Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4327 u tgħid kemm alloka fondi mill-baġit għal skopijiet ta' safar kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha matul dawn l-aħħar tliet snin? Min għamel użu minn dawn il-fondi minn kull dipartiment persuna b'persuna, u sena b'sena? Fejn kienet kull mawra? Kemm damet kull mawra? Kemm swiet kull mawra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4326 u tgħid kemm saru kilometri ta' ivjaġġar minn impjegati tal-Gvern li huma intitolati li jkollhom il-log book u b'numru fiss ta' kilometri li jistgħu jitħallsu tagħhom, kull xahar, matul dawn l-aħħar ħames snin xahar b'xahar? X'inhi r-rata tal-ħlas? Min jiffissa din ir-rata ta' kilometri għal kull persuna u fuq liema bażi? Kemm kien il-ħlas globali xahar b'xahar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4326. Fir-rigward tal-MCAST m’hemmx impjegati li huma intitolati għal numru fiss ta’ kilometri.
Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li ser jinbena sular ieħor fuq il-
Junior College
, Msida? X'jikkonsisti dan il-proġett ? Meta mistenni li jibda ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ser jinbnew żewġ sulari fuq it-tnejn eżistenti fil-Junior College. Dan bil-għajnuna finanzjarja mill-ERDF ta’ € 1,500,000. Il-binja ser tikber b’erbgħin klassi, swali tat-tagħlim u kmamar oħra. L-estensjoni ser tkun attrezzata b’lifts u b’faċilitajiet għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Dawn ix-xogħolijiet mistennija jibdew f’Gunju ta’ l-2009.
Tista' l-Ministru tara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu indirizzati u solvuti l-problemi li qed iżommu lit-tifla li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, milli tattendi l-iskola? Din għandha kundizzjonijiet partikulari u li kienet sejra tajjeb ħafna sakemm kellha magħha lil Learning Support Assistant imħarrġa apposta għall-kundizzjoni tagħha u li anki kienet tmurilha d-dar volontarjament biex tkompli magħha.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Passi fir-rigward ta’ dan il-każ diġa bdew jittieħdu. L-istudenta inbidlietilha l-LSA li kellha is-sena l-oħra peress li t-tifla bidlet l-iskola minn Primarja għas-Sekondarja. L-iskola ġiet mogħtija parir biex tirreferi il-każ lis-Psycho-Social Services biex dawn ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna kollha meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2009 s'issa kemm kien hemm Learning Support Assistants li ġew trasferiti minn skola għall-oħra u ma baqgħux mat-tfal li magħhom bdew is-sena skolastika? Għaliex ġew trasferiti? Tqis l-effett ta' dan it-tħarbit fuq it-tfal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ Learning Support Assistants li ġew trasferiti minn skola għall-oħra matul is-sena 2009 jammonta għal ħdax (11).
Minn dawn, erba’ kienu trasferimenti temporanji, jiġifieri li jinvolvi trasferiment fi skola oħra sa l-aħħar tas-sena skolastika. Dawn it-tip ta’ trasferimenti jinvolvu ġeneralment
LSAs
nisa li jidħlu lura għad-doveri tagħhom wara li jtemmu l-
Maternity
jew
Parental Leave
li jkunu hadu. Dawn ma jkollomx studenti taħt il-ħarsien tagħhom minħabba l-assenza tagħhom mill-iskola għal perjodu determinat u posthom ikun ingħata lil ħaddieħor.
Is-sebgħa l-oħra kienu jinvolvu
LSAs
li talbu li jiġu trasferiti minħabba raġunijiet umanitarji jew għax kienu żejda (
redundant
) fi skejjel mingħajr studenti taħt il-ħarsien tagħhom. Sar kull sforz possibbli sabiex jiġi evitat jew jitnaqqas l-effett tal-bidla tal-
LSA
fuq it-tfal taħt il-ħarsien taghhom fejn kien il-każ.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm Learning Support Assistants mat-tfal fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex? Kemm minnhom huma ma' tifel/tifla waħda? Kemm minnhom huma ma' iżjed tfal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ Learning Support Assistants li jgħinu lit-tfal fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex jammonta għal 1283.
Dawk l-istudenti li ġew
statemented Full-Time
1-1 jew
Full-Time
u/jew indikati mill-kapijiet tal-iskola li jinħtieġu attenzjoni individwali jammontaw għal 684.
