Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11780 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Waiting lists għall-operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11280 u jgħid x'inhi l-waiting list sew fin-numru ta' pazjenti kif ukoll bħala data ta' l-operazzjonijiet għal: a) strument fil-marrara? b) strument fl-irkoppa? ċ) kataretti?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li numru ta' pazjenti fuq il-waiting list għall-interventi msemmija sa l-aħħar ġimgħa ta' Ġunju / l-ewwel ġimgħa ta' Lulju 2009 huwa hekk :- i) strument fil-marrara (Laparoscopic Cholecystectomy) : 419 ii)strument fl-irkoppa (Arthroscopy Knee) : 3,749 iii)kataretti (Cataract Surgery) : 5,628 Ta' min jinnota li l-appuntamenti li jmiss jiddependi skond l-urġenza tal-każ. Bħalissa għaddej eżerċizzju sabiex il-waiting list jiġu ċentrallizzati. Għalhekk jista' jkun hemm xi varjazzjoni fil-figuri ikkwotati f'din it-tweġiba.

Għajnuna soċjali speċjali — kriterji li juża l-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji juża l-bord li jiddeciedi jekk mara bit-tfal teħux l-għajnuna soċjali speċjali (SAB) f'każ meta żewġha jew il-partner ikun inqata' minn fuq il-lista tar-reġistrar u sussegwentement ma jkunx qed jieħu l-unemployment benefit?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11822 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

injezzjonijiet FORSTEO

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-każ ta’ kostitwent li qed ikollu jħallas madwar €585 fix-xahar sabiex ikun jista’ jieħu l-injezzjonijiet FORSTEO, ħaġa li ilu jagħmel minn butu minn Mejju, 2009? Skond ma ninsab infurmat huwa jeħtieġlu jieħu injezzjoni waħda kuljum għal 18-il xahar u l-ispiża msemmija tinkludi labar ta’ l-injezzjoni minbarra l-ispiża ta’ nurse privata kuljum biex jingħata dawn l-injezzjonijiet. Ninsab infurmat li d-dettalji kollha tal-każ jinsabu f’idejn is-Segretarju Privat tal-Ministru li dettalji dwaru qed jintbagħu separatament, fejn dan għarrfu f’Mejju li għadda li l-każ qiegħed jiġi kkonsidrat. Jista’ l-Ministru jgħid min hu intitolat biex jieħu dawn l-injezzjonijiet? Huwa possibbli li dawn jingħataw b’xejn? Jekk le, huwa possibbli li dawn jinxtraw mill-Ispiżerija tal-Gvern biex wieħed jiffranka minn spiża kull xahar daqstant kbira?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11829 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Vincenz de Paule — Anzjana li mietet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kenitx infetħet investigazzjoni dwar rapport li kien deher f'gazzetta lokali f'Settembru 2008 dwar anzjana ta' 81 sena li mietet f'San Vincenz de Paule u li tpoġġiet fil-kamra mortwarja ta' l-istess sptar fuq mejda ta' l-injam, b'rasha sserraħ fuq landa tat-tip li jintużaw biex fihom jinżamm l-ilma jew xi tip ta' likwidu ieħor bħal diesel? Jekk infetħet din l-investigazzjoni, x'irriżulta u x'passi ttieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11878 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mellieħa — dar tal-anzjani - faċilitajiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' faċilitajiet għall-komunità jinsabu fid-dar tal-anzjani fil-Mellieħa, naturalment minbarra l-użu tal-post bħala dar tal-anzjani? Liema servizzi oħra hu mistenni li jibdew jingħataw minn dan il-post fiż-żmien li ġej?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Lista ta' stennija għad-djar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-lista ta' stennija għad-djar tal-anzjani: a) sena b'sena skond is-sena li saret l-applikazzjoni? b) dar b'dar? ċ) bħala total?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11926 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nies li mietu bil-kanċer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11770 u jgħid kemm mietu nies bil-marda tal-kanċer (kull tip ta' kanċer) għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009? Kemm kellhom età u minn liema lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11930 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Inhaler Atimos — out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11769 u jara meta ser jidħol l-inhaler Atimos li ilu out of stock ix-xhur?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11931 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment taqd-Djar — pipe tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11772 u jara x'jista' jsir mid-Dipartiment tad-Djar fir-rigward tal-persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li fejn toqgħod hemm pipe li qed iżomm fuqu tankijiet tal-ilma li jinsabu fi stat perikoluż? Jista' jordna li jsiru x-xogħlijiet neċessarji?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sistemi ta’ plumbing inklużi installazzjoni ta’ tankijiet tal-ilma m’humiex meqjusa bħala parti mill-istruttura tal-bini li għaliha hu responsabbli s-sid. Dawn it-tip ta' xogħlijiet minn dejjem kienu responsabbiltà tal-inkwilini u għaldaqstant l-inkwilini huma fid-dmir li jieħdu passi immedjati biex jaraw li t-tankijiet ikunu installati kif suppost sabiex ma jkunx hemm periklu li jikkaġunaw ħsarat fl-istruttura tal-bini.
Leg 11 PQ #11944 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: JOSEPH MUSCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Thalassemia — approvazzjoni tal-pillola EXJADE

