Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor. Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.

MGA – ħatra tal-membri tal-Bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid attwalment min huma ċ-chairperson, id-deputy chairperson u l-membri tal-Bord tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA)? Jista’ jgħid f’kull każ meta kull persuna ġiet maħtura u għal kemm żmien kienet il-ħatra attwali, u jekk il-ħatra attwali hiex l-ewwel jew it-tieni ħatra tal-persuna konċernata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MCA – ħatra tal-membri tal-Bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid attwalment min huma ċ-chairperson, id-deputy chairperson u l-membri tal-Bord tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA)? Jista’ jgħid f’kull każ meta kull persuna ġiet maħtura u għal kemm żmien kienet il-ħatra attwali, u jekk il-ħatra attwali hiex l-ewwel jew it-tieni ħatra tal-persuna konċernata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Promenade tal-Isla – street furniture

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1030, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Jista’ jara li tingħata attenzjoni lill-promenade mill-Ponta tal-Isla, iddur ma' Dock 1 u sa Sant’Anġlu, b’mod partikolari jekk iħossx li hemm bżonn jiżdiedu l-istreet furniture (bankijiet, bins eċċ.) u li jinżammu aħjar minn dawk li hemm?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Birgu — manutenzjoni f’Żona Sant’Anġlu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1028, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Jista’ jgħid ta’ min hi r-responsabbilità għall-manutenzjoni ta’ bankina u t-triq li mill-Bieb ta’ Sant’Anġlu tagħti sal-ponta ta’ Sant’Anġlu u dan peress li hemm telqa kbira f’żona li tiġbed ħafna persuni?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — impjegati li daħlu mal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta biex tirreferi lill-Ministeru konċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Wied Rini – art tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal xiex qed jintuża l-bini ta' Wied Rini Maritime Coastal Station u Wireless Telegraphy Station bħalissa? Jista’ jgħid jekk din l-art għadhiex proprjetà tal-Gvern jew inkella saritx tal-privat jew ġietx okkupata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit immarkat bl-aħmar fid dokument impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra huwa mikri lill-Go plc filwaqt li s-sit immarkat bil-blu mhux okkupat.

Artijiet li ġew meħuda mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 512 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-area, il-valur ta' kumpens dovut u l-lokalità ta' artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sad-data li fiha qed tiġi mwieġba din id-domanda u li għadhom ma ġewx ikkompensati b'mod sħiħ? Tista' tingħata d-data għal kull każ meta ser jingħata l-kumpens dovut u l-ammont tal-kumpens?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Casino di Venezia u lukanda — pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għall-Casino di Venezia kif ukoll il-bini ta’ lukanda li tmiss miegħu li ilhom mitluqa minn qabel l-2013?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Bormla – Knights Boulevard – tneħħija ta’ vireg ippuntati

Question

Jista’ l-Ministru jara li jitneħħew il-vireg ippuntati li hemm fl-art quddiem in-Knights Boulevard f’Bormla, li qed ikunu ta’ periklu għal dawk il-ħafna persuni li jimxu f’din iż-żona?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Non-fungible tokens

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar Non-fungible tokens (NFTs)? Jista’ jgħid x’potenzjal jara li hemm fl-ekonomija tagħna?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Non-Fungible Tokens (NFTs) joffru opportunitajiet interessanti u innovazzioni diġitali inklu¿ il-faċilitazzjoni ta’ ownership jew drittijiet ta’ u¿u jew pussess permezz ta’ ċertifikazzjoni diġitali fuq assi diġitali jew fi¿iċi. Je¿istu ukoll, imma, numru ta’ sfidi dwar kif se jaffettwaw kunċetti e¿istenti ta’ ownership, liċenzjar, taxxa u anki fid-determinazzjoni legali tagħhom fejn jistgħu jinqabdu b’liġijiet bħal VFA ACT jew liġijiet oħra taħt ir-responsabbilta’ tas-servizzi finanzjarji (MFSA). L-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali fasslet qafas regolatorju li jagħti assigurazzjoni fuq teknoloġija mibnija fuq Smart Contracts u Blockchain, u li jgħin: (i) fit-tkabbir tal-fiduċja pubblika f’dawn it-teknoloġiji; (ii) fi¿-¿ieda tar-reputazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali; u (iii) tipproteġi iktar lis-soċjetà. Il-qafas regolatorju jappoġġja kemm systems audits komprensivi u kif ukoll reġim iktar flessibbli permezz tas-sandbox. L-ebda pajji¿ ieħor m’għandu qafas nazzjonali fuq assigurazzjoni tat-teknoloġija. Malta tista tpoġġi lilha nnifisha bħala ġurisdizzjoni magħrufa għal NFTs b’reputazzjoni tajba u fdata.

Kumpaniji ġodda mwaqqfa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm twaqqfu kumpaniji ġodda matul l-aħħar ħames snin, sena b’sena, u f’liema qasam ekonomiku joperaw?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpaniji ġodda li twaqqfu matul l-aħħar ħames snin huma kif jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Port Ħieles – proġett tax-shore to ship – xogħol mill-Enemalta

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 514, jista’ l-Ministru jindika x’inhuma x-xogħlijiet li l-Enemalta ser tkun mistennija li tagħmel għall-implimentazzjoni tal-proġett tax-shore to ship fil-Port Ħieles?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Far Model Flying Association – użu ta’ art fl-inħawi ta’ Wied Żnuber

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlametnari 511 u jikkonferma jekk kienx hemm jew hemmx ftehim bejn entità jew entitajiet governattivi u/jew aġenzija jew aġenziji tal-gvern u/jew awtorità jew awtoritajiet tal-gvern u l-Ħal Far Model Flying Association dwar l-użu ta' art fl-inħawi ta' Wied Żnuber, f'Ħal Far għall-użu mill-istess Assoċjazzjoni? F'każ li dan il-ftehim sar, għadu fis-seħħ kif kien jew ġie emendat? Tista' titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar verżjoni ta' dan il-ftehim? Liema kienu s-siti alternattivi li ġew ikkunsidrati għal dan l-iskop qabel sar il-ftehim? In vista tal-wegħda ta' qabel l-elezzjoni li l-ebda żvilupp mhu ser isir fiż-żona msemmija, hemm il-ħsieb li dan il-ftehim jiġi kkanċellat jew modifikat biex jirrifletti din il-wegħda? Liema huma s-siti alternattivi li qed jiġu kkunsidrati għall-użu ta' Ħal Far Model Flying Association? Liema huma l-partijiet ikkonċernati li qed jiġu kkonsultati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-istqarijiet maħruga kemm mil-Gvern kien wkoll mill-Indis.

Bormla – Ħruġ ta’ tender għal car park

Question

Billi kien hemm il-pjan illi terġa’ toħroġ tender għal car park fl-inħawi ta’ quddiem l-Iskola Primarja ta’ Bormla, u billi wara diversi snin din it-tender għadha ma ħarġitx, jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta hemm il-ħsieb li toħroġ din it-tender? Fl-eventwalità li kien hemm ripensament u dan il-proġett ġie skartat, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal għal dan?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ħal Qormi – Triq l-Għargħar 1979 – Proġett tal-ġnien

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 262, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x’qiegħed jikkawża d-dewmien fil-proġett tal-ġnien fi Triq l-Għargħar 1979 f’Ħal Qormi? Jista’ jagħti indikazzjoni ta’ meta hu mistenni li jitlesta?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Oonor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.