B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16992, jista’ l-Ministru jgħid liema kriterji ser jiġu użati biex titqassam il-kwota tat-tonn u liema kategoriji ta' sajjieda ser ikunu qegħdin jibbenefikaw minn dawn il-kwoti għall-istaġun 2024 ġew maqbula bejn il-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd u l-Gvern?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju kif diġa’ tennejt, id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin mal-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd u għaldaqstant ma jkunx propizju li dawn jingħataw.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar ġimgħat kienx hemm każijiet ta’ ħruġ ta’ gass mill-biċċerija pubblika? Jekk fl-affermattiv, jista’ jindika s-sorsi li kawża tagħhom kien hemm it-tnixxija tal-gass, x’kien il-gass li ħareġ, u jekk il-gassijiet li ħarġu b’xi mod kinux ta’ periklu għan-nies tal-madwar?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Biċċerija Pubblika hija impjant industrijali fejn jintużaw diversi gassijiet differenti bħala parti mill-proċessi differenti. Dawn jinkludi gass taż-żejt likwifikat (LPG) għat-tisħin tal-ilma, Dijossidu tal-Karbonju biex il-majjal jitraqqad skont prattiċi internazzjonali ta’ benesseri tal-annimali biex dan ma jbagħtix kif ukoll diversi gassijiet ta’ refriġerazzjoni, b’mod partikolari l-ammonja, għad-diversi chillers u friżi. Bħal f’kull impjant industrijali ieħor, jista' jkun hemm rilaxx ta' kwantitajiet żgħar ta' kwalunkwe gass waqt l-operat, bħala parti mill-manutenzjoni tal-impjant jew minħabba ħsara teknika. Kull tnixxija ta’ gass dejjem kienet lokalizzata, u fl-ebda ċirkostanza ma kien hemm tnixxija mill-Biċċerija fl-inħawi tal-madwar. F’kull ċirkostanza jiġu impjegati miżuri ta’ sigurtà u/jew kontinġenza biex ma jkun hemm l-ebda periklu la għall-impjegati tal-Biċċerija u wisq anqas għall-ġirien.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - Mobile jew Telephone Line Allowances
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fis-Segretarjat tagħha għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mid-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali fl-2021, 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll f’kemm minn dawn l-ispezzjonijiet instab xi forma ta’ ksur tal-liġijiet dwar il-ħarsien tal-annimali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Annimali infettati bil-'blue tongue', brucella jew tuberkulożi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk instabux annimali infettati bil-mard relatat mal-'blue tongue', brucella jew tuberkulożi minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari maqsuma xahar b' xahar? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x'passi ttieħdu mill-Veterinary and Phytosanitary Regulation Division (VRD)?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara li jsiru l-arranġamenti neċessarji biex art agrikola li preżentement mhux tinħadem, kemm tal-Gvern kif ukoll tal-privat, tiġi mgħoddija lill-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin biex fejn ma jinżergħux prodotti agrikoli, ikun jista jinżera’ magħlef u b'hekk jiġu ffrankati ħafna spejjeż biex jiġi impurtat magħlef minn barra l-pajjiż?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-twaqqif tal-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta f’Novembru li għadda, kien propju sabiex tħares primarjament lejn il-ħarsien tal-art agrikola f’sens illi l-art agrikola tibqa’ tiġi kkultivata u maħduma minn bdiewa u raħħala ġenwini. Għaldaqstant, kif kien ukoll ġie stabbilit fil-White Paper dwar ir-riforma fil-qasam tar-raba’, il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli ser ikun qed jaħdem fuq miżuri sabiex art agrikola tibqa’ tiġi maħduma mill-bdiewa u r-raħħala għal kull bżonn, inkluż dak sabiex jinżera’ magħlef.
Jista’ l-Ministru jgħid x' qed isir biex il-ġenetika tal-mogħoż u n-nagħaġ Maltin tinżamm?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. li sa issa qatt ma kien hemm deskrizzjoni uffiċċjali jew standard li jiddeskrivi l-karatteristiċi tal-moġħża jew nagħġa Maltija. Madankollu, il-Ministeru qed jaħdem qrib organizzazzjonijiet nazzjonali b’interess f’dan is-settur sabiex inkunu nistgħu niddefinixxu u nirkonoxxu l-istandard tal-mogħża u naghġa Maltija.
