Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #8929 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Sistema edukattiva – professjonisti li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw professjonisti psikosoċjali mis-sistema edukattiva fl-aħħar sentejn (social workers, counsellors, career guidance, psychologists, prefect of disciplines eċċ)?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella t'hawn taħt: Riżenji Professjonisti 2017 2018 Social Workers 2 2 Social Support Workers 1 0 Psychologists 0 2 Clinical Psychologist 0 1 Assistant Psychologist 1 2 Principal Counsellors 0 0 Senior Counsellors 0 0 Trainee Counsellors 1 2 Principal Career Advisors 0 1 Trainee Career Advisors 0 3 Prefect of Disciplines 0 0 (Korrezzjoni: Ara dokument PL 2959 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f''Seduta 201, tat-Tnejn 25 ta' Frar 2019)
Leg 13 PQ #8930 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Wied il-Għajn – skola ġdida — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-iskola l-ġdida ta’ Wied il-Għajn?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istima tal-proġett hi ta' €6.2 miljuni, madankollu bħalissa għadhom qegħdin isiru l-kontijiet finali.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – użu ta’ private jet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li qatt m’għamilt użu personali minn private jet, għajr li fl-2017 akkumpanjajt lill-Prim Ministru fit-titjira lejn Brussell għat-Tripartite Social Summit, waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ministri. Dwar l-ispiża nitlob lill-Onorevoli interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Studenti li rrepetew sena u għandhom stipendju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ studenti li fl-aħħar snin irrepetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-istipendju xorta? X’kienet l-ispiża totali fuq din il-miżura?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li t-tagħrif mitlub hu kif muri fit-tabella t'hawn taħt: Sena akkademika Numru ta' studenti f'istituzzjonijiet edukattivi varji Spiża totali 2013/2014 1,043 €421,774.00 2014/2015 1,031 €702,320.00 2015/2016 976 €736,728.00 2016/2017 848 €598,082.00 2017/2018 934 €510,716.00 2018/2019 651* (sal-31 ta' Jannar 2019) €146,340.00 * Din hija informazzjoni proviżorja miġbura sad-data ta' din il-mistoqsija parlamentari fejn sa issa tħallsu tliet stipendji tas-sena akkademika 2018/9. Is-somma totali kemm ta' studenti u kif ukoll in-nefqa ser tiżdied sal-aħħar tas-sena peress li hemm numru ta' applikazjonijiet li qed ikunu proċessati filwaqt illi fadal studenti li jridu japplikaw għall-għotjiet ta' manteniment lill-istudenti. Noti: Peress li l-istudenti li jirrepetu sena fil-kors tagħhom jitħallsu skont il-klassifikazzjoni tal-kors u skont il-kategoriji stabbiliti abbażi tas-sigħat li jattendu, numru akbar ta' studenti mhux bilfors jikkorrispondi għal nefqa akbar għax din tiddependi fuq il-klassifikazzjonijiet msemmija. Studenti li qegħdin jagħmlu sena addizzjonali mhumiex inklużi fl-informazzjoni mogħtija.

Persuni b’diżabilità fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ persuni b'diżabilità li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni b'diżabilità li kienu jaħdmu mill-2013 sa Ottubru 2018, maqsuma sena b`sena, kien ta’: Snin Persuni b’di ż abilità li kienu jaħdmu Diċembru 2013 1,797 Diċembru 2014 2,007 Diċembru 2015 2,318 Diċembru 2016 2,850 Diċembru 2017 3,499 Ottubru 2018 3,508
Leg 13 PQ #8767 Sitting 196 2019-02-12 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Għalliema irtirati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati għalliema irtirati minn Settembru 2018 sa Jannar 2019 u f'liema suġġetti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-MEDE impjega sitt għalliema irtirati: ħamsa għall-Inġliż u wieħed għal Design & Technology. Hemm ukoll ħames għalliema irtirati oħra li għalkemm mhux impjegati mal-MEDE, ngħataw contract for service.
Leg 13 PQ #8768 Sitting 196 2019-02-12 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Prefect of Discipline – kulleġġ statali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Prefect of Discipline f’kull kulleġġ statali fil-preżent?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li hemm ħames Kapijiet ta' Dipartiment tal-Prefett tad-Dixxiplina li qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom f’ħames kulleġġi.
Leg 13 PQ #8800 Sitting 196 2019-02-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Malta Racing Club — kunsill

