Il-Magħtab – volum ta’ blat li tneħħa mill-barriera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-kejl f’volum ta’ blat li tneħħa minn dik li fil-preżent hija ħofra f’forma ta’ barriera li qed titħaffer fil-Magħtab, bil-ħsieb li maż-żmien issir landfill?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-volum ta’ blat li tneħħa mis-sit li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant huwa ta’ madwar 390 elf metru kubu.
Jista’ l-Ministru jieħu deċiżjoni li jerġa’ jirrevedi l-aħħar deċiżjoni li ħa fir-rigward ta’ raba’ fl-inħawi tal-Magħtab, sabiex il-proġetti li qed jgħid li jridu jsiru, ikunu jistgħu jsiru fuq l-art li diġà hija użata mill-WasteServ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ghamel l-kunsiderazzjonijiet kollha mehtiega sabiex jassigura li l-art li tittiehed titnaqqas kemm jista’ jkun. Kien ghalhekk li mill-pjan originali li immedjatament niehdu 279 elf metru kwadru ta’ art nizzilniha ghal 82,000 metru kwadru kif spjegajt fl-Istqarrija Ghall-Istampa PR200668 mahruga fl-15 ta’ April li ghadda, liem stqarrija qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra. Nassigura lill-Onorevoli Interpellant li kieku stajna naghmlu kif qed jissuggerixxi hu u ma niehdu xejn art ahna konna wkoll naghmluh imma dan ma setax isir ghax il-bini tal-impjanti fuq il-mizbliet hija ghazla projbittiva.
Wasteserv – ħlas lil kuntratturi għal tħaffir ta’ blat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas li sar mill-Wasteserv lill-kuntratturi li qed iħaffru l-blat minn dik li fil-preżent hija ħofra/barriera u li maż-żmien se tintuża biex tkun landfill? Jista’ jagħti l-ħlas li ngħata fl-aħħar tliet snin, separatament għal kull sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghada qed tingabar u se tinghata f’seduta ohra.
Il-Magħtab — studju ambjentali fuq it-tkabbir tal-miżbla
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju ambjentali fuq l-impatt li se jkollu t-tkabbir tal-miżbla tal-Magħtab u l-faċilitajiet li se jiżdiedu f'din iż-żona? Jekk saru dawn l-istudji jista' jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà stqarrejt diversi drabi kwalunkwe proġett li ser isir se jkun suggett għall-istudji neċessarji li jkunu meħtieġa mir-regolamenti. Fil-fatt, jien infurmat li dawn l-istudji jsiru bħala parti mill-proċess tal-applikazzjonijiet għall-permessi tal-proġetti rispettivi u li bħalissa fil-fatt qed isir l-istudju tal-impatt ambjentali mill-impjant propost għal Waste to Energy. Dawn l-istudji kollha jsiru pubbliċi bhala parti mill-proċess tal-ippjanar li huwa wieħed trasparenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex ir-rapport tal-inkjesta fuq il-ħruq tal-impjant ta' Sant’ Antnin? Jekk tlesta meta se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma tlestiex, jista' jagħti indikazzjoni tad-data sa meta għandu jitlesta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nahseb li l-Onor. Interpellant jifhem li l-inkjesta indikata mhux qed issir mill-Ministeru tieghi u allura jien ma għandi l-ebda kontroll fuqha u dan huwa sewwa għax jiggarantixxi l-imparzjalità misthoqqa. Sadanittant ninsab infurmat li din l-inkjesta magisterjali għadha għaddejja.
Jista’ l-Ministru jieħu l-miżura li jirrevedi l-ordni tal-President li permezz tagħha l-Gvern irid jieħu il-226 tomna raba’ li kienet id-doppju tal-oriġinali tal-Gvern fir-rigward ta’ raba’ li l-Gvern irid jieħu fl-inħawi tal-Magħtab?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li sa issa ma kien sar ebda avviż ta' esproprju imma nħarġet biss dikjarazzjoni biex ikun jista' jsir survey.