Minkejja dan, xorta waħda konna proattivi peress li llum, permezz tal-publikazzjoni tal-Att dwar l-agrikoltura li ġie varat aktar kmieni din is-sena, jistgħu jsiru regolamentati sabiex jiġu rirkonoxxuti dawn l-istandard tar-razzez lokali. B’hekk, illum għandna bażi legali sabiex nistgħu nibdew nirrikonoxxu l-moġħża u n-nagħġa Maltija bid-deskrizzjoni tagħhom.
Ta’ min isemmi ukoll lil l-merħla ta’ nagħaġ u mogħoż li hemm ġewwa l-Għammieri, huma magħżula skont il-karatteristiċi Maltin hekk kif huma deskritti fil-kotba storici li jagħmlu referenza għar-razez Maltin.
Taħlit ta' razza tan-ngħaġ u mogħoż Maltin ma’ dawk importati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f'każ ta' taħlit ta' razza tan-nagħaġ u mogħoż Maltin ma’ dawk importati, jekk jinkiseb id-D.P.O (Protected Designation of Origin), dan ikunx jista’ jinżamm? Jekk le, x'ser jagħmel il-Gvern biex appena jinkiseb id-D.P.O., dan ikun protett?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li qed jinbiegħu prodotti tal-ħalib mill-Farmers Market mingħajr id-Dairy Product Room No? Jista’ jgħid ukoll x'passi qed jittieħdu meta jinstabu prodotti mingħajr id-Dairy Product Room No.?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Farmers Market jinbiegħu prodotti tal-ħalib direttament minn raħħala u produtturi tal-istess prodotti tal-ħalib, bħal ġbejniet, li għandhom l-istabbiliment tagħhom approvat u rreġistrat mal-Kummissjoni għas-Sigurta’ tal-Ikel u l-merħla tagħhom reġistrata mid-Direttorat tar-Regolament Veterinarju. Dawn il-produtturi jingħataw numru ta’ approvazzjoni (Dairy Product Approval Number). Hemm ukoll numru zgħir ta’ raħħala u produtturi tal-prodotti tal-ħalib, bħal ġbejniet, li għandhom anqas minn seba’ nagħġiet jew mogħżiet, li jkunu jistgħu jbiegħu prodotti tal-ħalib direttament fil-Farmers Market jekk ir-razzett tagħhom ikun reġistrat mad-Direttorat tar-Regolament Veterinarju, hekk skont l-Avviż Legali 321 tal-2022, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u r-rekwiżiti tal-iġjene stabbiliti f’dawn ir-regolamenti.
Sabiex raħħala, bdiewa u produtturi tal-ħalib fost l-oħrajn ikunu jistgħu jarmaw u jbiegħu prodotti tal-ħalib mill-Farmers Market, iridu jissottomettu applikazzjoni lill-Malta Food Agency, li tiġi approvata mill-Market Regulation Unit tal-istess Aġenzija wara li jkunu ġew ivverifikati d-dokumenti meħtieġa u, fejn hemm bżonn anke jsiru verifiki ma’ entitajiet oħra responsabbli mis-saħħa u s-sigurtà tal-prodotti ikkonċernati. L-uffiċjala tal-Market Regulation Unit kontinwament jagħmlu ispezzjonijiet fil-Farmers Market Ta’ Qali u fil-Kottonera sabiex jivverifikaw li d-detenturi tal-permess qed ibiegħu l-prodotti skont l-applikazzjoni sottomessa minnhom u li għandhom l-approvazzjonijiet meħtieġa mill-entitajiet responsabbli, bħal fil-każ tal-ġbejniet tad-Direttorat tar-Regolament Veterinarju.
F’każ li l-ispetturi jsibu ksur tar-regolamenti, kif titlob il-Liġi Sussidjarja 117.31 li tirregola l-Farmers Markets, tittieħed azzjoni, li tista’ twassal għat-twaqqif tal-bejgħ tal-prodott mill-Farmers Market u/jew għas-sospensjoni tal-permess ta’ bejgħ mill-Farmers Market.
Dan ma jeskludix ukoll il-verifiki li jsiru mill-entitatjiet oħra responsabbli mill-bejgħ u tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-ħalib.