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ma ħatarx il-Kunsill tal-Marsa Racing club għas-sena 2019?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dan il-Kunsill inħatar b'seħħ mill-1 ta' Jannar, 2019 u ġie mħabbar fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta' Jannar, 2019.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8553 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. interpellant li t-tagħrif mitlub f’mistoqsija parlamentari 8553 għadu qed jinġabar.

Child care centres b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu t-tfal li bbenefikaw mis-servizzi b’xejn ta’ child care li beda joffri l-Gvern fl-1 ta’ April 2014 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? X’kienet in-nefqa fl-istess perjodu fuq din il-miżura? Kemm hemm ċentri li qed jieħdu sehem bħalissa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019 (mill-1 sal-31 ta’ Jannar), in-numru ta’ tfal li bbenefikaw mill-Free Childcare Scheme huwa kif muri f’din it-tabella: Sena Perjodu Nru. ta’ tfal li bdew f’kull sena rispettiva Nru. Totali ta’ tfal li bbenefikaw f’kull sena rispettiva Spiża (€ miljuni) 2014 1 Apr - 31 Dec 3,856 3,856 5.2 2015 1 Jan - 31 Dec 2,843 5,852 10.0 2016 1 Jan - 31 Dec 2,767 5,335 12.6 2017 1 Jan – 31 Dec 3,025 5,939 15.6 2018 1 Jan – 31 Dec 3,343 6,737 20.47 2019 1 Jan – 31 Jan 284 4,454 2.02 Rigward il-figuri murija fir-raba’ kolonna, dawn in-numri jinkludu n-numru ta’ tfal li bdew f’dik is-sena, kif ukoll tfal li baqgħu jattendu mis-sena/snin ta’ qabel. Bħalissa hemm 130 ċentru li qed jieħdu sehem f’din l-iskema.

Servizz ta’ trasport tat-tfal u tal-kolazzjoni nutrittiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-istudenti li qed jibbenefikaw mis-servizz fejn jitwasslu siegħa qabel il-ftuħ tal-iskola u jingħataw kolazzjoni nutrittiv li beda joffri l-gvern mill-1 ta’ April 2014? X’kienet in-nefqa sena b’sena fuq din il-miżura?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li mill-bidu tal-ftuħ tas-Servizz tal-Breakfast Club, in-numru ta’ studenti li bbenefikaw minn dan is-servizz huwa kif se nsemmi: fis-sena skolastika 2014-2015 ibbenefikaw 2,433 student, fis-sena skolastika 2015-2016 ibbenefikaw 3,362 student, fis-sena skolastika 2016-2017 ibbenefikaw 4,420 student, fis-sena skolastika 2017-2018 ibbenefikaw 5,780 student u fis-sena skolastika 2018-2019 (sa Jannar 2019) ibbenefikaw 5,680 student. In-nefqa tal-Breakfast Club minn April 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2018 kienet ta’ €3,864,806.40. Din tinkludi ħlasijiet lill-Breakfast Coordinators, ħlasijiet lill-edukaturi u ħaddiema li jagħmlu superviżjoni waqt il-Breakfast Club, kif ukoll ix-xiri tal-prodotti għall-Breakfast Club, kif muri f’din it-tabella: Sena Skolastika Nefqa 2014-2015 €438,988.52 2015-2016 €685,522.32 2016-2017 €965,939.45 2017-2018 €1,119,383.22 2018-2019 (sa Diċembru 2018) €192,323.38 Tqassim ta’ Fondi lill-iskejjel minn April 2014 sa Diċembru 2018 €462,649.51 Total €3,864,806.40

