Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ex-membri tas-servizz – bonus/għotja finanzjarja/pensjoni tat-teżor

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ ex-membri tas-servizzi (Pulizija, Forzi Armati, Protezzjoni Ċivili u Gwardjani tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin) li għandhom bejn l-45 u l-61 sena u li huma intitolati għall-bonus/għotja finanzjarja/pensjoni mit-Teżor?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru ikkonċernat.

Servizzi ta’ Matul il-Jum – applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jew il-persuni li jieħdu ħsiebhom, li applikaw biex jagħmlu użu mis-Servizzi ta’ Matul il-Jum u għadhom fil-lista ta’ stennija? Minn liema lokalitajiet ġejjin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fil-preżent hemm 121 persuna b’diżabilità fuq il-lista ta’ stennija sabiex jidħlu f’Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’diżabilità, mmexxija mill-Aġenzija Sapport. Il-persuni fuq il-lista ta’ stennija ġejjin minn diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, kif jidher fit-tabella t’hawn taħt ; Lokalita’ Numru ta’ Persuni fuq il-Lista ta’ Stennija Balzan 3 Baħrija 1 B'Buġa 2 B'Kara 4 Bormla 1 Buskett 1 Fgura 2 Floriana 1 Fontana 2 Għajnsielem 7 Għarb 1 Għargħur 1 Gżira 1 Ħal Lija 1 Ħal Luqa 2 Ħal Qormi 2 Ħal Tarxien 1 Ħamrun 2 Ħ'Attard 2 Ħaż-Żebbug 3 Iklin 1 Isla 3 Iż-Żebbuġ, Għawdex 2 Kalkara 1 Marsa 5 Mellieħa 2 Mosta 4 Msida 3 M'Skala 1 Mtarfa 1 Munxar 1 Naxxar 4 Paola 1 Pietà 2 Qala 1 Qawra 2 Rabat 8 Safi 1 San Ġiljan 3 San Ġwann 4 Siġġiewi 6 Sliema 4 St Paul's Bay 3 Swieqi 3 Victoria 3 Xewkija 2 Żabbar 4 Żejtun 2 Żurrieq 4

Aġenzija Sapport, Aġenzija Appoġġ u Sedqa — Taħriġ dwar is-saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Aġenzija Sapport, Aġenzija Appoġġ u Sedqa organizzawx taħriġ dwar is-saħħa mentali lill-impjegati tagħhom f’dawn l-aħħar tliet snin? Jekk iva, meta sar dan it-taħriġ?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif jidher f’dawn it-tabelli ; Taħriġ Organizzat mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) għall-ħaddiema tal-Aġenzija Appoġġ u Aġenzija Sedqa Taħriġ Data tat-Taħriġ Baby Bonding Sessions Malta - Mental Health Awareness 06/10/2017 Focus on Personality Disorders 12/10/2017 General Overview - Psychiatric Illness 10/10/2017 Il-Bahh u jien MHAG (Mental Health Association Gozo) Conference 18/10/2017 Maternal Mental Health 25/5/2017 Mental Health at Work Conference 09/10/2017 Mental Health Awareness Seminar for Managers 15/10/2017 Mental Health First-Aid 05/10/2017 Richmond Foundation Annual Conference 2017 20/10/2017 Self Harm and Suicide 03/11/2017 Arts and Mental Well Being Conference 02/11/2018 European Symposium on Suicide and Suicidal Behaviour 04/09/2018 Interventions in Mental Health 08/11/2018 Maternal and Infant Mental Health Conference 25/05/2018 Mental Health First Aid 16/10/2018 Psychiatry and the Arts Conference 13/07/2018 Refugees and Mental Health Conference 18/10/2018 Richmond Foundation Annual Conference 2018 19/10/2018 Taħriġ Organizzat mill-Aġenzija SAPPORT Taħriġ Data tat-Taħriġ Għarfien dwar is-Saħħa Mentali 9 ta’ Ottubru 2017 Konferenza dwar is-Saħħa Mentali 12 ta’ Ottubru 2018 Konferenza dwar is-Saħħa Mentali 8 – 9 ta’ Novembru 2018 Mental Health First Aid 8 – 9 ta’ Ġunju 2016 Mental Health First Aid 9 u 12 ta’ Marzu 2018 Mental Health First Aid 27 – 28 ta’ Ġunju 2018 Mental Health First Aid 5 – 6 ta’ Lulju 2018 Mental Health First Aid 26 – 27 ta’ Lulju 2018 Mental Health First Aid 2 – 3 ta’ Awwissu 2018 Mental Health First Aid 9 – 10 ta’ Awwissu 2018 Mental Health First Aid 6 – 7 ta’ Settembru 2018 Mental Health First Aid 10 u 12 ta’ Settembru 2018 Mental Health First Aid 15 u 29 ta’ Settembru 2018 Mental Health First Aid 27 – 28 ta’ Settembru 2018 Mental Health First Aid 19 ta’ Ottubru 2018 Mental Health First Aid 1 u 8 ta’ April 2019

Spiża għal kull klijent li jattendi fiċ-Ċentri tal-Persuni b’Diżabilità

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 36962 tal-11-il leġislatura, jista’ l-Ministru jindika llum, kemm tiġi l-ispiża għal kull klijent li jattendi f’xi Ċentru tal-Persuni b’Diżabilità tal-Aġenzija Sapport?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-ispiża għal kull persuna b’diżabilità li tattendi ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum, immexxija mill-Aġenzija Sapport, tammonta għal medja ta’ €70 kuljum.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9095 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8872, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Għajnuna supplimentari – każ ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament u jispjega għaliex wara talba li għamlu għal għajnuna supplimentari, qed jingħad lilhom li rċevew aktar minn €13,434 għas-sena 2017, meta dan l-istess ammont jidher li jinkludi ammonti dovuti għas-sena ta’ qabel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-każ indikat minnu ġie mistħarreġ u jidher illi l-assessment illi jsir mid-Dipartment, sabiex jiġi stabbilit hemmx dritt għall-għajnuna supplimentari huwa korrett.