Sadanittant filwaqt li nfakkar fl-istqarrija għall-istampa numru PR200668 maħruġa fil-15 ta’ April u li tagħha qed inpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra, ninforma lill-Onor. Interpellant li qed nikkomunikaw mal-Awtorità tal-Artijiet bħala awtorità kompetenti dwar esproprjazzjoni ta’ artijiet, sabiex ikun assigurat li tittieħed biss l-art li hemm bżonn kif ddikjarat fl-imsemmija Stqarrija.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – organigramma tal-awtoritajiet u entitajiet kollha
Question
Jista' l-Ministru jippreżenta organigramma tal-awtoritajiet/entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Mingħajr ma jindika l-ismijiet tal-persuni li jokkupaw il-kariga rispettiva tagħhom, jista' ħdejn kull kariga jindika l-iskala pubblika jew l-ekwivalenza tal-iskala pubblika għal dik il-kariga?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tingabar u se tinghata seduta ohra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni preżenti f’dak li huwa riċiklaġġ ta’ tyres tal-vetturi? Il-kuntrattur qiegħed jirnexxilu jlaħħaq mar-responsabbiltajiet tiegħu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-WasteServ, tramite id-Dipartiment tal-Kuntratti, qiegħda fil-proċess li tiffinalizza kuntratt ġdid għall-imballar ta’ tyres sabiex imbgħad dawn jkunu jistgħu jiġu esportati. Sadanittant il-WasteServ għandha arranġament ma’ kuntrattur ieħor li qed jesporta tyres li jkunu ġew imballati. Minħabba dewmien proċedurali sabiex ikunu ffinalizzati l-kuntratti neċessarji kien hemm akkumulu ta’ tyres li l-WasteServ qed taħdem biex jitnaqqas.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – uffiċjali li jużaw karozzi tal-awtoritajiet għal użu personali
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-awtoritajiet/entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, kemm hemm uffiċjali li għandhom karozza tal-awtorità għall-użu personali tagħhom? Mingħajr ma jsemmi ismijiet, jista' jindika l-kariga li jokkupaw? Kemm minnhom qegħdin jaħdmu fil-qasam tal-ippjanar u kemm fil-qasam tal-ambjent?
Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Bord tal-Appelli – appelli ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il appell ġdid daħal quddiem il-Bord tal-Appelli tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar/Environment and Planning Review Tribunal tul dawn l-aħħar seba’ snin, jiġifieri bejn is-sena 2013 u s-sena 2020? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b’sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni miltuba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar – Natura 2000 — siti protetti
Question
Jista' l-Ministru jelenka liema huma s-siti protetti li jaqgħu taħt l-istatus ta' Natura 2000 u li jinsabu fil-konfini tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Għawdex — in-Nadur – proġett ta' Multi Modal Hub f’Ta' Xħajma
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12923, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jinħarġu l-permessi meħtieġa u meta huwa ppjanat li jinħarġu l-permessi meħtieġa biex isir il-proġett ta' Multi Modal Hub f’Ta' Xħajma fin-Nadur Għawdex?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkoncernat.
B'referenza għal dik il-binja fil-Wied tal-Bidnija li suppost hija Sheep Farm, jista’ l-Ministru jgħid kemm ser jgħixu nagħaġ fis-sular ta’ fuq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qed nassumi li l-binja fil-Bidnija li qed jagħmel referenza għaliha l-Onor. Interpellant hija dik koperta bil-permess PA7946/18 maħruġ mill-Awtorità għall-Ippjanar sabiex jinbena razzett tal-annimali. Ninsab infurmat li l-permess li nħareġ huwa għal sular wieħed biss ‘l-fuq mill-basement, għalkemm dan jinkudi għoli doppju kif solitu jkunu l-irziezet. Jista' jaghti l-kaz li peress li L-art hija mxqailba parti mill-basement ikun jisporgi ftit ‘ fuq. Irrid nghid ukoll li tali permess inhareg wara li saret rakkomnadazzjoni favorevoli mill-Agricultural Advisory Committee. Ghalkemm l-informazzjoni li nghatatli tindika li ser ikun hemm xi ftit aktar minn-60 naghga l-ammont ta’ naghag huwa rregolat mid-Direttorat ghar-Regolazzjoni Veterinarja u allura kwalunkwe informazzjoni fuq dal-livell ghandha tibtalab lill-Ministru kkoncernat.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (FARRUGIA, AARON)
L-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xi direct order, skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku, lill-kumpanija inkwistjoni fil-perjodu indikat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi d-deċiżjoni tal-Ministru rigward it-talba tal-bdiewa, li b’referenza għal 226 tomna ta’ raba' li bħala Ministru talab li jieħu mingħand il-bdiewa, tali raba’ jinsab fil-limiti tal-Magħtab?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi ghall-istqarrija għall-istampa Numru PR200668 maħruġa mill-Ministeru tiegħi fil-15 ta’ April li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – rapporti ta’ serqiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12631, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ kull serqa li saret fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u li ġiet irrapportata lill-Pulizija, x’kien l-oġġett jew oġġetti li nsterqu u kemm kien il-valur totali tal-imsemmija serqiet?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tas-serqa rrapportata mill-Awtorità tal-Ippjanar fl-2017, l-oġġetti li kienu nsterqu minn sit fi¿-¯urrieq kienu jinkludu water dispenser, fan, heater, kitla tal-elettriku u xi għodda relatata ma’ xogħol ta’ surverying, liema għodda ma kinetx għadha tintu¿a. Kien stabbilit li l-valur tal-oġġetti misruqa kien ta’ madwar tlettax-il elf Ewro (EUR 13K).