Attendenza minn studenti li attendew għall-klassijiet ta’ reviżjoni tas-SEC

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm b’kollox studenti li attendew għall-klassijiet ta’ reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC sa minn meta dawn bdew ikunu organizzati, sena b’sena? Kemm minn dawn l-istudenti qagħdu għall-eżamijiet? Kemm minnhom għaddew mill-eżamijiet li qagħdu għalihom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. interpellant li d-dettalji kollha rigward il-klassijiet ta’ reviżjoni tas-SEC sena b’sena jinsabu fit-tabelli t’hawn taħt: 2014 Suġġett Qagħdu għall-eżamijiet Għaddew mill-eżamijiet (ġabu 4/5) Malti 223 53.9% Ingliż 298 21.8% Matematika 375 63.7% Fiżika 196 60.7% 2014 (l-ewwel sena tal-klassijiet tar-Reviżjoni): Numru ta’ persuni li attendew - 551 2015 Suġġett Qagħdu għall-eżamijiet Għaddew mill-eżamijiet (ġabu 4/5) Malti 224 36.2% Ingliż 301 39.5% Matematika 349 24.9% Fiżika 160 24.4% 2015: Numru ta’ persuni li attendew - 777 2016 Suġġett Qagħdu għall-eżamijiet Għaddew mill-eżamijiet (ġabu 4/5) Malti 339 46.2% Ingliż 371 32.5% Matematika 486 20.0% Fiżika 190 22.1% 2016: Numru ta’ persuni li attendew - 770 2017 Suġġett Qagħdu għall-eżamijiet Għaddew mill-eżamijiet (ġabu 4/5) Malti 215 34.88% Ingliż 243 45.68% Matematika 382 40.31% Fiżika 179 34.08% Bioloġija 59 23.73% 2017: Numru ta’ persuni li attendew - 553 2018 Suġġett Qagħdu għall-eżamijiet Għaddew mill-eżamijiet (ġabu 4/5) Malti 263 36.89% Ingliż 205 15.61% Matematika 364 39.56% Fiżika 187 23.00% Bioloġija 58 29.31% 2018: Numru ta’ persuni li attendew - 588

Nefqa fl-istipendji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa fuq l-istipendji bejn l-2013 u llum, sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xiri ta’ kotba għall-iskejjel u libreriji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-numru ta’ kotba li nxtraw għall-iskejjel u libreriji mill-2013 ‘l hawn u l-ispiża involuta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu xtrat dawn l-ammonti ta’ kotba u nefqet dawn l-ispejjeż minn meta twaqqfet fl-2014 sal-aħħar tal-2018: Sena Numru ta' kotba Spiża 2015 9747 €90,127 2016 50,000 €340,000 2017 99,878 €456,554 2018 57,912 €299,430 Total : 217,537 €1,186,111 Infurmat ukoll li n-numru ta’ kotba li nxtraw minn Malta Libraries għall-iskejjel u libreriji u l-ispiża involuta huma kif muri f’din it-tabella: Sena Tip ta’ ktieb Numru ta’ kotba Spiża 2013 Kotba 9,591 €68,990 2014 Kotba 11,254 €82,695 2015 Kotba 12,064 €77,525.02 EBooks 465 €5,825.75 Total 12,529 €83,350.77 2016 Kotba 11,301 €81,545.76 EBooks 390 €6,113.00 Total 11,691 €87,658.76 2017 Kotba 11,990 €81,251.56 EBooks 139 €1,795.81 Total 12,129 €83,047.37 2018 Kotba 10,569 €58,992.95 EBooks 988 €26,960.04 Total 11,557 €85,952.99