Għajnuna Soċjali — Każ ta' persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk id-deċiżjoni rigward il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kenitx korretta? Jista’ l-Ministru jindaga dan il-każ umanitarju sabiex jara li l-għajnuna soċjali mitluba, tkun ikkunsidrata mill-ġdid?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-applikazzjoni għall-Allowance Miżjuda għall-Carers tal-persuna li tagħha qegħdin jingħataw d-dettalji b’mod separat, ġiet irrifjutata għaliex il-pazjent illi tieħu ħsieb u li applikat f’ismu, ma jissodisfax il-kriterji mediċi stabbiliti fil-liġi biex jikkwalifika bħala persuna ta’ dipendenza għolja.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — nefqa ta' TV Advertising

Question

Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġba ta’ Mistoqsija Parlamentari 8043.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Grievances Boards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8320 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba ta’ Mistoqsija Parlamentari 8890.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — pożizzjonijiet tal-management – pakkett finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma’ kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu? L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma’ Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjojnijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8894, jista' l-Ministru: a. jgħid kemm kien hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni (skala 1 sa skala 5) f'dawn is-snin: 2009, 2010, 2012 u 2013 fid-dekasteru tiegħu; u b. jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux targets għall-Horizon 2020 u jekk iva, x'inhuma dawn it-targets u humiex se jintlaħqu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Għawdex – proġett ta’ housing

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8599 u jagħti dettalji dwar il-proġett tal-Housing f'Għawdex li ssemma fil-Parlament mill-Ministru għal Għawdex? Dan il-proġett fiex jikkonsisti? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll jekk dan il-proġett jaqax taħt il-Ministeru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u jew/l-Awtorità tad-Djar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba ta’ Mistoqsija Parlamentari 8599.

Każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ilha tgħix ġo dan il-post ikkundannat u bid-drenaġġ ġej fil-proprjetà tagħha għal bosta snin u bħala alternattiva tawha post f’Għawdex meta din għandha kważi 70 sena bla ebda familjari lejn dawk in-naħat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa, bħal f’kull każ ieħor.

Mellieħa – Bini ta’ Appartamenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika fejn fil-Mellieħa ser ikunu qed jinbnew l-appartamenti li l-Ministru semma fl-aħħar jiem u li kien rappurtat fuq il-mezzi tax-xandir?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-indirizzi tat-22 sit fejn se jkunu qiegħdin jinbnew units ġodda ta’ social housing permezz ta’ investiment ta’ €50 miljun mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali se jkunu qiegħdin jitħabbru fiż-żmien li ġej.

Ħal Qormi – stallazzjoni ta’ lift

Question

Jista’ l-Ministru, mill-aktar fis, jikkunsidra l-installazzjoni ta’ lift fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-inkwilini huma anzjani u għandhom problemi serji ta’ mobbilità kemm minħabba raġunijiet ta’ saħħa kif ukoll minħabba l-età tagħhom (għandhom ’il fuq minn 70 sena)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8872, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ħaddiema – ħlas ta’ servizzi soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ ħaddiema għal kull pajjiż rispettiv li għal dawn l-aħħar ħames snin ħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom tas-servizzi soċjali (social services)? Jista’ jgħid ukoll x’kienu l-kategoriji rispettivi tal-ħlasijiet li saru minn dawn il-ħaddiema f’dawn l-aħħar ħames snin maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Karta r-Roża — persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f’Malta u Għawdex li għandhom il-Karta r-Roża? Min huwa intitolat għall-Karta r-Roża?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, sabiex persuna tikkwalifika għall-Karta r-Roża, irid ikollha bżonn mediċini jew xi tip ta’ kura oħra u wara li tkun tissodisfa t-test tal-mezzi, kif stabbilit permezz tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali. Persuni li jirċievu l-Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja, Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa u persuni li jirċievu l-Għajnuna Soċjali, huma awtomatikament eleġibbli għall-Karta r-Roża. Persuni li qabel l-2012 kellhom u għad għandhom id-dijabete`, u li kien diġà kellhom il-karta r-roża u għażlu li jżommuha minflok jaqilbu fuq il-Kartuna s-Safra, ukoll għadhom jibbenifikaw. L-ammont ta’ persuni li kellhom il-karta r-roża matul is-sena 2018 kien jammonta għal 16,634.

Residenza San Vinċenz de Paul – xiri ta’ affarijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2014 sal-lum x'inxtara mir-Residenza San Vinċenz de Paul, item b’item u jekk dan inxtrawx b’direct order jew b’tender jew billi jintalbu prezzijiet? Jista’ jagħti l-ismijiet ta’ kumpaniji, ħwienet, kuntratturi, intrapriżi eċċ. minn fejn inxtara kull item?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.