Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Safi — Applikazzjonijiet għal spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Ħal Safi issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa jew maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk fl-affermattiv: (a) Kemm proġetti ġew sottomessi minn dan il-Kunsill Lokali? (b) Fiex kienet tikkonsisti kull proposta? (ċ) Kemm kienet l-istima għal kull proġett sottomess? (d) Kemm minn dawn il-proġetti ġew approvati minn Project Green biex ikunu attwati? (e) Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-photo montages/3D Visuals ta' kull proġett sottomess, sia dawk approvati u sia dawk li ma kinux approvati? (f) Jekk proġetti sottomessi li ma ġewx ikkunsidrati minn Project Green, jistgħux jiġu rikonsidrati fil-futur biex ikunu jistgħu jsiru? (g) Jekk sarux laqgħat mal-Kunsill Lokali rispettiv biex jiġi diskuss kif dawn il-proposti jiġu emeljorati biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament meħtieġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 14763, ninsab infurmata li Project Green irċeviet applikazzjoni waħda għall-Community Greening Grant mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi, liema proġett ma kienx jissodisfa l-kriterji kollha ta’ din l-iskema.

Ħal Kirkop — Applikazzjonijiet għal spazji miftuħa`

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa jew maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk fl-affermattiv: (a) Kemm proġetti ġew sottomessi minn dan il-Kunsill Lokali? (b) Fiex kienet tikkonsisti kull proposta? (ċ) Kemm kienet l-istima għal kull proġett sottomess? (d) Kemm minn dawn il-proġetti ġew approvati minn Project Green biex ikunu attwati? (e) Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-photo montages/3D Visuals ta' kull proġett sottomess, sia dawk approvati u sia dawk li ma kinux approvati? (f) Jekk proġetti sottomessi li ma ġewx ikkunsidrati minn Project Green, jistgħux jiġu rikonsidrati fil-futur biex ikunu jistgħu jsiru? (g) Jekk sarux laqgħat mal-Kunsill Lokali rispettiv biex jiġi diskuss kif dawn il-proposti jiġu emeljorati biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament meħtieġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 14762, ninsab infurmata li Project Green irċeviet applikazzjoni waħda għall-Community Greening Grant mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop, liema proġett ma kienx jissodisfa l-kriterji kollha ta’ din l-iskema.

Il-Qrendi — Applikazzjonijiet għal spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Qrendi issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa jew maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk fl-affermattiv: (a) Kemm proġetti ġew sottomessi minn dan il-Kunsill Lokali? (b) Fiex kienet tikkonsisti kull proposta? (ċ) Kemm kienet l-istima għal kull proġett sottomess? (d) Kemm minn dawn il-proġetti ġew approvati minn Project Green biex ikunu attwati? (e) Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-photo montages/3D Visuals ta' kull proġett sottomess, sia dawk approvati u sia dawk li ma kinux approvati? (f) Jekk proġetti sottomessi li ma ġewx ikkunsidrati minn Project Green, jistgħux jiġu rikonsidrati fil-futur biex ikunu jistgħu jsiru? (g) Jekk sarux laqgħat mal-Kunsill Lokali rispettiv biex jiġi diskuss kif dawn il-proposti jiġu emeljorati biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament meħtieġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 14761, ninsab infurmata li Project Green ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għall-Community Greening Grant mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi.

Ħal Farruġ — Applikazzjonijiet għal spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Ħal Farruġ issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa jew maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk fl-affermattiv: (a) Kemm proġetti ġew sottomessi minn dan il-Kunsill Lokali? (b) Fiex kienet tikkonsisti kull proposta? (ċ) Kemm kienet l-istima għal kull proġett sottomess? (d) Kemm minn dawn il-proġetti ġew approvati minn Project Green biex ikunu attwati? (e) Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-photo montages/3D Visuals ta' kull proġett sottomess, sia dawk approvati u sia dawk li ma kinux approvati? (f) Jekk proġetti sottomessi li ma ġewx ikkunsidrati minn Project Green, jistgħux jiġu rikonsidrati fil-futur biex ikunu jistgħu jsiru? (g) Jekk sarux laqgħat mal-Kunsill Lokali rispettiv biex jiġi diskuss kif dawn il-proposti jiġu emeljorati biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament meħtieġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14111, ninsab infurmata li Project Green ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għall-Community Greening Grant mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa, li ż-żona ta’ Ħal Farruġ tagħmel mal-konfini tiegħu.