Għalhekk 684
Learning Support Assistant
huma ma’ tifel/tifla waħda.
Il-bqija, jiġifieri 599 għandhom bejn żewġ u tlett studenti kull wieħed/waħda taħt il-ħarsien tagħhom.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa meqjus li hemm bżonn Learning Support Assisants biex ikunu moqdija dawk is-756 tifel u tifla li qed jistennew biex jingħataw għajnuna fl-iskejjel? Se jidaħħlu Learning Support Assisants ġodda jew se jitqassmu ma' dawk li diġà hemm?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ Learning Support Assistants li jkun hemm bżonn biex jiġu moqdija is-756 tifel u tifla li qed jistennew li jingħataw support fl-iskola ma jistax jiġi determinat bil quddiem.
L-ewwelnett mhux bilfors li kull student/a li jitressaq quddiem l-
Istatementig Board
se jiġi aċċettat li jkollu bżonn għajnuna ta’
LSA
. It-tieni, tfal li jiġu
statemented
jingħataw waħda minn erba’ kategoriji ta’
support
li huma:
Full Time 1 to 1
,
Full Time
,
Shared Same Class
, u
Shared
. Dawn il-kategoriji jirrikjedu minn wieħed sa tlett studenti ma’ kull
LSA
.
Bħal issa d-Direttorat qiegħed jimpjega numru ta’
LSAs
ġodda min fuq il-lista ta’ kandidtati li ġew magħżula wara
interview
minn Bord ta’ Għażla. Dawn l-
LSAs
qegħdin jintbagħtu fi skejjel diversi fejn hemm tfal li ġew
statemented
dan l-aħħar u għad ma għandhomx min jieħu ħsiebhom.
Ovvjament fejn jinqalgħu każi ta’
LSAs
li huma żejda għax għal xi raġuni ma jibqgħax ikollhom student/a taħt il-ħarsien tagħhom, dawn ikunu jridu jiġu indirizzati.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni adulti li jieħdu ħsieb tfal b'diżabilità jew b'diffikultajiet tat-tagħlim fl-iskejjel statali f'Malta u f'Għawdex u x'inuhma l-kwalifiki tagħhom? Kif ġew reklutati, kemm ilhom reklutati u x'tip ta' kuntratt għandhom mad-Direttorati tal-Edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ persuni li jieħdu ħsieb tfal b’diżabilità jew diffikultajiet ta’ tagħlim fl-iskejjel statali f’Malta u Għawdex jammonta ghal 1283.
Minn dawn, 1163 jinsabu fi skejjel f’Malta waqt li 120 jaħdmu fi skejjel f’Għawdex.
Dwar kwalifiki, 320 minnhom għandhom Diploma Universitarja fl-Edukazzjoni Inklussiva.
Hemm 633 li akkwistaw Ċertifikat ta’ Attendenza f’kors organizzat mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li jħarreġ
LSAs
dwar sapport lill-studenti li għandhom bżonnijiet edukattivi individwali.
Mis-sena 1998 sal-lum is-
Supply Learning Support Assistants
kollha li ġew impjegati għandhom mill-inqas suġġett wieħed fil-livell avanzat.
Sitta u tmenin (86) minnhom għandhom żewġ suġġetti fil-livell avanzat.
Dawn il-
LSAs
ġew reklutati wara li sarilhom interview minn Bord ta’ l-Għażla.
It-tabella hawn taħt turi kemm ġew rekluati
LSAs
mill-1977 sal-lum.
Sena
Numru ta’ LSAs reklutati
Bejn l-1977 u 1999
176
2000
19
2001
31
2002
55
2003
285
2004
177
2005
131
2006
109
2007
125
2008
156
Total
1264
Fis-sena 2009, s’issa ġew impjegati 19-il
Supply Learning Support Assistant
.
Learning Support Assistants
li għandhom grad ta’
Supply
u dawk bi grad ta’
Kindergarten Assistant Part Time
għandhom kuntratt ta’ tip temporanju (mhux regolari).
Dawk l-
LSAs
li għandhom gradi ta’
LSA
2,
LSA
,
KA (Special Education)
u
KA
huma impjegati fuq bażi permanenti u jitqiesu bħala regolari.
