Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2023?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru W166.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12049 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022, 2023 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u se titwieġeb f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni — Kuntratti ta’ fiduċja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12087 u jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Għall-ewwel parti tal-mistoqsija qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-entitajiet li jagħmlu parti mill-Ministeru tiegħi. Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li mal-entitajiet tal-Ministeru hemm persuna ta’ fiduċja waħda li huwa x-xufier tal-Kummissarju tal-Liġijiet. Dan huwa persuna ta’ fiduċja tal-Kummissarju tal-Liġijiet u ilu jaqdi dan ir-rwol sa mill-2021.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Kuntratti ma’ kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u/jew kull entita li tagħmel parti mid-dekasteru tiegħi m’għandhomx kuntratti mal-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.

Qorti – Strong room — Oġġetti nieqsa

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa ta’ dak li ġie nieqes mill-istrong room tal-Qorti ta’ Malta mis-sena 2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18838.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Servizzi minn persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx tqabbdet biex tagħti s-servizzi tagħha direttament jew tramite kumpanija f'xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi u kemm tħallset tagħhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhuwiex possibbli li jkun magħruf jekk il-persuna li d-dettalji tagħha nagħtaw separatament għamlitx xi xogħol tramite xi kumpanija oħra. Madanakollu din il-persuna ma tqabbditx direttament biex tagħti servizz lill-entitajiet li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħi. Għal informazzjoni dwar l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari 19463.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2023?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W166.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W185.

Kunsill Konsultattiv dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jelenka lista ta' meta ltaqa' l-Kunsill Konsultattiv dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni minn mindu twaqqaf sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u min kien preżenti għal kull waħda mil-laqgħat?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar t’April 2024.

Servizzi minn persuna

Question

B’referenza għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid: i. Kemm-il inkjesta maġisterjali ħadmet jew qed taħdem, direttament jew tramite kumpanija? ii. Kemm tħallset fuq kull każ sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? iii. Fuq liema kriterji ġiet imqabbda din il-persuna? iv. Qattx saret sejħa għal interess ta' persuni oħra li jistgħu jimlew dan ir-rwol? v. Hemmx persuni Maltin li għandhom kwalifiki simili? vi. Qatt sar peer review tax-xogħol li twettaq din il-persuna? vii. Kif tiġi assigurata l-imparzjalità fix-xogħol li tagħmel din il-persuna fid-dawl li hija attivista? viii.F'każijiet fejn hemm bżonn l-istess tip ta' expertise, min huma l-persuni jew kumpaniji l-oħra li jagħmlu dan ix-xogħol u f'kull każ kemm tħallsu? ix. Liema xogħol ieħor ingħatat fil-Qrati tal-Ġustizzja?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li: i. Din l-informazzjoni ma tistax tingħata abbażi tal-artikolu 518 tal-Kap. 9. ii. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bil-ħlasijiet li saru lill-persuna msemmija. iii. Din il-persuna tkun ġiet maħtura b’nomina wara digriet tal-Maġistrati inkwirenti jew tal-Qorti. iv. Din hija prerogattiva tal-Maġistrat, għaldaqstant dan mhux kompitu tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati. v. L-espert jitqabbad wara nomina minn Maġistrat, għaldaqstant l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma titlobx din l-informazzjoni. vi. Ix-xogħol huwa parti mill-inkjesta fid-digriet tan-nomina li abbażi tal-artikolu 518 tal-Kap. 9 ma tistax tingħata informazzjoni. vii. Din hija fil-kompitu tal-Maġistrat li jkun innomina l-espert li jiċċekkja dan u mhux tal-Aġenzija. viii. Il-persuni u/jew kumpaniji oħra huma indikati fit-tabella annessa. ix. Din l-informazzjoni ma tistax tingħata għal dak li jirrigwarda kawżi ta’ ġuriżdizzjoni kriminali. Fir-rigward ta’ kawżi ċivili, l-imsemmija qatt ma ġiet maħtura bħala espert.

Il-Belt Valletta – Triq ir-Repubblika — Scaffolding

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-iscaffolding li hemm fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, faċċata ta' Starbucks, ilu hemm ħames snin mingħajr użu? Jista' jagħti informazzjoni fuq x’inhu l-użu ta' dan l-iscaffolding?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iscaffolding msemmi minnu jagħmel parti minn sit li huwa meqjus bħala sit ta’ kostruzzjoni.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Reklami fuq gazzetti - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura minn Jannar 2024 sat-3 ta’ Mejju 2024.

