Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda fit-tabella riprodotta hawn taħt. Entity Address Commencement Date Cost per Annum Up to date May extend up to ARUC Onda Business Centre, Level 4, Triq Aldo Moro, Marsa 17th Jan 2022 €46,000 16th Jan 2025 16th Jan 2027 AWAS 90, Dar il-Liedna, Triq il-Liedna, Fgura 27th Sep 2006 €29,334.72 26th Sept 2023 Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence Zentrum Business Centre, Triq l-Imdina, Ħal Qormi 17th Mar 2021 1st Year - €58,500 16th Mar 2028 2nd Year - €58,500 3rd Year - €61,425 4th Year - €61,425 5th Year - €61,425 6th Year - €64,496 7th Year - €64,496 Identity Malta Agency Triq il-Palma, Paola - Store 01-Apr-18 €21,600.00 31-Mar-24 Floors 1 & 2 Onda Buildings, Marsa - Passport Office & Research Unit 01-Dec-15 €90,700.00 30-Nov-23 Ground floor & basement - Onda Buildings, Marsa 01-Mar-17 €53,750.00 30-Nov-23 Floor 5 - Onda Buildings, Marsa 01-Mar-18 €30,000.00 30-Nov-23 IMA Office Block, Msida - Offices and storage space 14-Aug-18 €768,064.00 13-Aug-26 IMA Office Block, Msida - Additional 1,451 square metres office space 01-Apr-19 €287,298.00 13-Aug-26 IPA Ground Floor and First Floor, Fafner House, Triq Nazzjonali, Hamrun 1st Aug 2018 €78,867 31st Jul 2023 31st Jul 2028 Flat 1, 2 and 4, Second Floor, Fafner House, Triq Nazzjonali, Hamrun 1st Aug 2018 €41,080 31st Jul 2023 31st Jul 2028 Fourth Floor, Fafner House, Triq Nazzjonali, Hamrun 1st Oct 2022 €55,000 31st Jul 2023 31st Jul 2028 Komunita Malta B 24 Upper Midland Micro Enterprise Park, Triq Burmarrad, in-Naxxar 1st Mar 2021 €31,020 28th Feb 2024 LESA 18 Car garage, 94, Triq l-Orsolini, Pieta 1st Feb 2022 €20,000 1st Feb 2025 Fgura Adminsitrative Offices, 246, Mater Boni Consigli Street, Fgura 2nd Jul 2018 €99,000 + 2% annual increase 30th Jun 2028 Fgura 1 Car garage, and 2 Car Garage, 232, Mater Boni Consigli Street, Fgura 2nd Jul 2019 €4,500 + 2% annual increase 2nd Jul 2023 Renewed yearly Mosta 12 Car garage, St Joseph Warehouse’, Triq in-Naqqax, Mosta 15th Jun 2020 €9,000 15th Jun 2023 Residency Malta Zentrum Business Centre, Level 2, Triq l-Imdina, Ħal Qormi + 40 parking spaces 5th Feb 2020 €104,854 4th Feb 2025 3% increase every 2 years VSA Head Office, 52, Old Theatre Str Valletta 1st Apr 2021 €146,170 31st Mar 2027 VSA - Regional Premises - Northern Regional Centre Franciscan Qawra Parish 3rd Oct 2022 €1,000 2nd Oct 2023

