Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – testijiet tal-urina fuq detenuti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il test tal-urina sar fuq detenuti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-sena 2017 kollha u kemm kien hemm każijiet fejn dawn it-testijiet irriżultaw fil-pożittiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2017 saru elf, tminn mija u sebgħa u tletin (1,837) test tal-urina fuq id-detenuti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Fost dawn, elf, seba’ mija u sebgħa u għoxrin (1,727) irriżultaw fin-negattiv għad-droga filwaqt li mija u għaxra (110) irriżultaw fil-pożittiv għad-droga.
Korp tal-Pulizija –testijiet tal-urina fuq rekluti ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux testijiet tal-urina fuq ir-rekluti ġodda fil-Korp tal-Pulizija tul is-sena 2017 qabel ma ġew ingaġġati mal-Korp? Jekk saru, jista’ jgħid jekk kienx hemm min irriżulta fil-pożittiv wara dawn it-testijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2017 kien hemm reklutaġġ ta' mija u erbgħa (104) rekluti ġodda u kollha sarulhom it-testijiet tal-urina qabel ma ġew ingaġġati mal-Korp. Ir-riżultati tal-urina kienu kollha fin-negattiv. Qed tiġi evalwata l-introduzzjoni ta’ random tests waqt ir-reklutaġġ apparti dak mandatorju qabel jibdew ir-reklutaġġ.
FIAU – rapporti lill-Pulizija ta’ money laundering
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2735 li ngħatat mill-Ministru għall-Finanzi, jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk ir-rapporti tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) li ġew mgħoddija lill-pulizija, u fil-fatt ġew investigati mill-pulizija? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawk ir-rapporti nvestigati ġew konklużi u mressqa l-Qorti għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba saret minn membri tal-Korp tal-Pulizija biex jagħmlu xogħol part-time, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid ta' liema rank huma l-membri tal-Korp tal-Pulizija li għamlu dawn it-talbiet? Jista' jgħid għal liema tip ta' xogħol part-time kienu jirreferu dawn it-talbiet? Jista' jgħid kemm-il waħda minn dawn it-talbiet ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati u x'kienu r-raġunijiet mogħtija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi kien hemm tletin (30) talba li saret minn membri tal-Korp tal-Pulizija biex jagħmlu xogħol part-time, mis-sena 2013 sal-24 ta' Diċembru, 2017. Tabella (A) li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi kemm saru talbiet kull sena bir-rank ta' min għamel it-talba. It-tip ta' xogħol part-time li għalih saru t-talbiet kien ivarja kif jidher f’tabella (B) li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tinkludi wkoll dettalji ta' fejn ġew rifjutati jew aċċettati dawn it-talbiet. Ħmistax (15)-il talba ma ġewx aċċettati, tlettax (13) ġew milqugħa, filwaqt li tnejn (2) għadhom pendenti.
Skont l-artikolu 11 tal-Att Dwar il-Pulizija, membru tal-Korp ikun jista’ jagħmel xogħol ieħor barra mid-dmirijiet tiegħu/tagħha fil-Korp jekk jingħata/tingħata permess mill-Kummissarju tal-Pulizija. Bħala ‘policy’ inġenerali, il-Kummissarju japprova l-applikazzjonijiet kollha għal xogħol ‘part-time’ ta’ membri tal-Korp li jibdew it-
termination leave
biex ma jtellifx opportunitajiet ta’ impjieg lil dawk li jkunu ser jirtiraw bil-pensjoni u jkunu ser jibqgħu jaħdmu. L-uniku kundizzjoni tkun li dan ix-xogħol ma jkunx kumpatibbli, bil-liġi, mad-dmirijiet ta’ uffiċjal tal-Korp. Applikazzjonijiet oħra minn membri li jkunu f’kunflitt mal-artikolu 6(e) tat-Tieni Skeda tal-Att Dwar il-Pulizija, jiġifieri fejn ix-xogħol
‘part-time’
ikun jista’ jinterferixxi jew jista’ jidher li qed jinterferixxi fil-qadi leali u imparzjali tad-dmirjiet tal-membru tal-Korp, jiġu bħala regola rifjutati. Naturalment kull każ jiddependi mid-diskrezzjoni tal-Kummissarju nnifsu.
Attachments:PQ 2766 - Paper Laid (Table A).docxPQ 2766 - Paper Laid (Table B).docx
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid tul is-sena 2017 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalita ta’ Raħal Ġdid u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija tul is-sena 2017, jammonta għal ħames mija u sebgħa u għoxrin (527). Minn dan l-ammont, mitejn u ħamsa (205) kienu każijiet ta’ serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti fl-Għassa tal-Fgura tul is-sena 2017 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalita tal-Fgura u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizata tal-Pulizija tul is-sena 2017, jammonta għal mitejn u tnejn u sebgħin (272). Minn dawn mija u tmienja (108) kienu każijiet ta’ serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti fl-Għassa ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2017 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalita ta’ Ħal Tarxien u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija tul is-sena 2017, jammonta għal mitejn u wieħed (201). Minn dawn tlieta u tmenin (83) kienu dwar każijiet ta’ serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti fl-Għassa tal-Gudja tul is-sena 2017 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalità tal-Gudja u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizata tal-Pulizija jammonta għal mitejn u tnejn u erbgħin (242). Minn dawn mija u sebgħa u erbgħin (147) kienu każijiet ta’ serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti fl-Għassa ta’ Ħal Għaxaq tul is-sena 2017 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalità ta’ Ħal-Għaxaq u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizata tal-Pulizija tul is-sena 2017, jammonta għal tmenin (80). Minn dawn disgħa u għoxrin (29) kienu każijiet ta’ serq.