Department of Technology in Education — complement
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-complement dettaljat tal-ħaddiema kollha, peripatetic teachers, u staff ieħor li jaqgħu taht id-Department of Technology in Education?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fid-Direttorat ta’ l-Edukazzjoni m’hemm l-ebda Department of Technology in Education. Dan id-Department sar parti mill-Curriculum Management and eLearning Department.
Il-
complement
ta’ l-
istaff
hu:
Numru
Noti
Education Officers
2
Heads of Department
2
Once weekly at Centre
Support Teachers
15
Peripatetic Teachers
23
Principal
1
Executive Officer
1
On reduced Hours
Clerk
1
Technical Officers
4
General Hands
2
1 Driver / 1 Messagier
Charwoman
1
Fiċ-Ċentru tad-
Design and Technology
in-Naxxar li jaqa’ wkoll fi ħdan id-Dipartiment tal-Kurrikulu u
eLearning
hemm ħaddiema kif indikat hawn taħt:
Numru
Education Officer
1
Support Teachers
8
Skills Teachers
2
Technician
1
Part Time Clerk
1
Acting Store Keeper/Clerk
1
Messengers
2
Charwoman
1
Persuni ta' 16-il sena — school leaving certificate
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 8385 u tgħid kemm-il persuna għalqet is-16-il sena matul is-sena 2008 u baqgħet ma ngħatatx school leaving certificate? Naqas dan in-numru meta mqabbel mas-snin skolastiċi mgħoddija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ persuni li għalqu s-16-il sena matul l-2008 u li baqgħu ma ngħatawx school leaving certificate kien hekk:
Skejjel tal-Gvern 239
Skejjel tal-Knisja 2
Skejjel Indipendenti 5
Mqabbel mas-snin ta’ qabel, dan in-numru żdied marġinalment.
Studenti jistennew xogħol bħala Kindergarten Assistants
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'ġara mill-applikazzjonijiet ta' dawk li temmew il-kors tal-MCAST Diploma in Early Years u f'Awwissu li għada wieġbu għas-sejħa biex bħala Kindergarten Assisstants 2 u sal-lum ir-riżultat tal-interview għadu ma ħariġx u dawn iż-żgħażagħ għadhom jistennew biex jidħlu jaħdmu bħala Kindergarten Assistants waqt li mill-Education qed iċemplu biex jirreklutaw Kindergarten Assistants irtirati biex jerġgħu jidħlu jaħdmu u jkollhom klassi? Taħseb li hu sew li ż-żgħażagħ jibqgħu jistennew għax-xogħol meta hemm bżonnhom? U r-riżultat tal-interview xi jsir minnu jekk jibqa' ma joħroġx?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-riżultati tal-Kindergarten Assistants II ħarġu u dawk li għaddew u aċċettaw l-impjieg ġew impjegati.
Tista' l-Ministru tgħid mill-bidu tas-sena, istitut istitut fl-MCAST, kemm saru laqgħat għall-istaff akkademiku fejn kellhom ċans jiddiskutu problemi u żviluppi mad-diretturi tagħhom? X'passi ttieħdu dwar diretturi bħala dak tal-ITC institute, li sabu ħafna skużi biex ilaqqgħu lill-istaff għal dawn it-tip ta' laqgħat li jekk ikunu miftuħa u sinċiera, jitmexxew tajjeb u jkun hemm il-follow up meħtieġ, iservu żgur biex l-MCAST jeduka aħjar liż-żgħażagħ studenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mill-bidu tas-sena akkademika 2008-2009, inżammu dawn il-laqgħat għall-istaff fuq bażi ta’ istituti individwali, kif jidher hawn taħt:
Arti u Disinn 8
staff meetings
u 2
seminars
Studji Marittimi 4
staff meetings
ICT 6
staff meetings
Bini u Kostruzzjoni 10
staff meetings
Negozju u Kummerċ 11
staff meetings
Agribusiness
6
staff meetings
Inġinerija Mekkanika 9
staff meetings
Gozo Centre
7
staff meetings
Servizzi Komunitarji 10
staff meetings
Inġinerija Elettronika 10
staff meetings
Isir kull sforz biex laqgħat ma’ l-istaff ta’ kull istitut jinżammu b’mod regolari matul is-sena akkademika.