Għawdex – vetturi towed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi li ġew towed, raħal b'raħal, ġewwa Għawdex mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid fejn jinżammu ġewwa Għawdex dawn il-vetturi u xi jsir minnhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi minn verifiki li saru, il-vetturi li ġew towed, raħal b'raħal (fejn applikabbli), ġewwa Għawdex kien kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt. Dawn il-vetturi jinżammu fil-fond tal-kuntrattur sakemm is-sid ikun jista’ jirkupra l-vettura, wara li jkun ħallas mitejn Ewro flimkien ma' penali ta’ ħmistax-il Ewro oħra għal kull lejl li kienet miżmuma. Meta u jekk il-vetturi ma jiġux irkuprati mis-sidien, jinħarġu l-Avviżi tal-Pulzija għal dan il-għan u għal informazzjoni tal-pubbliku, skont il-liġi, fejn wara l-perjodu stipulat il-vetturi jkunu jistgħu jinbiegħu jew mormija. Lokalità 2017 2018 2019 2020 2021 2022 2023 Victoria 7 9 17 22 24 24 10 Għasri - - - - - 1 - Sannat 3 3 1 - - 1 1 Żebbuġ 1 8 8 7 6 4 2 Għarb 1 1 1 - - 1 1 Għajnsielem 37 34 37 24 5 10 3 Qala 1 - 1 1 - 3 1 Xagħra 1 4 2 - 5 3 1 Nadur - 2 4 2 - 1 - San Lawrenz - 1 - 1 - - - Munxar - 1 6 3 3 - 1 Xewkija - 1 1 2 1 - 2 Kerċem - - 2 - - - -

Rapporti ta’ karozzi abbandunati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ karozzi abbandunati li kienu jinsabu pparkjati fit-toroq fis-snin 2021, 2022 u fis-sena 2023 sad-data ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? X’sar konsegwenza ta’ dawn ir-rapporti u kemm minn dawn il-karozzi ġew irmonkati/imneħħija mit-toroq tagħna? Dawn il-vetturi fejn tqiegħdu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li minn verifiki manwali li saru mill-Korp tal-Pulizija kien hemm 619-il każ fis-sena 2021, 581 każ fis-sena 2022 u 399 każ sa April ta’ din is-sena, fejn il-Pulizija aġixxiet wara rapporti li rceviet, ta’ vetturi li kien mitluqa jew abbandunati jew wara li dawn ġew identifikati waqt ir-ronda. Infurmat li fil-maġġoranza tal-każijiet il-vetturi jitneħħew mis-sidien tagħhom wara li titwaħħal in-notifika ta’ tneħħija fuq il-vetturi tagħhom. Fil-każijiet fejn vetturi ġew irmunkati mill-Pulizija dawn ġew meħuda fil-kumpless ġewwa ta’ Kandja għal Malta u fil-lok indikat mill-kuntrattur fil-każ ta’ Għawdex. Jekk ma jiġux irkuprati mis-sidien, jinħarrġu l-Avviżi tal-Pulzija relatati u għal informazzjoni ġenerali skond il-liġi, fejn il-Pulzija tkun tista’ tiddisponi minnhom wara l-perjodu stipulat. Ma dawn dwar każi ta’ ngombru, l-Agenzija LESA kellha 3363 rapport, u ġew irmunkati 629 il-vettura fis-sena 2021. Fis-sena 2022 kien hemm 2831 rapport, u ġew irmunkati 449 il-vettura u sa l-aħħar t’April 2023 kellha 2776 rapport, u ġew irmunkati 454 vettura. Ninsab infurmat illi bis-saħħa tal Liġi Sussidjarja 65.13 artikolu (3), barra mill-Pulizja u l-LESA it-tneħħija ta’ karozzi abbandunati li jkunu pparkjati fit-toroq jistgħu jitneħħew ukoll mill-Kunsilli Lokali u Transport Malta.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – kuntratti ma’ influencers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru u/jew kwalunkwe awtoritajiet/aġenziji li jaqgħu taħtu għandhomx kuntratti ma’ influencers biex jippromwovu l-ħidma tal-istess Ministeru u/jew aġenziji lill-udjenza tagħhom fuq pjattaformi tal-media soċjali? Jekk iva, jista’ għal kull kuntratt jgħid kemm intefqu flus fi promozzjonijiet sa mill-bidu tal-ftehim?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li din is-sena kien hemm żewġ kuntratti ma’ influencers mid-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Korp tal-Pulizija bil-għan li l-pubbliku inġenerali jkun mgħarraf bil-ħidma li qed issir min-naħa tagħhom. Il-ħlas sħiħ hu ta’ €3,590.

