numru ta’ Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru setgħu jesponu s-servizzi u l-iskemi tagħhom għall-pubbliku. Parteċipi fuq l-istand tal-Ministeru kien hemm, id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, id-Dipartiment tar-Riċerka u Policy, il-pjattaforma Ġemma, u l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali. Fuq l-istand prinċipali, kull min attenda seta’ jħaddem interactive screens li fuqhom intwerer statistika dwar benefiċċji u pensjonijiet, permezz ta’ viżwal tal-mappa ta’ Malta, kif ukoll b’vizwal ta’ graphs interattivi. Fuq l-istand intwerew ukoll numru ta’ videos dwar id-diversi miżuri u skemi li l-Ministeru joffri. Minbarra informazzjoni dwar benefiċċji u pensjonijiet, l-istand Familja kellha esebit ukoll l-application online Empowering Children’s Participation App, fejn it-tfal setaw jissottomettu l-ideat u s-suġġerimenti tagħhom dwar kwalunkwe suġġett ta’ interess għalihom. Permezz tar-rappreżentazzjoni tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal seta’ jagħti informazzjoni lil pubbliku dwar diversi suġġetti, speċjalment dawk dwar is-servizz ta’ prevenzjoni offrut minn Sedqa. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-Ministeru kien ukoll rrapreżentat minn uffiċċjali li jaħdmu fuq Trobbija Pożittiva għal għarfien dwar kif wieħed jista’ irabbi, kif ukoll minn rapreżentanti minn Ġemma għal għarfien dwar kif wieħed jista’ iġemma għal futur u jonfoq bil-għaqal. Matul l-ġranet tal-EXPO, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal organizza ukoll numru ta’ laqgħat informattivi dwar servizzi u benefiċċji soċjali, sessjonijiet ta’ interess minn professjonisti dwar trobbija pożittiva, logħob interattiv mal-pubbliku, kif ukoll sessjoni mat-tfal fejn inġabar feedback mit-tfal infushom fuq is-suġġett tal-familja; liema feedback ser ikun qiegħed jintuża mill-Ministeru għall-introduzzjoni tal-Pjan Nazzjonali tal-Familja; liema strateġija kienet ippublikata għal konsultazzjoni pubblika fl-istess ġranet li kienet qed tittella’ l-EXPO 2024. Tajjeb li wieħed jirrimarka li L-Expo tas-Servizz Pubbliku ta’ din is-sena żaruha 55,000 persuna u kellha t-tema "Ħiliet"; liema attività serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq riżorsi umani, teknoloġija u kwalità, u fuq kollox il-familji setgħu jattendu bit-tfal tagħhom sabiex juruhom x’qiegħed joffri s-servizz pubbliku għalihom u għal familji tagħhom.

Residenza San Vinċenż De Paul — Welfare hampers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk tqassmux Welfare hampers lill-anzjani fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern, inkluż ir-Residenza San Vinċenz De Paul, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? i. Jekk le, għaliex twaqqfu? ii. Jekk iva, min kien/u l-fornitur/i? iii. Kemm tqassmu hampers kull darba? iv. Kemm-il darba tqassmu hampers matul kull sena partikolari, sena b’sena? v. Kemm sewa kull hamper? vi. Fiex kien jikkonsisti kull hamper? vii. Kif intgħażlu l-fornituri, jekk hux b’tender jew b’modi oħrajn?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Emenda għal-liġi biex minuri jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji — Assessjar tal-maturità

Question

Fil-kuntest tal-emenda mressqa għal-liġi eżistenti biex persuni li huma taħt l-età ta’ 14-il sena jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji, jista’ l-Ministru jgħid x’għodda/għodod (assessment tools) ser jintużaw mill-professjonisti biex jiġi ddeterminat il-livell ta’ maturità? Jista’ jqiegħed dawn l-għodod fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21024.

Emenda għal-liġi biex minuri jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji — Kunsens tal-minuri

Question

Fil-kuntest tal-emenda mressqa għal-liġi eżistenti biex persuni li huma taħt l-età ta’ 14-il sena jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kunsens tal-minuri hux ser ikun bil-miktub u min ser jieħu r-responsabbiltà jekk it-trattament jew terapija ma jmorrux kif ikun ippjanat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21024.