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11804 u jgħid f’liema stadju waslet l-approvazzjoni tal-pillola EXJADE sabiex tingħata b’xejn mis-servizz pubbliku tas-saħħa lil dawk il-persuni li għandhom il-kundizzjoni tat-Thalassemia? Jista’ jagħti data indikattiva ta’ meta din il-mediċina se tkun disponibbli għal dawn il-persuni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #10149 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Immigranti illegali li jaħdmu legalment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn immigranti illegali jaħdmu legalment illum? Kemm inqabdu jaħdmu illegalment?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-immigranti illegali ma jistgħux jaħdmu. Nixtieq ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li persuni li jingħataw statut ta' Asylum Seekers (AS), Rejected Asylum Seekers (RAS), refugee (REF), subsidary protection (SP) u Temporary Humanitarian Protection (THP) jkunu jistgħu jaħdmu Malta. Fil-kas ta' l-AS u l-RAS, min qed iħaddem irid japplika għal-liċenzja tax-xogħol. Fil-kas ta' t-THP, SP u l-REF l-individwu konċernat irid japplika għal liċenzja tax-xogħol. F'kull kas minn dawn, kemm l-persuna kif ukoll min ikun qed iħaddem, irid japplika għal permess tax-xogħol kull tlett xhur. Informat li n-numru ta' persuni li nstabu jaħdmu illegalment minn Jannar sa Mejju ta' din is-sena, kienu ta' 901. Fost dawn, 160 kienu barranin.
Leg 11 PQ #10150 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni jħaddmu nies illegalment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti talli ħaddmu persuni illegalment din is-sena? X'weħlu f'kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li minn Jannar sa Mejju ta’ din is-sena, saru 11-il seduta fil-Qorti, dwar kawżi tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, fejn ġew ippreżentati 395 każ. Minn dawn, ġew konklużi 208 każ, li fosthom 131 irregolarizzaw qabel ma nstema l-każ; 22 ġew irtirati; 34 każ intrebħu mill-Korporazzjoni; u 21 każ ġew illiberati. Il-kumplament tal-każijiet għadhom pendenti. Fil-każijiet fejn il-persuni jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom, weħlu multa amminstrattiva ta’ €58. Fil-każijiet li jiġu mismugħa mill-Qorti, il-multa imposta hija għad-diskrezzjoni tal-Qorti. Fl-34 każ mirbuħa mill-Korporazzjoni, b’kollox tħallsu €4,451 f’multi lill-Qorti.
Leg 11 PQ #10151 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li jaħdmu illegalment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu illegalment din is-sena? Kemm kienu Maltin? Kemm kienu barranin?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 10149.
Leg 11 PQ #10153 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tobba barranin — paga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tobba barranin jaħdmu mal-Gvern illum? Xi grad għandhom u minn fejn huma? Jista' jgħid jekk dawk li ġejjin mill-Unjoni Ewropea għandhomx l-istess pagi bħall-Maltin?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-Numru ta’ tobba barranin li llum jaħdmu mal-Ministeru għall-Politika Soċjali (Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità) huwa 66. Dawn it-Tobba huma mqassma f’dawn il-Gradi : Consultants 9 Resident Specialists 51 Basic Specialist Trainees 2 Medical Officers 1 House Officers 3 Informt ukoll li r-rata ta’ Salarju fil-Grad ta’ Consultant hija Salary Scale 4 u dawn il- consultants barranin, anki li mhumiex membri ta’ l-EU, jitħallsu bl-istess Salarju tal-Maltin. Ir-rata ta’ Salarju tar-Resident Specialists Barranin hija bil-minimu ta’ skala ta’ Salarju 5. Ir-rata ta’ Salarju tal-Basic Specialist Trainees hija bħal tal-Maltin billi biex ikunu eliġibbli għal dan il-grad wara sejħa għal applikazzjoni, l-applikanti riedu jkunu ċittadini tal-EU. Is-Salarju ta’ Medical Officers Barranin huwa bir-rata minima ta’ skala ta’ Salarju 8. Billi s-Salarju ta’ House Officers huwa fi skala ta’ Salarju 9 u dan l-impjieg huwa biss għal perjodu ta’ sentejn, dawn it-tobba barranin jitħallsu bħal Maltin.
Leg 11 PQ #10154 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar San Luqa — ċumnija taħdem