Birżebbuġa — Applikazzjonijiet għal spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green biex jiġu emeljorati spazji miftuħa jew maħluqa spazji miftuħa ġodda? Jekk fl-affermattiv: (a) Kemm proġetti ġew sottomessi minn dan il-Kunsill Lokali? (b) Fiex kienet tikkonsisti kull proposta? (ċ) Kemm kienet l-istima għal kull proġett sottomess? (d) Kemm minn dawn il-proġetti ġew approvati minn Project Green biex ikunu attwati? (e) Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-photo montages/3D Visuals ta' kull proġett sottomess, sia dawk approvati u sia dawk li ma kinux approvati? (f) Jekk proġetti sottomessi li ma ġewx ikkunsidrati minn Project Green, jistgħux jiġu rikonsidrati fil-futur biex ikunu jistgħu jsiru? (g) Jekk sarux laqgħat mal-Kunsill Lokali rispettiv biex jiġi diskuss kif dawn il-proposti jiġu emeljorati biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament meħtieġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 14764, ninsab infurmata li Project Green irċeviet applikazzjoni waħda għall-Community Greening Grant mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa, liema proġett ma kienx jissodisfa l-kriterji kollha ta’ din l-iskema.

Spazji miftuħa – Proġetti li ġew approvati minn Project Green

Question

Tista’ l-Ministru tipprovdi lista tal-proġetti ta' spazji miftuħa li ġew approvati minn Project Green biex isiru f'diversi lokalitajiet? Tista’ tgħid ukoll: (a) Fiex jikkonsisti kull proġett? (b) Hemmx pjanti ippreparati u jekk fl-affermattiv sarux l-applikazzjonijiet neċessarji mal-Awtorità tal-Ippjanar u/jew applikazzjonijiet ma’ entitajiet oħra biex ikunu jistgħu jsiru x-xogħlijiet relatati ma’ dawn il-proġetti u fiex wasal l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet? (ċ) Kemm huwa stmat li ġejjin jiswew dawn il-proġetti? (d) Meta hu ppjanat li jibdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet? (e) Jekk il-Kunsill Lokali kienx involut fl-ippjanar u konsegwentament fl-eżekuzzjoni ta' dawn il-proġetti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13926.

L-Iklin — Triq Geronimo Abos – Sistema tad-drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 14565 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u tgħid hemmx xi ħjiel dwar meta ser tittieħed azzjoni rigward id-drenaġġ li ma jlaħħaqx mal-katusi li hemm ġewwa Triq Geronimo Abos, l-Iklin u dan għad-detriment tar-residenti? Tista’ tgħid ukoll x’tip ta’ azzjoni ser tittieħed?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li dan jiġri biss meta sseħħ maltempata u huwa konsegwenza ta’ konnessjonijiet illegali tal-ilma tax-xita minn binjiet privati għal ġos-sistema tad-drenaġġ li joħolqu domanda żejda fuq l-istess sistema. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma xorta qed tivverifika dwar kif tista’ tiġi mitigata din is-sitwazzjoni li, kif spjegajt, qed tinħoloq b’aġir irresponsabbli ta’ terzi.

Monitoraġġ tal-kwalità tal-arja u tniġġiż

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn liema postijiet isir monitoraġġ tal-kwalità tal-arja u tniġġiż fil-gżejjer Maltin?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) hija l-Awtorità kompetenti għall-monitoraġġ tal-arja. Dan il-‘monitoring network’ jinkludi: ‘Real time monitoring network’: fejn hemm ħames stazzjonijiet b’monitoraġġ kontinwu li jinsabu fl-Imsida, iż-Żejtun, Ħ’Attard, San Pawl il-Baħar u fl-Għarb, Għawdex. ‘Passive diffusion tube monitoring network’: dan jipprovdi informazzjoni dwar il-livelli tal-kwalità tal-arja fuq medja ta’ erba’ ġimgħat u jkopri 100 punt ta’ monitoraġġ mifruxin mal-gżejjer Maltin, hekk kif muri fuq il-mappa li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Belt Valletta — Sistema ta' dawl fuq is-swar

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 14563 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid meta l-Gvern se jinstalla sistema ta' dawl fuq is-swar tal-Belt Valletta, li ħafna minnhom jinsabu fid-dlam u ma jistgħux jitgawdew fil-milja tagħhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm id-dawl mas-swar tal-Belt teknikament ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi ser inkunu qed naraw x’inhu meħtieġ.

Riġenerazzjoni tal-port – Allokazzjoni ta’ Super Yachts

Question

Tista’ l-Ministru tagħti d-dettalji fejn huma ppjanati li ser jiġu allokati fil-port skont il-pjan tar-riġenerazzjoni tal-port, is-super yachts skont is-“Super Yacht National Policy”?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor, Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Port il-Kbir — Konċessjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tagħti break down tal-concessions kollha fil-Port il-Kbir kif ukoll: • fejn huma? • għal kemm żmien huma mogħtija? • kemm fadlilhom żmien biex jiskadu? u • l-isem tal-persuna jew tal-kumpanija jew tal-grupp ta' kumpaniji li huma allokati dawn il-‘concessions’?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor, Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Tibdil fl-aperturi – Skema