BCA – ħruġ ta’ permessi/concessions

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) ħarġitx permessi/concessions biex isir xogħol ta' twaqqigħ, skavar, bini eċċ., billejl matul is-sena 2024 fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Jekk iva, jista' jgħid meta ħarġu l-permessi/concessions, fejn inħarġu l-permessi/concessions, f'liema ġranet u ħinijiet inħareġ kull wieħed minn dawn il-permessi/concessions, għal liema xogħol inħareġ il-permess u x'kienet ir-raġuni li dan ix-xogħol sar billejl u mhux filgħodu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtoritá tal-Bini u l-Kostruzzjoni ħarġet permess/konċessjoni, sabiex isir xogħol ta’ tindif ta’ materjal li rriżulta mit-twaqqiegħ ta’ bini fi Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar. Dan il-permess/konċessjoni ingħata għal żewġt iljieli ta’ bejn is-7 u t-8 ta’ Mejju 2024 bejn il-11:00 u l-05:00, u dan wara li kkunsidrat li diġa kienu nħarġu permessi għall-istess xogħol fl-istess ġranet u ħin minn awtoritajiet konċernati oħra. L-Awtorità tat struzzjonijiet lill-applikant sabiex, minn jumejn qabel jitwaħħlu avviżi fil-viċinanza sabiex ikunu nfurmati l-ġirien.

Qorti – Rakkomandazzjonijiet għal tibdil biex jiġu aġġudikati kumpensi għal danni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18745 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport jew rakkomandazzjonijiet li kienu saru mill-Kummissjoni li kienet tħabbret li twaqqfet lura f'April 2014, biex tirrakkomanda tibdil fil-mod kif il-Qrati jaġġudikaw kumpens għal danni inkluż danni morali, immexxija mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u l-membri li d-dettalji tagħhom ukoll qed jingħataw separatament?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Talbiet għal Avukati tat-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16221 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il darba mis-sena 2015 sal-aħħar tas-sena 2023, sena b’sena, il-Pulizija talbet lill-Qorti sabiex jinħatar Avukat tat-Tfal sabiex jassisti f’każijiet fejn il-minuri huma vittma, skont l-Artikolu 14 ta’ Kap. 539 (Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalità)? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn in-nomini kienu jirrigwardjaw Avukati tat-Tfal u kemm kienu Avukati tal-Għajnuna Legali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16222.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Artikli u opinjonijiet fuq gazzetti - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn l-artikli kienu intervisti jew rapporti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interepellant li mill-bidu ta’ Jannar sal-aħħar t’April 2024 kien hemm din in-nefqa li ġejja fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti. Isem tal-entità Deskrizzjoni tal-artiklu Isem tal-Gazzetta Perjodu meta xxandar Nefqa esk VAT Intervista jew rapport? Building Construction Agency 2024: The game-changing year in building and construction Malta Today on Sunday 31 ta' Marzu €500 Artiklu

Kummissarji għall-Ġustizzja — Appelli pendenti minn sentenzi mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli pendenti minn sentenzi mogħtija mill-Kummissarji għall-Ġustizzja sal-aħħar ta’ Marzu 2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ appelli pendenti minn sentenzi mogħtija mill-Kummissarji għall-Ġustizzja sal-aħħar ta’ Marzu 2024 kien ta’ erbat elef u tmienja u tmenin (4088) fil-Qorti ta’ Malta u dsatax (19) fil-Qorti ta’ Għawdex.

Kunsill Konsultattiv dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kunsill Konsultattiv dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni fil-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-informazzjoni mitluba.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew implimentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li dik id-Direttivi li taqa’ taħt il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u li għandha terminu ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fis-sena 2024 hija s-segwenti: Direttiva Skadenza Direttiva 2022/431 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol. 05/04/2024 Din id-Direttiva ġiet trasposta fil-liġi nazzjonali u għalhekk m’hemm l-ebda Direttiva li għadha pendenti

Qorti – Strong room — Oġġetti nieqsa

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 18338 u 18626 fejn il-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17750, peress illi f’din it-tweġiba ma hemmx l-informazzjoni mitluba, jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kulma ġie nieqes mill-istrong room tal-Qorti ta’ Malta mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jagħti lista sħiħa ta’ dawn l-oġġetti li ġew nieqsa?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dwar din il-mistoqsija li qiegħed jagħmel ripetutament jien diġà tajt l-informazzjoni rilevanti illi fiċ-ċirkostanzi setgħet raġjonevolment tingħata. Għalhekk, filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant ukoll għall-Ordni Permanenti 27(9) tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra dwar ripetizzjoni ta' domandi, nerġa' nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17750.