Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infruzar tal-Liġi – bordijiet – benefiċċji, kumpens finanzjarju u kundizzjonijiet varji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-benefiċċji, il-kumpens finanzjarju, u l-kundizzjonijiet varji li huma intitolati għalihom membri fil-Bordijiet varji li jaqgħu taħt il-ministeru u jista’ jindika x’kienet l-ispiża attwali tas-sena li għaddiet 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatax aċċess lill-uffiċjali fil-UNHCR jew lill-uffiċjali tal-EASO jew lill-uffiċjali tal-IOM abbord il-biċċiet tal-baħar li fuqhom hemm numru ta’ persuni (immigranti rregolari) tul ix-xhur ta’ April u Mejju 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet msemmija ma talbux dan l-aċċess.
Jista' l-Ministru jgħid sakemm se jdum sospiż minn konsulent l-ex Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u hux se jieħu xi forma ta' remunerazzjoni minn dan ix-xogħol? Jekk iva kemm?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li dan il-kuntratt intemm.
Minn meta kien sospiż ma sar ebda ħlas u wisq inqas se jsir issa li l-kuntratt intemm.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-talba quddiem il-Bord tal-Inġustizzji ta’ eks suldat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatamet ġietx deċiża u milqugħa? Jekk iva, ser jingħata xi forma ta’ kumpens?
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma ngħatawx flus mill-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għal-Community Chest Fund.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Segretarjat Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet - flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma ngħatawx flus mill-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari, għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għal-Community Chest Fund.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – spiża fuq mobile phones
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża li saret fil-Ministeru tul is-sena 2018 f’mobile phones kif ukoll jista’ jiġi indikat l-ispiża li saret fis-segreterija privata tal-ministru tul dik is-sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fl-2018 ma nxtraw l-ebda mobile phones mis-segreterija privata tal-Ministru.
Ċittadini Maltin u Barranin li ħarġu jew daħlu fil-pajjiż
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ċittadini Maltin u kemm ċittadini barranin sija EU Nationals kif ukoll le, ħarġu minn pajjiżna u kemm minnhom għamlu użu mill-Ajruport Internazzjonali tul ix-xahar ta’ Mejju 2020? Jista’ jgħid kemm persuni daħlu f’pajjiżna fl-istess perjodu maqsuma ċittadini Maltin u ċittadini barranin sija EU Nationals kif ukoll le, fl-istess żmien?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — tħawwil ta' siġar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħawlu siġar lokalità b’lokalità mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu minn Jannar 2020 s'issa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li l-afforestazzjoni ma tagħmilx parti mid-dekasteru ta’ dan il-Ministeru, Identity Malta tipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-plant a tree campaign għal kull twelid f’pajjiżna li permezz tagħna jitħawlu eluf ta’ siġar kull sena.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Open Data - datasets
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ dawk id-datasets li kwalunkwe entità fil-Ministeru tiegħu poġġiet fl-inizjattiva ta’ ‘Open Data’?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Hemm diversi datasets li l-Amministrazzjoni Pubblika tipprovdi permezz ta’ diversi siti u portali tal-internet.
Madankollu jekk wieħed jimxi fuq id-definizzjoni dejqa tat-terminu “Open Data” jiġifieri li d-datasets ikunu pprovduti bħala “machine-readable” u taħt liċenzja miftuħa (open licence) wieħed jista’ jgħid li s’issa għad m’għandniex dak in-numru li wieħed jistenna.
F’dan il-kuntest biex Malta jkollha pjattaforma soda u numru adegwat ta’ datasets li jkunu jikkwalifikaw bħala “Open Data” tlesta abbozz ta’ avvi¿ legali biex ikun ippubblikat taħt il-Kap. 546 li qed ipoġġi obbligu fuq dawk l-entitajiet kollha li għandhom tali datasets li jirreġistrawhom fuq il-portal nazzjonali tad-data u wara li jiġu kklassifikati. Jekk ikunu jaqgħu taħt il-klassi bħala data mhux sensittiva dawn għandhom ikunu ppubblikati l-ewwel nett fuq il-portal nazzjonali u jekk ikun il-każ fuq portal jew siti oħrajn.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — konsulenti ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-konsulenti kollha ingaġġati mill-Ministeru tiegħu minn Ġunju 2017 sal-lum u għal kull konsulent jgħid kif kien ingaġġat u x’inhuma t-termini tal-ħlas/benefiċċji tiegħu/tagħha?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-konsulenti fi ħdan il-Ministeru huma ingaġġati skont il-Manwal respettiv. Minn Ġunju 2017 sal-lum dawk ingaġġati bħala tali huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt.
SENA
KONSULENT
NATURA TAL-KONSULENZA
SKALA
2017
Saviour Formosa
Criminology & Space – 20 hours
Scale 4
2017
Andrew Seychell
Policing Matters - Police Department
Scale 3
2017
Peter Cordina
Critical Infrastructure Protection
Scale 4
2018
Roberta Buhagiar
Migration – 20 hours*
Scale 4
2020
Omar Cassar
MHSE
Scale 3
2020
Ryan Galea
MHSE/Parliamentary Secretary
Scale 4
2020
Roderick Vella
MHSE
Scale 3
* Adviser (Migration) contract was terminated w.e.f. Sept 2019.