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-inċineratur jew ċumnija tal-Isptar San Luqa għadha taħdem?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-inċeneratur ta' l-iSptar San Luqa ġie żarmat minn sena ilu. Iċ-ċumnija għadha taħdem u magħha hemm imqabbdin il-boilers li għadhom jissupplixu l-misħun għas-servizzi li jingħataw f'parti mill-Isptar San Luqa u mill-Isptar Karen Grech.

servizzi fil-komunità — studji ta' evalwazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi studji ta' evalwazzjoni dwar is-servizzi fil-komunità? Meta kien l-aħħar li saru dawn l-evalwazzjonijiet u jekk għandux il-ħsieb li jibda dan il-proċess ta' evalwazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li din is-sena id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità għamel evalwazzjoni dwar id-domanda għas-servizz tal-Home Care Help u l-bżonnijiet ta’ dawk il-persuni li permezz tiegħu jistgħu jibqħu jgħixu fil-komunità. Fl-Isptar Monte Carmeli issir evalwazzjoni kontinwa tas-servizzi fil-komunità. Dawn isiru kull 6 xhur u jevalwaw dawn il-kriterji fuq il-pazjenti li qegħdin jaraw: 1. Admissions fl-isptar 2. Dewmien fl-isptar (Length of Admission) 3. Improvement in Personal ADL (activities of daily living) 4. Improvement in Domestic ADL (activities of daily living) 5. Improvement in Interpersonal Skills 6. Improvement in other Skills Bħalissa qegħdin fi proċess li jiġi implimentat ‘test’ ġdid ta’ evalwazzjoni li huwa iżjed komprensiv u xjentifiku.

Kura fil-komunità — servizzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' x'servizzi jeżistu biex isaħħu l-kura fil-komunità? Kemm għandu klijenti kull servizz? Kemm għandu ħaddiema biex ikun jista' jingħata kull servizz? Kemm jiġi jiswa lill-poplu Malti dan is-servizz?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10808 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti f'dawn l-aħħar ħames xhur organizzati jew kordinati mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'kienet l-okkazjoni? Kemm kien hemm persuni mistiedna għal kull riċeviment? Kemm attendew? Kemm swiet l-okkazjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11564 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Welfare Committee — dħul tal-gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-flus li daħħal il-Gvern taħt l-Artikli 93 u 95 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali għadda għand il-Welfare Committee fl-2008? Kemm intnefqu flus fl-istess sena minn dan il-Kumitat f’Malta u f’Għawdex separatament u fuqiex?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li t-total ta' flus li daħlu taħt l-Artiklu 93 u 95 tul is-sena 2008 u li għadda għand il-Welfare Committee hu ta' €8,317,150.
Leg 11 PQ #11609 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Skema tal-Gvern — xogħlijiet ta' natura strutturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn għalqet l-iskema li biha l-Gvern kien jgħin lil min jiflaħ l-inqas biex jagħmel xogħlijiet ta' natura strutturali fuq id-dar tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-iskema għadha tapplika però jrid isir means testing tal-familja li tapplika għal din l-għajnuna.