Pulizija sospiżi mix-xogħol minħabba proċeduri dixxiplinarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Pulizija hemm sospiżi mix-xogħol minħabba proċeduri dixxiplinarji?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lilll-Onor. Interpellant li sal-lum (17 ta’ Jannar 2018) hemm 14-il membru tal-Korp tal-Pulizija li huma sospiżi minħabba proċeduri dixxiplinarji. Ta’ min jirrimarka li bejn l-2007 u l-2012 kienu sospiżi 25 membru tal-Korp minħabba proċeduri dixxiplinarji.
Korp tal-Pulizija – branki/units mingħajr pulizija nisa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx branki/units fil-Korp tal-Pulizija li fihom preżentament m’hemmx stazzjonati ebda pulizija nisa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-branki fil-Korp tal-Pulizija li fihom m’hemmx Pulizija nisa stazzjonati huma hekk kif jidher hawn taħt :
1. ALE (apparti 2 Surġenti u 2 kuntistabbli nisa li huma stazzjonati fl-uffiċċju)
2. RIU (apparti Kuntistabbli mara li tassisti fl-uffiċċju)
3. CID (apparti kuntistabbli mara fl-uffiċċju)
4. Garaxx tal-Pulizija (xufiera)
5. Taqsima taż-żwiemel
6. Taqsima tat-Traffiku (apparti 2 Surġenti nisa u 2 kuntistabbli nisa li huma stazzjonati fl-uffiċċju)
7. Seaport Port Control.
Korp tal-Pulizija – introduzzjoni ta’ body cameras
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li fil-Korp tal-Pulizija jiġu introdotti body cameras għall-membri tal-korp li jkunu qed jagħmlu r-ronda bil-mixi jew b’vettura?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-Korp tal-Pulizija jinsab fi stadju avvanzat biex jinbeda proġett pilota f’sezzjoni tal-Korp fejn ser jintużaw “body cameras”.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra tar-riżenja tal-Assistent Kummissarju li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li, skont il-mezzi tax-xandir, ġiet ippreżentata fit-2 ta’ Jannar 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-ittra tar-riżenja tal-Assistent Kummissarju li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, tifforma parti mill-file personali tieghu. Għaldaqstant mhux il-konswetudni u mhux prudenti li kopja tal-istess riżenja titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejba ta’ droga kien hemm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-2015, fl-2016 u fl-2017, sena b’sena u x’tip ta’ droga nstabet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħataf’seduta oħra.
Għawdex – Ingombru ta’ bankini – Ċitazzjonijiet maħruġa mill-pulizija eżekuttivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet mill-Pulizija Eżekuttiva għall-ingombru ta' bankini minn vetturi matul is-sena 2017 f'Għawdex? Jista' jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet mill-Pulizija Eżekuttiva għall-ingombru ta' bankini minn persuni permezz ta' oġġetti oħra li mhumiex vetturi matul is-sena 2017 f'Għawdex? Jista' jaqsam dawn iċ-ċitazzjonijiet skont il-lokalitajiet f'Għawdex?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2017 u sat-8 ta' Jannar 2018, il-Pulizija ġewwa Għawdex ħarġet total ta' tmenin (80) ċitazzjoni jew ticket għall-ingombru ta' bankini minn vetturi. Fl-istess perjodu ħarġet tlett (3) ċitazzjonijiet għall-ingombru ta' bankini minn persuni permezz ta' oġġetti oħra li m’humiex vetturi fl-istess perjodu. Tabella tal-lokalitajiet fejn inħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet jew tickets tinsab hawn taħt:
Lokalita
Ingombru b'vetturi
Matul is-sena 2017 u sat-8 ta' Jannar 2018
Ingombru b'oggetti ohra
Matul is-sena 2017 u sat-8 ta' Jannar 2018
Marsalforn
4
3
Nadur
11
NIL
Victoria
63
NIL
Xewkija
2
NIL
Total
80
3
Pulizija – Azzjoni kontra Persuni akkużati bi vjolenza domestika
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-pulizija huma obbligati bil-liġi li jipproċedu kriminalment kontra persuna li fil-konfront tagħha jkun sar rapport ta’ vjolenza domestika, minkejja li min ikun għamel ir-rapport ikun jixtieq li jirtira dak ir-rapport?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li kif jaf l-Onor. Interpellant, ir-reati ta' vjolenza domestika huma regolati minn liġijiet speċifiċi u għaldaqstant il-pulizija ser timxi kriminalment skond l-obbligi u mal-provvedimenti relatati ma' dawn il-liġijiet, speċifikament dak li hemm provdut fl-artiklu 543(e) tal-Kap 9 fejn il Pulizija tipproċedi ex officio, kif ghandhom id-dover li jagħmlu, kontra kull persuna suspetta, għal reati ta' din ix-xorta.
Forzi Armati ta’ Malta – suldati li telqu qabel il-25 sena servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm suldati li telqu mill-Forzi Armati ta’ Malta fis-sena 2017 minkejja li ma kenux għadhom għamlu l-25 sena servizz?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 60 membru telqu mill-Forzi Armati ta’ Malta fis-sena 2017 minkejja li ma kenux għadhom għamlu l-25 sena servizz. Ninfurmah illi minn dan it-total, 24 kienu rekluti.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ispejjeż kollha li saru mill-garaxx tal-pulizija fis-sena 2017 f’xiri ta’ spare parts għall-vetturi tal-istess pulizija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta' spejjeż li saru mill-garaxx tal-pulizija f’xiri ta’ spare parts għall-vetturi tal-pulizija fis-sena 2017 kien ta' €285,310.