B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26483, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-laqgħat (bid-dati/aġenda) tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) li membri ħarġu minnhom fis-snin 2018, 2019, 2020, 2021 u għal liema raġuni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-domandi li qegħdin jiġu mistoqsija huma kwistjoni li tolqot mertu ta’ kawża.
Di fatti, hemm allegazzjonijiet marbuta magħhom f’tali proċeduri ġudizzjarji, liema proċeduri għadhom sub judice. Saħansitra domandi parlamentari preċedenti, li wkoll jirrelataw ma’ tali kawża u li ġew imwieġba, diġà tressqu bħala prova fl-istess proċeduri ġudizzjarji.
Jista' l-Ministru jagħti break down ta' kull multa li tat il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mill-2019 sal-lum u jgħid kemm kienet kull multa, meta ħarġet, jekk ġietx appellata fil-Qrati, għadhiex sub judice, meta l-każ ġie deċiż mill-Qrati, kemm iddeċidiet li għandha tkun il-Qorti, liema tħallsu u liema ma tħallsux?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
MFSA — Entitatijiet li taw surrenders volontarji tal-liċenzji tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi tabella li turi kemm-il entità liċenzjata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) tat surrender volontarja tal-liċenzja tagħha, għas-snin 2023 u 2024? Jista’ jaqsam dawn l-entitajiet skont jekk humiex trust/fiduciary; SICAV; crypto jew tali exchange; jew oħrajn)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ta rigali u/jew donazzjonijiet minn fondi pubbliċi, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa kull rigal u lil min tah?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta fil-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta u kemm tħallsu pagi, xahar b'xahar, mill-ġurnata li fiha għalqet l-Airmalta sal-aħħar ta’ Frar 2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjni mitluba għadha qed tinġabar.
MFSA — Kopji żbaljati ta’ liċenzji ta’ subject persons
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26569 u jgħid kemm-il darba u liema kienu d-drabi fejn l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) uriet kopja żbaljata tal-liċenzja ta’ subject person fuq is-sit elettroniku tagħha mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll liema subject persons kellhom kopja żbaljata tal-liċenzja murija fuq is-sit elettroniku tal-MFSA?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-domandi li qegħdin jiġu mistoqsija huma kwistjoni li tolqot mertu ta’ kawża.
Di fatti, hemm allegazzjonijiet marbuta magħhom f’tali proċeduri ġudizzjarji, liema proċeduri għadhom sub judice. Saħansitra domandi parlamentari preċedenti, li wkoll jirrelataw ma’ tali kawża u li ġew imwieġba, diġà tressqu bħala prova fl-istess proċeduri ġudizzjarji.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26485 u jgħid jekk kienx hemm rapporti lill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) ta’ leaks lill-media minn subject persons fl-2019, 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024? Jista’ jgħid ukoll meta saru dawn ir-rapporti, x’investigazzjonijiet saru u x’passi ttieħdu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-domandi li qegħdin jiġu mistoqsija huma kwistjoni li tolqot mertu ta’ kawża.
Di fatti, hemm allegazzjonijiet marbuta magħhom f’tali proċeduri ġudizzjarji, liema proċeduri għadhom sub judice. Saħansitra domandi parlamentari preċedenti, li wkoll jirrelataw ma’ tali kawża u li ġew imwieġba, diġà tressqu bħala prova fl-istess proċeduri ġudizzjarji.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26486 u jgħid meta l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) fis-snin 2019, 2020, 2021, 2023 u 2024 offriet settlement lil subject persons imbagħad dawn ġew irtirati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-domandi li qegħdin jiġu mistoqsija huma kwistjoni li tolqot mertu ta’ kawża.
Di fatti, hemm allegazzjonijiet marbuta magħhom f’tali proċeduri ġudizzjarji, liema proċeduri għadhom sub judice. Saħansitra domandi parlamentari preċedenti, li wkoll jirrelataw ma’ tali kawża u li ġew imwieġba, diġà tressqu bħala prova fl-istess proċeduri ġudizzjarji.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26487 u jgħid kemm saru settlements ma’ kumpaniji mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u min kienu tali kumpaniji? Jista’ jgħid ukoll min mill-MFSA ddeċieda li jagħmel tali settlements u x’kienu dawn is-settlements?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-domandi li qegħdin jiġu mistoqsija huma kwistjoni li tolqot mertu ta’ kawża.
Di fatti, hemm allegazzjonijiet marbuta magħhom f’tali proċeduri ġudizzjarji, liema proċeduri għadhom sub judice. Saħansitra domandi parlamentari preċedenti, li wkoll jirrelataw ma’ tali kawża u li ġew imwieġba, diġà tressqu bħala prova fl-istess proċeduri ġudizzjarji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-paga medja f'Malta f'għeluq is-sena 2021, 2022, 2023 u 2024 u kemm kienet il-paga medja għal dawk li jaħdmu f'Għawdex f'għeluq is-sena 2021, 2022, 2023 u 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċjali tas-Servizz Pubbliku — Ħlas waqt xogħol barra minn Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta hijiex ser tadotta r-rati per diem li jitħallsu Uffiċjali taċ-Ċivil meta jkunu fuq xogħol barra minn Malta tal-Unjoni Ewropea tal-2022, peress li fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Finanzi hemm lista li tmur lura għall-2017?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellu jirrispondi hu personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan il-Parlament huwa gwidat bi proċedura Parlamentari stabbilita mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra. Għaldaqstant jifhem li l-ordni tal-interpellanza għal tweġiba orali u l-mod kif jiġu magħmula interpellanzi huma regolati mill-istess Ordnijiet Permanenti. Għaldaqstant, l-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx.
Corporate Tax — Kumpaniji reġistrati f’Malta li ħallsu iktar minn € 1,000,000
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji reġistrati f’Malta li fis-snin 2021, 2022 u 2023 ħallsu iktar minn €1,000,000 f’corporate tax?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-tabella hawn taħt:
SenaNumru ta’ Kumpaniji
2021318
2022273
2023154*
*Hemm kumpaniji li għandhom 18-il xahar biex iħallsu t-taxxa u għalhekk l-ammont jiżdied sal-aħħar ta’ din is-sena.
Corporate Tax — Persuni li ħallsu iktar minn € 1,000,000
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f’Malta li fis-sena 2022 u fis-sena 2023 ħallsu iktar minn €1,000,000 f’corporate tax?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi persuni individwali ma jħallsux Corporate Tax, iżda Personal Tax. Għaldaqstant din il-mistoqsija ma tistax tiġi mwieġba.