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi skema hemm miftuħa bħalissa għal dawk li jbiddlu l-aperturi tagħhom minn single glazed għal double jew triple glazed? Tista’ tgħid ukoll liema hija l-aġenzija responsabbli u kemm huwa l-ammont jew persentaġġ tan-nefqa li persuna tkun eliġibbli għaliha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament hemm l-iskema ta’ Roof Insulation u Double Glazing li qed tiġi mħaddma mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma. Permezz ta’ din l-skema, applikanti jistgħu jibbenefikaw minn 50% tat-total tal-infiq eliġibbli, inkluż il-VAT sa massimu ta’ €1,000 fuq Retrofitted Roof Insualtion u 50% tat-total tal-infiq eliġibbli, inkluż il-VAT sa massimu ta’ €1,000 fuq Retrofitted Double Glazing. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-websajt rews.org.mt jew billi wieħed iċempel fuq Freephone 153 ta’ servizz.gov.

Memorandum of Understanding — Kooperazzjoni fl-enerġija bejn Malta u l-Eġittu

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat bejn Malta u l-Eġittu dwar kooperazzjoni fl-enerġija?

Response (DALLI, MIRIAM)

L-Onor. Interpellant ġie kkuntatjat biex ikun jista’ jara dan il-Memorandum of Understanding.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Kuntratti ta’ fiduċja

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtha? Tista’ tgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħqet Ministru hi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li lista aġġornata tal-entitajiet tkun ippubblikata fil-jiem li ġejjin. Mill-informazzjoni li ngħatatli ma jirriżultax li hemm persuni fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-vacation leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ħal Safi — Spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fir-raħal ta' Ħal Safi hemmx ippjanati li jiżdiedu/jiġu emeljorati l-ispazji miftuħa? Tista’ tgħid ukoll: (a) Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol? (b) Hemmx pjanti ippreparati u jekk fl-affermattiv sarux l-applikazzjonijiet neċessarji mal-Awtorità tal-Ippjanar u/jew applikazzjonijiet ma’ entitajiet oħra biex ikunu jistgħu jsiru dawn ix-xogħlijiet u fiex wasal l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet? (ċ) Kemm huwa stmat li ġejjin jiswew dawn ix-xogħlijiet? (d) Meta hu ppjanat li jibdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet? (e) Jekk il-Kunsill Lokali kienx involut fl-ippjanar u konsegwentament fl-eżekuzzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2023, fil-lokalità ta’ Ħal Safi, Project Green b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali rriġenerat żona li kienet mitluqa f’picnic area u anke dog park. Is-siġar li tħawlu f’dan is-sit qegħdin jissaqqew permezz tal-ilma tax-xita li jinħażen f’ġibjun ġdid li bniet l-Aġenzija bħala parti minn dan l-istess proġett.

Birżebbuġa — Spazji miftuħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fir-raħal ta' Birżebbuġa hemmx ippjanati li jiżdiedu/jiġu emeljorati l-ispazji miftuħa? Tista’ tgħid ukoll: (a) Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol? (b) Hemmx pjanti ippreparati u jekk fl-affermattiv sarux l-applikazzjonijiet neċessarji mal-Awtorità tal-Ippjanar u/jew applikazzjonijiet ma’ entitajiet oħra biex ikunu jistgħu jsiru dawn ix-xogħlijiet u fiex wasal l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet? (ċ) Kemm huwa stmat li ġejjin jiswew dawn ix-xogħlijiet? (d) Meta hu ppjanat li jibdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet? (e) Jekk il-Kunsill Lokali kienx involut fl-ippjanar u konsegwentament fl-eżekuzzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2023 Project Green fetħet il-Park tal-Familja f’Bengħajsa, spazju miftuħ ta’ 17,000 metru kwadru, fejn il-familji jistgħu jqattgħu ħin ta’ rikreazzjoni f’ambjent qalb 4,000 siġra. Bħalissa qed isir l-ippjanar u l-preparazzjoni meħtieġa biex dan il-park isiru fih xogħlijiet oħrajn bil-għan li jiżdiedu l-faċilitajiet u jkun hemm aċċessi ġodda sabiex il-park ikun jista’ joffri esperjenza dejjem aktar sabiħa. Dan ix-xogħol qed isir b’diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali u stakeholders oħrajn relevanti sabiex, aktar 'il quddiem, issir l-applikazzjoni għall-iżvilupp. Sadanittant, hemm ukoll proġett ieħor tar-riġenerazzjoni ta’ Ġnien l-Indipendenza li wkoll qed isir b’konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa u fejn, fost oħrajn, ser tkun qed tissewwa l-ħsara li hemm fil-ġnien u jsiru xogħlijiet biex jitjieb l-aċċess u jkun hemm iktar postijiet għad-dell u ssir sistema ta’ irrigazzjoni.