Bormla — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19791 u jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Bormla u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul l-2023 kien hemm 193-il benefiċċjarju tal-In Work Benefit residenti Bormla. Flimkien mal-In Work Benefit, il-benefiċċjarji komplessivament rċevew dawn il-benefiċċji/allowances/pensjonijiet elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt. Benefiċċji Socjali/Pensjonijiet Benefiċċjarji 2023 Benfiċċju Addizzonali għall-Ogħli tal-Ħajja 65 Allowance għat-Tfal 140 Bonus għat-Twelid 3 Allowance għal Tfal b’Diżabilità 4 Pensjoni tar-Romol 1 Foster child Allowance 1 Benefiċċju għal Korriment 6 Maternity Leave Benefit / Maternity Benefit 3 Marriage Grant 2 Pensjoni Kontributorja 3 Benefiċċju tal-Mard 31 Assistenza għal Diżabilità Severa 3

Il-Fgura — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19789 u jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit fil-Fgura u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2023 kien hemm 864 benefiċċjarju tal-In Work Benefit residenti l-Fgura. Flimkien mal-In Work Benefit, il-benefiċċjarji komplessivament rċevew dawn il-benefiċċji/allowances/pensjonijiet elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt. Benefiċċji Socjali/Pensjonijiet Benefiċċjarji 2023 Benfiċċju Addizzonali għall-Ogħli tal-Ħajja 216 Assistenza għal Persuni b’Vista Batuta 1 Allowance għat-Tfal 637 Bonus għat-Twelid 5 Assistenza għal Diżabilità 5 Allowance għal Tfal b’Diżabilità 47 Pensjoni tar-Romol 4 Foster child Allowance 1 Benefiċċju għal Korriment 12 Maternity Leave Benefit 6 Marriage Grant 12 Pensjoni Kontributorja 13 Benefiċċju tal-Mard 114 Assistenza għal Diżabilità Severa 9

Raħal Ġdid — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19787 u jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Raħal Ġdid u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2023 kien hemm 475 benefiċċjarju tal-In Work Benefit residenti Raħal Ġdid. Flimkien mal-In Work Benefit, il-benefiċċjarji komplessivament rċevew dawn il-benefiċċji/allowances/pensjonijiet elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt. Benefiċċji Socjali/Pensjonijiet Benefiċċjarji 2023 Benfiċċju Addizzonali għall-Ogħli tal-Ħajja 118 Assistenza għal Persuni b’Vista Batuta 1 Allowance għat-Tfal 338 Bonus għat-Twelid 1 Carers Grant 1 Allowance għal Tfal b’Diżabilità 29 Pensjoni tar-Romol 7 Benefiċċju għal Korriment 6 Maternity Benefit 2 Marriage Grant 5 Pensjoni Kontributorja 7 Benefiċċju tal-Mard 76 Assistenza għal Diżabilità Severa 6

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Programmi tar-radju - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17858 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tar-radju li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika wkoll liema minn dawn il-programmi kienu intervisti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

PBS — Impjegati - Kawża

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema li kienu daħlu jaħdmu l-PBS qabel l-1979 u li għal xi raġuni ma daħlux fil-kawża li ntrebħet mill-ħaddiema, humiex se jingħataw l-ammont dovut lilhom bħal sħabhom u jekk bħal sħabhom hux se jibdew il-proċeduri legali mill-ġdid?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sitwazzjoni qed tiġi evalwata.

Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20426 u jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija ta’ Malta, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, bejn l-2013 u Settembru 2015, il-Bord ma kienx iżomm din l-informazzjoni mitluba minnha. Minn Settembru tal-2015 sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, il-Bord li jirregola l-professjoni tal-Psikoloġija f’Malta, irċieva total ta’ 11-il ilment min klijenti fuq prattika ħażina dwar servizzi ta’ psikologi. Dawn huma mqassma kif ġej: - Fis-sena 2015 kien sar ilment wieħed; - Fl-2016 kien hemm 2 rapporti; - Fl-2017 u 2018 ma kien hemm l-ebda ilment rreġistrat quddiem il-Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija; - Fl-2019 kien hemm 2 ilmenti; - Fl-2020 kien hemm ilment wieħed; - Fis-sena 2021 kien hemm 3 rapporti mressqa; u - Fl-2022 kien hemm rapport wieħed. Dawn l-10 ilmenti kollha ġew konklużi u passi dixxiplinarji ittieħdu fejn kien konkluż li kien hemm xi nuqqas min naħa tal-psikologu/a kkonċernat. - Ilment minnhom, li ġie għal attenzjoni tal-Bord aktar kmieni din is-sena, cioe fl-2024, għadu qed jiġi investigat u għandu jiġi konkluż fiż-żmien qarib. Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, daħlu ukoll 26 rapport bejn l-2015 u l-2024, sad-data li qed titwieġeb din l-interpellanza, rreġistrati kemm min psikologi u mill-pubkliku ġenerali, fejn kienu ġew rrapportati nies li kienu qed jużaw it-titlu ta’ psikologu jew psikologa mingħajr ma kellhom warrant, liċenzja jew inkella mingħajr ma kienu reġistrati mal-bord. Dawn il-każijiet kollha ta’ użu lleċtu ta’ nomenklatura, ġew riżolti kollha mil-Bord.

Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali — ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20425 u jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 sallum, l-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali irċieva 5 ilmenti: Fl-2021 – Il-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali rċieva ilment wieħed, li kien jittratta dwar ksur ta’ etika’ professjonali; Fl-2023 – Il-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali rċieva 2 ilmenti; wieħed dwar mġieba mhux xierqa minn persuna fil-professjoni fil-ħajja privata tagħha, filwaqt li l-ilment l-ieħor kien dwar ksur ta’ etika professjonali; Fl-2024 – Il-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali rċieva 2 ilmenti; li t-tnejn kienu jinvolvu użu skorrett tan-nomenklatura ta’ Ħaddiema Soċjali. L-Investigazzjonijiet kollha huma magħluqa u ma hemm l-ebda investigazzjoni għaddejja jew pendenti quddiem il-Bord dwar il-Professioni tax-Xogħol Soċjali.

Emenda għal-liġi biex minuri jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji

Question

Fil-kuntest tal-emenda mressqa għal-liġi eżistenti biex persuni li huma taħt l-età ta’ 14-il sena jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji, jista’ l-Ministru jgħid xi studji u risk assessments saru li wasslu għal din l-emenda u jippreżenta tali studji u assessments?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-emenda introdotta telenka ttrattamenti u l-interventi koperti bl-istess emenda. Din l-amministrazzjoni temmen bis-sħiħ fl-‘empowerment’ taż-żgħażagħ tagħna li ma għandhomx ikunu mxekkla milli jaċċessaw servizzi jew interventi, li jista’ jkollhom bżonn. Il-Gvern jemmen ukoll bis-sħiħ fil-kompetenza u professjonalita’ tal-professjonisti tagħna, li dejjem tibqalhom id-diskrezzjoni professjonali tagħhom, dwar x-interventi jista jkun, jew ma’ jkunx hemm bżonn. Ta’ min ifakkar ukoll li l-istess opposizzjoni qablet ma’ l-istess emenda f’dan l-istess Parlament.

Emenda għal-liġi biex minuri jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji — Konsultazzjoni

Question

Fil-kuntest tal-emenda mressqa għal-liġi eżistenti biex persuni li huma taħt l-età ta’ 14-il sena jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji, jista’ l-Ministru jgħid jekk ikkonsultax mal-professjonisti kkonċernati, speċjalment psikjatri, pedjatri, ħaddiema soċjali, psikologi u assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lit-tfal u l-ġenituri qabel ressaq din l-emenda?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21024.

Emenda għal-liġi biex minuri jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji — Parir tal-Kummissarju tat-Tfal

Question

Fil-kuntest tal-emenda mressqa għal-liġi eżistenti biex persuni li huma taħt l-età ta’ 14-il sena jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-parir li ngħata mill-Kummissarju tat-Tfal f’dan ir-rigward?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21024.

Emenda għal-liġi biex minuri jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji — Trattamenti applikabbli

Question

Fil-kuntest tal-emenda mressqa għal-liġi eżistenti biex persuni li huma taħt l-età ta’ 14-il sena jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji, jista’ l-Ministru jiċċara jekk dan japplikax biss għal xi tip ta’ trattament jew inkella għal kull tip ta’ trattament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21024.