Xirka Produtturi Ngħaġ u Mogħoż – Proċess biex jinstab post
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jinstab post fejn ikunu jistgħu jiltaqgħu x-Xirka Produtturi Ngħaġ u Mogħoż, li hija organizzazzjoni mhux governattiva?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli diġà qed joffri l-faċilitajiet tiegħu għad-dispozizzjoni tal-Għaqdiet mhux Governattivi li joperaw fil-qasam Agrikolu sabiex jorganizzaw il-laqgħat tagħhom. Barra minn hekk, jien infurmat li l-Ministeru responsabbli mill-Għaqdiet mhux Governattivi għandu postijiet apposta għal dan l-iskop.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu u ser jiġu meħuda regolarment mill-Ministeru fil-konfront tas-siġar taż-żebbuġ ġewwa Għawdex u x’inizjattivi qed jittieħdu f’dan ir-rigward?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ngħaġ u mogħoż importati minn barra pajjiżna jmorrux kwarantina? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid:
(a) kemm hu l-perjodu ta' kwarantina;
(b) fejn jinżammu kwarantina;
(ċ) x'tip ta' testijiet isirulhom u jekk dawn it-testijiet ikunux disponibbli għall-pubbliku; u
(d) jekk dawn l-annimali jinstabu li għandhom xi mard, xi jsir minnhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li annimali ġejjin minn Stati Membri tal-UE u li jidħlu Malta, fosthom nagħaġ u mogħoż, huma meqjusa bħala moviment ta’ bhejjem mhux bħala importazzjoni. Ninfurmah ukoll li annimali jistgħu jinżammu fi kwarantina għal raġunijiet diversi fosthom ta’ bijosigurtà, għall-konteniment ta’ mard, raġunijiet ta’ saħħa pubblika, riċerka u dijanjostika, u b’konformità ma’ regolamenti.
(a)It-tul taż-żmien ta’ kwarantina jiddependi mir-raġuni taż-żamma u ċ-ċirkostanzi tal-każ.
(b)¯amma fi kwarantina tista’ ssir f’faċilità tal-Gvern, jew fuq sit ta’ raħħal, kif meħtieġ.
(ċ)Isiru testijiet skont l-ispeċi u għal diversi mard notifikabbli li huma meħtieġa għal vjaġġar internazzjonali ta’ annimali u movimenti bejn pajjiżi. Testijiet dijanjostiċi għal nagħaġ u mogħoż jistgħu jinkludu dawk għall-bruċellożi, tuberkulożi, u għall-virus tal-Blue Tongue u r-riżultati ma jkunux disponibbli għall-pubbliku.
(d)Kull annimal misjub infettat jiġi maqtul skont liġijiet relevanti nazzjonali u tal-UE.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Advisory Cost Limit għal ġbir ta’ informazzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15424, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-advisory cost biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'dik il-mistoqsija parlamentari?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16574 jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding (MoU) iffirmat mal-Koperattiva Produtturi taż-Żebbuġ? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm siġar taż-żebbuġ reġistrati fir-Reġistru tas-Siġar taż-Żebbuġ u x’inhi l-proċedura tar-reġistrazzjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reġistrazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ issir bis-saħħa tar-Regolament 7 tal-Liġi Sussidjarja 117.34 li jistipula li ebda persuna m’għandha tkabbar iż-żebbuġ għall-produzzjoni kummerċjali taż-żejt taż-żebbuġa jew taż-żebbuġ għall-ikel, sakemm dik il-persuna ma tkunx imniżżla fir-Reġistru tal-Koltivaturi taż-Żebbuġ. Sabiex persuna tirreġistra tista’ tmur f’uffiċċju tal-AgriConnect u tagħti d-dettalji mitluba, fosthom: varjetà, ammont ta’ siġar, u tip ta’ produzzjoni. Bħalissa hemm 49,378-il siġra reġistrata.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Mobile jew Telephone Line Allowances
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intilfu siġar tal-palm f’Santa Luċija matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala “Weevil aħmar tal-palm” u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intilfu siġar tal-palm fiż-Żejtun matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala “Weevil aħmar tal-palm” u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intilfu siġar tal-palm f’Marsaxlokk matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala “Weevil aħmar tal-palm” u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intilfu siġar tal-palm f’Ħal Għaxaq matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala “Weevil aħmar tal-palm” u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intilfu siġar tal-palm f’Wied il-Għajn matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala “Weevil aħmar tal-palm” u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?