Isiru wkoll diversi laqgħat bejn id-Direttur u d-Deputati ta’ kull istitut individwalment filwaqt li l-Prinċipal jiltaqa’ b’mod regolari ma’ l-istaff tad-diversi istituti kull nhar ta’ Erbgħa fl-istitut stess.
Tista' l-Ministru tgħid x'qed tagħmel l-amministrazzjoni tal-MCAST biex tiżgura li d-diretturi jqassmu x-xogħol lil-lecturers tagħhom bis-sens u jagħtuhom jgħallmu korsijiet li tassew ikunu preparati għalihom kemm bħala kontenut kif ukoll bħala livell biex ma jiġrix bħal dak li ġara fl-istitut tal-ICT meta d-direttur għat-tieni semester qassam ix-xogħol lil-lecturers f'oqsma u f'livell mhux ippreparati għalihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST għandha policy ċara ħafna dwar it-tqassim tal-lezzjonijiet f’kull Istitut tagħha. Meta jsir tqassim ta’ korsijiet, jittieħdu fil-kunsiderazzjoni kemm l-abilitajiet u t-tħejjija akkademika tal-lecturers konċernati, kif wkoll ix-xogħol kollu li l-istess lecturers ikunu jridu jwettqu għal semestru sħiħ. Isir wkoll tnaqqis fit-teaching load ta’ kull ġimgħa meta jirriżulta, matul il-fażi tal-ippjanar tat-timetable, li l-lecturer ikun ser jgħallem xi suġġett ġdid.
Università — staff akkademiku - ftehim kollettiv ġdid
Question
Tista' l-Ministru tgħid issa li ġie ffirmat il-ftehim kollettiv ġdid tal-istaff akkademiku tal-Università, xi pjani hemm biex isiru evening courses fil-livell ta' grad universitarju? F'liema oqsma u meta hemm il-ħsieb li jibdew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Barra mill-korsijiet ta’ filgħaxija li l-Universita’ toffri kull sena f’oqsma li jinkludu Storja, Traduzzjoni, Kummerċ, Management, Marketing, Studji Politiċi, Ekonomija, Inclusive Education, Youth Studies, Inġinerija, Servizzi Finanzjarji, Kimika Applikata, Teoloġija, Islands and Small States, Environmental Science, Gerontology u Geriatrics, ICT, Library Studies, Liġi, European Studies, Mediċina, Creativity and Innovation, f’Ottubru 2009 huwa ppjanat li jintlaqgħu applikazzjonijiet għal korsijiet ġodda fil-livelli ta’ Bachelor u Master f’dawn l-oqsma:
Early Childhood Education and Care
Social Work u Social Policy
Qiegħed isir xogħol ukoll biex jibdew korsijiet f’dawn l-oqsma:
Canon Law u Jurisprudence
Family Ministry
Pastoral Youth Work
Barra minn hekk, ser isiru xi korsijiet fil-livelli ta’ Bachelor u Master f’Għawdex li qabel kienu jsiru f’Malta f’dawn l-oqsma:
Criminology
Contemporary European Philosophy
Mediterranean Historical Studies
Youth and community Studies
Tista' l-Ministru tgħid x'passi ħadet s'issa l-Kummisjoni għall-Edukazzjoni Ogħla biex tiżgura li dawk l-istituzzjonijiet privati lokali, b'kuntatti ma' universitajiet barranin, qed joffru korsijiet tassew ta' livell tajjeb u ma jwebblux studenti lokali li qed jagħtuhom korsijiet professjonali li jwasslu għal impjieg lokali meta dan mhux il-kaz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Filwaqt li l-funzjoni ewlenija tal-Kummissjoni għall-Edukazzjoni Ogħla skont l-Att dwar l-Edukazzjoni hi li tagħti pariri lill-Ministru tal-Edukazzjoni, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni żżomm reġistru t’entitajiet privati li joffru kwalifiki ta’ Universitajiet barranin.
Bi tħejjija għall-Abbozz ta’ Att dwar l-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla, il-Kummissjoni ħejjiet ukoll qafas legali sabiex entitajiet privati japplikaw għall-akkreditazzjoni u joperaw skont kriterji li jiggarantixxu assikurazzjoni fuq il-kwalita’ ta’ tagħlim.