Nisa li daħlu fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ nisa li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol mill-2013 sal-lum, sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ nisa li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol mill-2013 sal-2018 sena b’sena huwa kif muri fit-tabella hawn taħt. Dawn iċ-ċifri jinkludu dawk in-nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba u dawk li reġgħu rritornaw fid-dinja tax-xogħol wara ħames (5) snin jew aktar. Sena Nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba Nisa li reġgħu rritornaw fid-dinja tax-xogħol wara 5 snin jew aktar Total 2013 6,072 1,353 7,425 2014 7,217 1,653 8,870 2015 7,718 1,662 9,380 2016 8,968 1,678 10,646 2017 9,473 1,710 11,183 2018 10,212 1,454 11,666
Leg 13 PQ #8761 Sitting 195 2019-02-11 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Bini ta’ skejjel ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel ġodda li huma mistennija li jkunu mibnija f’din il-leġiżlatura 2017 -2022?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-iskejjel ġodda li bnejna jew se nibnu matul din il-leġiżlatura huma: · Skola Primarja f'Marsaskala (li nfetħet fl-aħħar jiem) · Skola Primarja fil-Qawra · Skola Primarja fir-Rabat, Għawdex Se nkunu qegħdin nibnu wkoll Skola Primarja ġdida fl-Imsida, izda t-timeframes ta' dan il-proġett jistgħu jkunu determinati biss meta jinħarġu l-permessi neċessarji mill-Awtorità għall-Ippjanar. L-Awtorità skedat il-binja eżistenti u l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada (FTS) appellat minn din id-deċiżjoni. L-appell għadu jrid ikun deċiż. Apparti minn hekk qegħdin nagħmlu investimenti kbar fi skejjel oħrajn bħal: · il-bini ta' estensjoni fl-Iskola Primarja ta' Pembroke, liema estensjoni tlestiet fis-sena skolastika li għaddiet; · il-ħolqien ta' Vocational Education Labs fis- Senior Schools kollha; u · il-bini ta' estensjonijiet fl-Iskejjel Sekondarji tar-Rabat Għawdex, l-Imrieħel, iż-Żejtun u Santa Luċija, kif ukoll fl-Iskejjel Primarji tar-Rabat Malta, Ħal Għaxaq u n-Nadur. F'din il-leġiżlatura se nkunu qegħdin nagħmlu wkoll rinovazzjoni estensiva tal-Iskola Primarja ta' Ħal Qormi (San Ġorġ). Minkejja li dan il-proġett ma jinvolvix il-bini ta' skola ġdida, l-Iskola Primarja ta' Ħal Qormi, li se tibqa' fil-binja storika eżistenti, se tkun prattikament skola kompletament ġdida.
Leg 13 PQ #8762 Sitting 195 2019-02-11 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skola tal-Qawra — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tibda tilqa’ l-ewwel student fiha l-iskola l-ġdida tal-Qawra li ilha mħabbra mill-2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-Iskola Primarja fil-Qawra se tkun f'pożizzjoni li tilqa' l-ewwel studenti fiha f'Settembru 2019.
Leg 13 PQ #8763 Sitting 195 2019-02-11 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