Sex Offender Treatment Board — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk preżentement hux jiffunzjona s-‘Sex Offender Treatment Board’? Jista’ jgħid ukoll meta ltaqa’ l-aħħar, min huma l-membri u kull meta huwa ppjanat li jiltaqa’?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Board for the Treatment of Sex Offenders kien twaqqaf sabiex jagħmel studju u jagħmel r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Ministru. Dan il-Bord kien inħatar l-ewwel darba f’Ġunju 2018 għall-perjodu ta’ sena u wara kien ingħata sitt xhur oħra sa Diċembru 2019.

Sapport għal persuni meqjusa sexual offenders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi tip ta’ pjan ta’ sapport, terapija u follow up ta’ persuni meqjusa bħala “sexual offenders and individuals with deviant sexual and desires” wara li jirritornaw lura fil-komunità u/jew meta jiġu meqjusa tali mill-qorti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi d-dipartiment tal-Probation and Parole joffru superviżjoni u monitoraġġ ta’ persuni meqjusa bħala sex offenders wara li dawn ikunu kisru l-liġi u ġew riferuti lid-dipartiment mill-Qorti. Din is-superviżjoni tibqa’ fis-seħħ għal tul il-perjodu tas-sentenza. Is-superviżjoni u monitoraġġ isir mill-Uffiċjal tal-Probation filwaqt li l-Unità tal-Psikoloġija fi ħdan id-dipartiment toffri għajnuna speċjalizzata permezz tal-programm Sex Offender Intervention Programme (SOIP) li jiffoka fuq il-bżonnijiet ta’ dawn il-persuni. Dan il-programm flimkien mas-superviżjoni jwassal għal riabilitazzjoni u reintegrazzjoni effettiva lura fil-komunità.

Proġett tal-pont bejn il-Marsa u Ħal Qormi – persuni li wettqu vandaliżmu jew reati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna, jekk kien hemm, tressqet fuq vandaliżmu jew reati oħrajn marbutin mal-istat diżastruż li qed jinżamm fih il-proġett tal-pont bejn il-Marsa u Ħal Qormi li ġie inawgurat is-sena li għaddiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bejn Lulju tas-sena li għaddiet u llum kien hemm persuna li tressqet il-Qorti fuq akkużi li kkaġunat ħsara volontarja fil-lift tal-pont ta’ bejn il-Marsa u Ħal Qormi, għad-detriment ta’ Infrastructure Malta.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – safar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar is-safra li għamel id-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin lejn l-aħħar ta’ Marzu 2023? Minn min kien akkumpanjat f’din is-safra? X’inhi l-pożizzjoni li jokkupaw il-persuni li akkumpanjawh f’din is-safra u x’kienet il-ħtieġa li jakkumpanjawh?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-Kap Eżekuttiv, żewġ uffiċjali li jiffurmaw parti mill-uffiċċju ta’ Strategy & Systems u Professur Giordamaina mill-Università ta' Malta u li jassisti lill-aġenzija, attendew il-konferenza organiżżata mill-ICPA (International Corrections and Prisons Associations) fuq riabilitazzjoni fil-ħabsijiet. Il-Professur Giordmaina, flimkien mal-Kap Eżekuttiv ipparteċipaw f’din il-konferenza bħala membri tal-proġett REEDU (Erasmus + - Universita ta’ Malta), fejn għamlu preżentazzjoni bit-titlu “Combining Project Based Learning, Positive Criminology and Systemic Practices for Rehabilitation within a Prison Context.” Din il-preżentazzjoni kienet tiffoka fuq proġett ta’ riabilitazzjoni fil-ħabs ta Malta. L-uffiċjala li attendew jiffurmaw parti mill-uffiċċju ta’ Strategy & Systems fi ħdan l-Aġenzija li jiffoka fuq strateġiji, żvilupp u sistemi ta’ implimentazzjoni fil-ħabs.