Korp tal-Pulizija – membri li kienu jaħdmu ma’ kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li jaħdmu fil-Weapons Office u li kienu impjegati mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament (li hija involuta f’bejgħ u ġarr u importazzjoni ta’ armi tan-mar) qabel ma daħlu fil-Korp? Jista’ jgħid x’rank għandhom/għandha?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bħalissa, hemm uffiċjal fir-rank ta’ spettur li temporanjament jassisti fix-xogħol il-Weapons Officeu li kien impjegat mal-kumpanija li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15271, jista' l-Ministru jgħid, f'kull każ/rapport kemm kienu n-numri ta' persuni li allegatament traffikaw u kemm kienu l-vittmi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numri ta' persuni li allegatament traffikaw persuni u dawk li kienu vittmi tat-traffikar fuq il-ka¿i li jidhru fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15271, kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Sena
Każ
i Skwadra kontra Vizzji
Numru ta’ Traffikanti
Numru ta’ Vittmi
2014
Każ 1
1
1
Każ 2
1
1
Każ 3
1
1
Każ 4
2
11
2015
Każ 1
2
1
Każ 2
1
1
2016
Każ 1
4
31
2017
Każ 1
2
3
Każ 2
2
2
Każ 3
1
3
Każ 4
1
1
2018
Każ 1
2
19
Każ 2
7
14
Każ 3
2
1
Każ 4
1
1
Każ 5
1
1
Każ 6
1
3
2019
-
-
-
2020
(sa Mejju)
Każ 1
1
3
Total
18
33
98
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-data li fiha se tidħol fis-seħħ is-sistema tal-ismijiet li jkunu jistgħu jiġu rreġistrati bl-Alfabett sħiħ Malti?
Korp tal-Pulizija – passi kriminali fuq Hate Speech
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn il-Pulizija ħadet passi kriminali fuq id-diskorsi ta’ mibegħda/hate speech fis-snin 2017, 2018 u 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ ka¿ijiet fejn il-Pulizija ħadet passi kriminali fuq diskorsi ta’ mibegħda/hate speech fis-snin 2017, 2018 u 2019, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Xi ka¿ijiet għad iridu jitressqu l-Qorti issa li r-ristrizzjonijiet u ċ-ċirkustanzi li kien hemm aktar kmieni din is-sena ntemmu:
Sena 2017
Sena 2018
Sena 2019
Ammont
3
4
11
Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta – kwalifiċi akkademiċi
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15362, jista’ l-Ministru jgħid meta (data u sena) l-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta ggradwa mill-kors B.Sc (Hons) in Natural Sciences - Physics (UK-The Open University) u meta (sena u data) huwa ggradwa bid-Diploma in Public Administration mill-Università ta' Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 15555, l-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi mwieġba hawn taħt:
§ B.Sc (Hons) in Natural Sciences - Physics (UK-The Open University) - (2009 – 2017)
§ Diploma in Public Administration mill-Università ta' Malta - (2004 – 2006)
Ex Kummissarju tal-Pulizija – xogħol ta’ konsulenza għas-sigurtà pubblika
Question
Jista' l-Ministru jgħid bix-xogħol li wettaq l-eks Kummissarju tal-Pulizija li ismu qed jingħata separatament bħala konsultent għas-sigurtà pubblika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-persuna indikata kienet bdiet taħdem mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili dwar it-tħejija ta’ regolamenti dwar avvenimenti pubbliċi u dwar pjan ta’ traffic managment f’każ ta’ emerġenza f’bini ‘high rise’
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas l-eks Kummissarju li ismu qed jingħata separatament minn mindu ġie maħtur konsulent għas-sigurtà pubblika sal-ġurnata li fiha rriżenja minn konsulent?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Ononorevoli Interpellant li l-ħlas li sar lill-eks Kummissarju indikat mill-onorevoli interpellant huwa skont il-kuntratt li tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra bħala tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13989. Kif spjegat ukoll fi tweġiba parlamentari 15383 il-ħlas marbut ma’ dan il-kuntratt waqaf kollu mal-mument li ġie sospiż u eventwalment itterminat.
Qorti tal-Appell Kriminali – membri tal-Korp tal-Pulizija – taħriġ akkademiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kull meta jsir taħriġ akkademiku, il-membri tal-Korp tal-Pulizija biex jiġu analizzati sentenzi tal-Qorti tal-Appell Kriminali u kif il-ġurisprudenza tkun qed tiżviluppa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Fl-Akkademja għal Korpi Dixxiplinati jingħata tagħlim u taħriġ lill-membri tal-Korp tal-Pulizija f’diversi suġġetti, fosthom dawk relatati mal-liġi. Fejn ikun meħtieġ matul dan it-tagħlim ikun hemm referenzi għal sentenzi mogħtija mill-qrati.