San Pawl il-Baħar – skola primarja

Question

Wara li l-istatistika nazzjonali qed turi li l-popolazzjoni ta’ San Pawl il-Baħar kibret b’madwar 25% fl-aħħar tliet snin li jfisser li l-popolazzjoni tal-lokal issa telgħet għal madwar 26,000 ruħ, jista’ l-Ministru jgħid kif il-politika ġenerali tal-Gvern ta’ tkabbir tal-popolazzjoni bla pjan qed taffetwa l-operat tal-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar? B’kemm żdidet il-popolazzjoni tal-Iskola ta’ San Pawl il-Baħar? Kemm hi l-popolazzjoni tal-iskola llum? Kif jaqbel dan mal-politika tal-Gvern li ried skejjel iżgħar u mhux akbar? Huwa minnu li l-Iskola ta’ San Pawl il-Baħar ma tiflaħx għal dan l-influss? Kemm hemm klassijiet nieqsa biex jakkomodaw lil dawn l-istudenti? Kemm hemm containers/mobile class rooms fl-Iskola ta’ San Pawl u kemm qed jakkomodaw studenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nikkonfermaw li l-popolazzjoni ta’ San Pawl il-Baħar żdiedet sew f’dawn l-aħħar snin. Huwa importanti li jiġi nnutat li din il-popolazzjoni tiġbor il-firxa tal-lokalitajiet minn Burmarrad sax-Xemxija u mill-Wardija sa Bugibba u l-Qawra. Għalhekk ġie deċiż minn snin qabel li tinbena l-iskola tal-Qawra għal dan il-għan. Illum fil-binja tal-iskola tal-iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar fi ħdan il-Kulleġġ Mara Reġina hemm 1084 student. Ta’ min wieħed jinnota li ma’ dawn l-istudenti hemm 106 studenti oħra minn dan il-lokal li qegħdin jattendu l-iskola Primarja ta’ Ħal Għargħur u 103 oħra qegħdin jattendu n-Naxxar Induction Hub biex jiskbu kompetenza fil-kommunikattiva fl-Ingliż u l-Malti. Jiġifieri f’din is-sena skolastika 2018/2019 minn San Pawl il-Baħar hemm b’kollox 1293 student kif indikat hawn taħt: 2013-14: 877 2014-15: 971 2015-16: 957 2016-17: 1053 2017-18: 1008 2018-19: 1084 + 106 (Kulleġġ Maria Reġina, Primarja Għargħur) + 103 (Kulleġġ Maria Reġina, Naxxar Induction Hub) = 1293 Il-politika tal-Gvern li jkun hemm skejjel żgħar ġiet segwita meta ttieħdet id-deċiżjoni skont il-pjan li tinbena l-iskola Primarja tal-Qawra li se tiftaħ fis-sena skolastika li ġejja (2019-20). M’hemm l-ebda klassi nieqsa għaliex l-istudenti li f’das-sentejn li għaddew kellhom bżonn l-għajnuna fil-kompetenza tal-kommunikattiva, l-ewwel bdew fin-Naxxar Induction Hub u wara ġew integrati fl-iskola tal-istess Kulleġġ, il-Primarja ta’ Ħal Għargħur. Min-naħa l-oħra sakemm titlesta l-iskola fuq is-sit tal-Qawra, ġew miżjuda mal-binja tal-iskola ta’ San Pawl il-Baħar ammont ta’ pre-fabricated classrooms biex iwieġbu għad-domanda ta’ żjieda ta’ studenti f’din l-iskola. Pre-fabricated classrooms hemm 12 jilqgħu fihom madwar 110 student li x’uħud minnhom huma klassijiet normali (Home Classes) u oħrajn huma utilizzati għal lezzjonijiet bħal PSCD, laqgħat mal-Guidance teachers, eċċ. Dawn ilhom jintużaw għal dawn l-aħħar erba’ snin skolastiċi.
Leg 13 PQ #8764 Sitting 195 2019-02-11 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skola Sekondarja taż-Żejtun – bini ta’ sular ieħor