Min-naħa l-oħra, s-serqiet irrappurtati minn Wasteserv (Malta) Ltd. kienu jikkonċernaw (i) welding rods minn store fl-impjant ta’ Sant’Antnin għall-valur ta’ tliet mija u sittin Ewro (EUR 360), (ii) tliet tappieri tal-metall mill-Family Park ta’ Marsaskala li l-valur tagħhom ma ġiex stabbilit, (iii) ¿ewġ umbrelel flimkien mal-ba¿i tagħhom li nsterqu mis-Civic Amenity Sites tal-Magħtab u l-Imrieħel u li l-valur totali tagħhom kien ta’ erba’ mija u tmienja u tmenin Ewro (EUR 488); u (iv) rota li nsterqet minn skip fis-Civic Amenity Site ta’ Ta’ Qali u li l-valur tagħha ġie stabbilit bħala xejn.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-master plan għall-area tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista' jgħid ukoll f'liema xahar tas-sena 2020 hu ppjanat li jiġi approvat?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, is-sitwazzjoni għadha dik kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11749.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – użu ta’ trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jagħti xi tip ta’ inċentiv għall-ħaddiema tal-Ministeri u entitajiet li jaqgħu taħtu, biex jinkoraġġixxu lill-istess ħaddiema biex jużaw it-trasport tal-massa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie kkummissjonat studju xjentifiku li, permezz tiegħu, kien mifhum liema mezzi ta’ trasport jintużaw l-aktar mill-ħaddiema biex jaslu għax-xogħol.Għaldaqstant tnieda l-ħsieb li jitfasslu u jiġu proposti numru ta’ miżuri li jħajru lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku jagħmlu użu minn trasport alternattiv, inkluż fi proġetti-pilota jew PPPs.Dan hu wkoll f’sintonija mal-pjani tal-Gvern li fil-ġejjieni jsir użu aktar wiesa’ mit-trasport pubbliku fil-faxex kollha tas-soċjetà.
Dawn l-inizjattivi għandhom jifformaw parti minn pjan wieħed ħolistiku ta’ trasport sostenibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk skart minn Għawdex huwiex jinġieb fil-Miżbla tal-Magħtab jew l-Għallis?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-iskart minn Għawdex jiġi miġbur u ttrasferit lejn l-impjant tal-Malta North għall-ipproċessar. Dak il-materjal li ma jkunx jista’ jigi pprocessat fl-impjant tal-Malta North imbaghad jintrema fil-miżbla tal-Għallis flimkien ma’ skart ieħor imħallat tal-borża s-sewda meta l-kapacità tal-Malta North ma tlaħħaqx. Skart tal-borża griża jinħadem ġewwa l-impjant ta’ Għawdex stess.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12255 u jgħid fl-aħħar sentejn kemm-il darba ltaqa' l-kumitat tad-Dwejra Management Board? Jista' jagħti d-data meta saru l-laqgħat u l-post fejn inżammu? Jista' jgħid min kienu l-membri preżenti f'kull laqgħa? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħa ta' dan il-Bord għall-perjodu indikat?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar 2018 u Jannar 2020, il-Kumitat għat-Tmexxija tad-Dwejra ltaqa’ sitt (6) darbiet. Dettalji dwar id-data, l-post u l-attendenza ta’ dawn il-laqgħat qed jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tal-minuti tal-istess laqgħat, infakkar lill-Onor. Interpellant li spjegazzjoni dwar in-natura ta’ dawn il-minuti u r-raġuni għala dawn ma jistgħux jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra kienet diġà ngħatat mill-predeċessur tiegħi b’risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 28900. Din il-PQ twieġbet fil-leġiżlatura preċedenti.