Fil-preżent, studenti li jkunu ser japplikaw biex isegwu korsijiet offruti minn entitajiet privati bi kwalifiki ta’ Universitajiet barranin jistgħu jitolbu verifika mill-Malta Qualifications Recognition Information Centre (MQRIC) u dan skont il-Konvenzjoni ta’ Lisbona dwar l-Għarfien tal-kwalifiki (Lisbon Recogntion Convention) li Malta ratifikat fl-2005 u li daħħlet fis-seħħ fl-2006.
Tista’ l-Ministru tgħid issa li l-Gvern ħabbar żieda kbira fil-prezzijiet tad-dħul fil-mużewijiet, xi wħud aktar mid-doppju, kif dawn jistgħu jiġu ġġustifikati anke f’dan iż-żmien fejn it-turiżmu naqas u l-maġġoranza tal-poplu Malti ma jiflaħx iħallas spejjeż li jistgħu jitqiesu mhux daqshekk utli?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Wieħed mhux korrett meta jgħid li tħabbret żieda kbira fil-prezzijiet tad-dħul fil-mużewijiet. L-ewwel u qabel kollox irid jingħad li l-prezzijiet kienu baxxi ħafna u kien ilhom ma jiżdiedu mis-sena 2003, minkejja l-fatt li sar ħafna xogħol u investiment f’dawn l-aħħar snin f’uħud minnhom. Veru li hemm mużewijiet li raw żieda fil-prezz, fil-maġġoranza minn 2.33 Euro għal 5 Euro, imma hemm mużewijiet u siti storiċi li, issa li qed joħrog biljett kollettiv, qed jaraw roħs fil-prezz tagħhom.
Għandna siti storiċi u mużewijiet li huma uniċi u t-turisti li jiġu pajjizna jafu sew li prezzijiet f’pajjizi oħra huma ogħla minn tagħna.
Ir-residenti Maltin għandhom numru ta’ miżuri mfassla speċifikament biex jgħinu l-aċċessibilita’ finanzjarja. Fost dawn hemm il-miżura fejn ikun hemm dħul bla ħlas f’numru ta’ okkazjonijiet, kif ukoll biljetti u
memberships
b’rati speċjali.
Iż-żieda fid-dħul tal-Ipoġew hi l-unika waħda li tista tissejjaħ kbira u din toħroġ mill-fatt li hawn għandna sit uniku li jeħtieġ manutenzjoni kbira u hemm talba qawwija mingħand viżitaturi li jiġu Malta speċifikament biex iżuru dan is-sit.
Wara ż-żieda fil-prezzijiet imħabbra mill-gvern, li tinkludi wkoll tabella għall-prezzijiet tad-dħul għal etajiet varji ta’ tfal, tikkonferma l-Ministru li żjajjar minn tfal tal-iskola se jibqgħu b’xejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Iva, nikkonferma li żjajjar organizzati għal gruppi ta’ tfal tal-iskola ser jibqgħu b’xejn.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li żaru l-mużewijiet u siti storici f’Malta u Għawdex fl-ewwel erba’ xhur ta’din is-sena? Kemm kienu żaruhom nies matul is-sena li għaddiet fl-istess perijodu? Kemm f’kull każ kienu tfal tal-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ persuni li żaru il-mużewijiet u siti storiċi f’Malta u Għawdex fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena huwa ta’ 285,086. In-numru ta’ persuni li żaru l-istess mużewijiet u siti storiċi matul l-istess perjodu tas-sena 2008 huwa ta’ 297,679.
In-numru ta’ tfal tal-iskola li żaru il-mużewijiet u siti storiċi fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena kien ta’ 9,955, filwaqt li matul l-istess perjodu tas-sena 2008, in-numru kien ta’ 8599.
skejjel Sekondarja Subien St. Injazju u Santa Margerita — enerġija alternattiva - flus frankati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew frankati flus f’elettriku u ilma bejn l-1 ta’ Settembru 2008 u t-30 ta’ April, 2009 fl-iskejjel Sekondarji Subien San Injazju u Santa Margerita bl-użu ta’ sistemi ta’ enerġija alternatttiva?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għadu ma rċeviex il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-perjodu Settembru 2008 sa April 2009. Għalhekk tweġiba tista tingħata meta dawn il-kontijiet jaslu fid-Direttorat meta wieħed jkun jista jqabbel il-kont ta’ dan il-perjodu mal-kont għal Settembru 2007 sa April 2008.