Korp tal-Pulizija – Taqsima tat-Traffiku – pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija tat-traffiku (li huma attivi u mhux sospiżi) fit-Taqsima tat-Traffiku fi ħdan il-Korp tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi t-total ta’ pulizija li huma attivi fit-Taqsima tat-Traffiku fi ħdan il-Korp tal-Pulizija f’dawn il-gżejjer, huwa ta’ tmienja u tletin.

Korp tal-Pulizija – Taqsima tat-Traffiku – pulizija sospiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija tat-traffiku sospiżi fit-Taqsima tat-Traffiku fi ħdan il-Korp tal-Pulzija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li persuna li tiġi sospiża mill-Korp ma tibqax assenjata ma’ skwadra u, kemm-il darba tirritorna fis-servizz, tkun tista’ tintbagħat f’kull taqsima, skont l-esiġenzi.

Vittmi tat-traffikar uman

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati vittmi tat-traffikar uman (human trafficking victims) fl-2018, 2019, 2020, 2021 u fl-2022 maqsuma sena b’sena? X'inhi l-identità tal-ġeneru ta' kull vittma? X'inhi n-nazzjonalità ta' kull vittma?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ vittmi tat-traffikar uman għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 kien kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt. Din l-informazzjoni tinkludi wkoll persuni li nstabu li kien hemm ‘pimp’ li qed jiprostitwixxihom u għaldaqstant ikunu wkoll ikkunsidrati bħala traffikar uman. It-tabella tinkludi l-ġeneru u n-nazzjonalità ta' kull vittma. Sena Total ta’ vittmi Ġeneru Nazzjonalità 2018 16 1 Ragel 15 Nisa 1 Nepaliż 14 Filippini 1 Maltija 2019 X ejn - - 2020 4 4 Nisa 3 Maltin 1 Filippini 2021 Xejn - - 2022 5 5 Nisa 2 Kolumbjani 3 Venezweljana

Kannabis – Użu — Persuni mħarrka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-pulizija kemm ħarrku persuni li nqabdu jagħmlu użu mill-kannabis f’postijiet pubbliċi matul l-2022 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fid-dawl li din għadha illegali? Jista’ jgħid ukoll kemm tħarrku persuni maqsuma skont dawn il-lokalitajiet: a. Paceville; b. San Ġiljan; ċ. Tas-Sliema; d. il-Gżira; e. Marsalforn, Għawdex; f. il-Belt Valletta; u g. Wied il-Għajn? Jista’ jgħid x’kienu l-etajiet tal-persuni mħarrka u jekk dawn kinux Maltin jew barranin? Jista’ jgħid ukoll matul dan l-istess żmien, kemm tħarrku persuni mill-pulizija li waqt li kienu qed isuqu l-vetturi tagħhom, kienu taħt l-effett tal-kannabis?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi in-numru totali ta’ persuni li ġew imħarrka wara li nqabdu jagħmlu użu mill-kannabis f’postijiet pubbliċi matul is-sena 2022 sal-aħħar ta’ April 2023 kienu ta’ 31.

Kummissarju tal-Pulizija – kuntratt ta’ impjieg

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument ta' impjieg jew kuntratt ta' impjieg/servizz li jirregola l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-Kummissarju tal-Pulizija preżenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7373.

LESA – vetturi mingħajr il-liċenzja mħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba fl-aħħar erba’ snin, uffiċjali tal-LESA sabu vetturi ta’ Transport Malta li ma kellhomx ir-road licence mħallsa, liema vetturi kienu mikrija mill-privat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li ċitazzjoni li tirrigwardja liċenzja ta’ ċirkulazzjoni ta’ vettura, tinħareġ fuq sid il-vettura. Ma ssirx distinzjoni li min hi mikrija tali vettura, u tali informazzjoni ma tiġix reġistrata.

Korp tal-Pulizija – Assistenti Kummissarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-Assistenti Kummissarji li għandu l-Korp tal-Pulizija fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi preżentement l-Assistenti Kummissarji li huma attivi fil-Korp tal-Pulizija huma erbgħa: AC Mallia, AC Theuma, AC Haber u AC Xuereb.