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li anke fil-bini ta’ sular ieħor fl-Iskola Sekondarja taż-Żejtun waqa’ lura l-Gvern? Kemm hemm tfal f’din l-iskola? Kemm żdiedu fl-aħħar tliet snin? Jista’ jgħid jekk hux minnu li anke hawn qed jintużaw containers/mobile classrooms? Kemm se jakkomodaw studenti? Jista’ jikkonferma li anke hawn hemm nuqqas ta’ spazju li qed jinħoloq minħabba l-politika ġenerali tal-Gvern ta’ tkabbir tal-popolazzjoni bla pjan?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Jidher li l-mistoqsijiet tal-Onorevoli Interpellant huma bbażati fuq rapporti skorretti li dehru f'xi mezzi tax-xandir fl-aħħar jiem. Il-proċess biex jinbena sular addizzjonali fl-Iskola Sekondarja taż-Żejtun inbeda u qiegħed miexi skont kif ippjanat. Fil-mument, mhumiex qegħdin jintużaw mobile classrooms ġo din l-iskola. Biss dawn huma ppjanati li jintużaw waqt li jkun qiegħed isir xogħol ta’ kostruzzjoni fuq il-bini eżistenti. Il-qies ta’ dawn il-mobile classrooms huwa simili għal dak tal-klassijiet eżistenti f’din l-iskola u għalhekk jakkomodaw l-istess numru ta’ studenti. Iż-żieda fis-suġġetti mgħallma fl-iskola fil-preżent, kif ukoll is-servizzi addizzjonali li qegħdin ikunu offruti lill-istudenti, kienu r-raġunijiet għaliex inħasset il-ħtieġa li jinbnew sulari addizzjonali f’din l-iskola. In-numru ta’ studenti li jattendu/attendew l-Iskola Sekondarja taż-Żejtun f’dawn l-aħħar snin huwa kif se nsemmi: · 2015/16 640 student · 2016/17 680 student · 2017/18 756 student Dawn il-figuri juru żieda ta' madwar 18% u għalhekk il-Gvern ħa r-responsabbiltà li jagħmel estensjoni tal-iskola biex ikun jista' jagħti edukazzjoni xierqa lil aktar studenti. Kif ingħad diġà, il-bini ta' estensjoni kif ukoll ir-rinovar tal-Iskola Sekondarja fiż-Żejtun se jsir skont kif skedat. Il-portable cabins (jew klassijiet mobbli) se jintużaw temporanjament sakemm isiru x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni u rinovar fuq żewġ blokkijiet f'din l-iskola. Il-klassijiet mobbli huma attrezzati bil-faċilitajiet kollha daqs l-aqwa klassijiet. Il-klassijiet mobbli jinkludu: · sistema tal-elettriku, inkluż electrical control panel , power points, internet points u dawl artifiċjali abjad, · arja kondizzjonata; · żewġ twieqi f'kull klassi li jistgħu jinfetħu u bi ħġieġ double glazed , kompluti b' roller blinds u insect screens ; · emergency light għal kull klassi u toilet ; · fire alarm system f'kull klassi sabiex jintlaħqu Standards Ewropej; · il-materjal tal-klassi jrid ikun fire safety compliant għal Standards Ewropej; · il-ħxuna tal-ħitan tkun 50mm, bil-kulur taż-żebgħa fuq barra tintagħżel mill-Perit responsabbli (kif ukoll mill-FTS u l-MEDE); · l-art tkun miksija jew b'materjal PVC jew heavy duty Viny l , liema materjal ikun deċiż mill-Perit (kif ukoll mill-FTS u l-MEDE); u · t- toilets ikunu kompluti bl-aċċessorji kollha, inkluż bis-servizzi kollha tal-ilma u d-drenaġġ, kif ukoll b'tieqa li tista' tinfetaħ bi ħġieġ frosted , b'sink taċ-ċeramika, bi flushing , b' water heater , u b' emergency light . Kull klassi tkun armata bl-apparat kollu neċessarju għat-tagħlim, bħal kwalunkwe klassi oħra. L-għalliema jkunu jistgħu jattrezzaw il-klassijiet bi kwalunkwe materjal li jużaw fil-klassijiet 'normali'.
Leg 13 PQ #8765 Sitting 195 2019-02-11 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Unjoni tal-Għalliema – taħditiet fuq bidliet tal-Att tal-Edukazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħditiet fuq il-bidliet fl-Att tal-Edukazzjoni, li kienu ġew irtirati mill-Gvern wara protesti kbar mill-Union tal-Għalliema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru bħalissa qiegħed f’diskussjonijiet mal-partijiet konċernati sabiex isiru t-tibdiliet meħtieġa fl-Att tal-Edukazzjoni.