Paceville – kameras tas-sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżomm lill-Korp tal-Pulizija milli jinstalla kameras tas-sigurtà fil-qalba ta’ Paceville quddiem il-Burger King? Jista’ jgħid jekk huwiex għaqli li kull meta jkun hemm inċident, il-Pulizija jridu jiddependu fuq is-CCTV privati tal-istabbilimenti viċin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Korp tal-Pulizija jagħmel użu minn kwalunkwe camera li jkun hemm bżonn.

Rapporti dwar każijiet ta’ abbuż fuq l-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta’ abbuż fuq anzjani fis-sena 2022? Jista’ jgħid ukoll x’kienet in-natura ta’ dawn ir-reati kriminali u kemm kienu dawn ir-reati kriminali skont in-natura tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi kif ingħad fi tweġibiet għall-mistoqsijiet simili, fis-sistema kompjuteriżżata tal-pulizija li tiġbor ir-rapporti kollha, ma hemmx kategorija speċifika għal reati kriminali fuq persuni anzjani jew fuq bażi ta’ età. Il-kategoriji huma bbażati fuq it-tip ta’ reat imwettaq. It-tabella hawn taħt turi n-numru ta’ rapporti fis-sena 2022, fil-kategorija ta’ reati meqjusa bħala abbużivi fin-natura tagħhom, miġbura fuq persuni ta’ sittin sena jew aktar li huma reġistrati bħala vittmi ta’ reati. L-informazzjoni ma tirriflettix fin-numru ta’ vittmi, peress li rapport wieħed jista’ jinkludi aktar minn persuna waħda u għalkemm persuna anzjana tkun imniżżla bħala vittma f’rapport, tista ma’ tkunx il-persuna prinċipali fil-mira diretta tal-aggressur. Rapporti li jinvolvu persuna/i ta eta’ 60 sena jew aktar Tip ta' rapport 2022 Omiċidju volontarju 1 Feriti fuq il-persuni 78 Vjolenza domestika 180 Serq b'armi 1 Mugging 2 Snatch and Grab 8 Stupru 1

Dħul minn ċitazzjonijiet tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu ppjanat li jsir bil-flus li se jdaħħal il-Gvern minn fuq iċ-ċitazzjonijiet tat-traffiku fis-sena 2023? Jista’ jgħid lil min se jkun qed jgħin b'dawn il-fondi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Aġenzija LESA hija impenjata sabiex tkompli tinvesti lura fil-komunitajiet il-fondi li jiġu ġenerati mit-taħrikiet. Fost dawn ser ikompli sħubija mal-Kunsilli Lokali u dawk reġjonali sabiex jitwettqu diversi proġetti u inizjattivi fil-komunitajiet tagħna. Ukoll, riċentement ġie ffirmat ftehim bejn l-Aġenzija LESA u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, li permezz tiegħu l-Aġenzija LESA se tkun qed tgħaddi €600,000 fuq sentejn lill-Kumitati Reġjonali biex dawn ikunu għad-dispożizzjoni u jintużaw mill-kunsilli lokali u mill-għaqdiet volontarji fid-diversi lokalitajiet Maltin u Għawdxin. B’hekk dawn jiġu megħjuna fl-ispejjeż marbuta ma’ ħlasijiet ta’ Pulizija, uffiċjali tal-LESA u l-Protezzjoni Ċivili waqt attivitajiet kulturali u oħrajn li jiġu organizzati minn żmien għal żmien. Ukoll, l-Aġenzija LESA allokat miljun ewro sabiex jintużaw f'kampanji u edukazzjoni kontra l-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru.

Żwiġijiet Ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7749, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm kien hemm żwiġijiet ċivili fl-2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fis-sena 2022 saru 1,216 żwiġijiet ċivili li ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta u 68 li ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex.

Żwiġijiet bejn koppji tal-istess sess

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7750, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm kien hemm żwiġijiet bejn koppji tal-istess sess fl-2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fis-sena 2022 saru 94 żwiġijiet bejn koppji tal-istess sess u ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta u 6 żwiġijiet li ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex.