Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm persuni kellhom warrant sabiex jipprattikaw ta’ nutar sospiż/irtirat, sena b’sena, mis-sena 2000 sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li Nutar sospiż ma jitlifx il-warrant iżda ma jistax jippratika ta’ Nutar. Nutar irtirat jirrinunzja għall-warrant u ukoll ma jistax jippratika iktar.
Qed nannetti lista b’numri li jindikaw kemm Nutara ġew inabiltati milli jeżerċitaw il-professjoni Nutarili kif ukoll dawk in-Nutara li rtiraw il-warrant wara li ġew sospiżi u għaldaqstant ma jistgħux jipprattikaw ta’ Nutar.
SenaNumru ta’ Nutara
2000
2001
2002
2003
2004
20051
2006
2007
2008
2009
2010
2011
2012
2013
20141
20152
20161
20171
20181
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7660, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu s-sentenzi mogħtija lil dawk l-1,759 ġenitur li ġew akkużati li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola mingħajr raġuni valida fil-perjodu 2016 – 2017?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-metodu/tender ta’ ġbir ta’ skart mill-kunsilli lokali hux se jgħaddi mingħandhom għal għand ir-Reġjuni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-Ministeru, flimkien ma’ dak responsabbli mill-Ambjent, qiegħed jiffinalliza pjan ta’ strateġija dwar l-immaniġġar tal-iskart f’pajjiżna, u li fih qed ikunu studjati metodi li jinkludu l-ġbir ta’ skart fuq bażi reġjonali, fejn il-Kunsilli Lokali jibqgħu parti ntegrali mir-responsabilità li għandhom bħalissa.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jistenna biex jagħmel l-emendi neċessarji wara s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali ta’ Mejju 2016 rigward u kontra l-Awtorità tal-Kompetizzjoni, biex wara sentejn l-awtorità li suppost tħares il-kompetizzjoni ġusta u tiġġieled dik inġusta, ikollha s-snien timponi multi jew pieni li ma jiksrux id-drittijiet tal-bniedem?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7092.
Organizzazzjonijiet Volontarji – għajnuna għal tkabbir tal-kapaċitajiet operattivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7147 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, wara li l-mistoqsija parlamentari 6618 oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u li issa ġew riferuti lilu u jgħid x’tip ta’ għajnuna ġiet mogħtija lill-Organizzazzjonijiet Volontarji sabiex ikabbru l-kapaċitajiet operattivi tagħhom f’dawn l-aħħar ħames snin u sal-aħħar ta’ Mejju 2018? Liema huma dawk l-Organizzazzjonijiet Volontarji li mhumiex qed jagħtu rendikont fil-ħin kif obbligati bil-liġi li jagħmlu?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rispons kien hemm għal konsultazzjoni pubblika li nħarġet fl-10 ta’ Awwissu 2018 fir-rigward tal-emendi proposti għal Att dwar il-Kompetizzjoni, Kap. 379? Jista’ jelenka l-persuni jew l-entitajiet li wieġbu għal din il-konsultazzjoni u meta ser jiġi ppubblikat l-abbozz in segwitu għal proposti magħmula fl-imsemmija konsultazzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm ħames (5) risposti għal konsultazzjoni. Dawn kienu:
1. Mamo TCV Advocates
2. Consumers Association
3. American Bar Association
4. Rappreżentant mill-European Commission's Services.
Ġie riċevut wkoll rispons mingħand persuna privata li tixtieq tibqa anonima.
Bħalissa qed jiġi meqjus ir-rispons riċevut sabiex naraw hemmx lok għal xi tibdil fl-abbozz, biex b’hekk jiġi ffinalizzat u ppreżentat fil-Parlament.
Ir-rapport dwar ir-rispons li rċeviet l-Awtorità f’dan ir-rigward mistenni li jiġi ppubblikat sal-aħħar ta’ Novembru. Wieħed irid jieħu kont ukoll ta' żviluppi ġurisdizzjonali ricenti ħafna.
Direttorat għall-Ilmenti u l-Medjazzjoni – każijiet trattati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ittratta d-Direttorat għall-Ilmenti u l-Medjazzjoni bħala entità tal-ADR residwa fl-ambitu ta’ LS 378.19 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija,? Jekk kien hemm xi każijiet f’dan ir-rigward, jista’ jelenka wieħed wieħed dwar xiex kienu jittrattaw?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-ġurnata tat-tnedija tal-LS 378.19 sal-31 ta’ Ottubru 2018, id-Direttorat fil-kapaċità tiegħu ta’ entità tal-ADR residwa, tratta tlett każijiet. Dawn kienu jittrattaw reżoluzzjoni għal diżgwid fuq servizz ta’ telekomunikazzjoni, tqegħid ta’ madum u tiswija ta’ karozza.
Matul l-istess perjodu, d-Direttorat tratta wkoll 1522 każ abbażi tal-proċedura ta’ medjazzjoni mandatorja skont l-artikolu 23(4) tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378 tal-liġijiet ta’ Malta.
Qorti ta’ Malta – każijiet kriminali u ċivili li ilhom aktar minn ħames snin
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7466 u jgħid kemm hemm każijiet:
a) kriminali u
b) ċivili
fil-Qorti ta' Malta li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin?
Jista’ jagħti din l-informazzjoni f’statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar.
Qorti ta’ Malta – każijiet kriminali u ċivili li ilhom aktar minn għaxar snin
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7467 u jgħid kemm hemm każijiet:
a) kriminali u
b) ċivili
fil-Qorti ta' Malta li ilhom għaddejjin għal aktar minn għaxar snin?
Jista’ jagħti din l-informazzjoni f’statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar.
Qorti ta’ Għawdex – każijiet kriminali u ċivili li ilhom aktar minn ħames snin
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7468 u jgħid kemm hemm każijiet:
a) kriminali u
b) ċivili
fil-Qorti ta' Għawdex li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin?
Jista’ jagħti din l-informazzjoni f’statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar.
Qorti ta’ Għawdex – każijiet kriminali u ċivili li ilhom aktar minn għaxar snin
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7469 u jgħid kemm hemm każijiet:
a) kriminali u
b) ċivili
fil-Qorti ta' Għawdex li ilhom għaddejjin għal aktar minn għaxar snin?
Jista’ jagħti din l-informazzjoni f’statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar.
Qrati ta’ Malta u Għawdex – każijiet li ihom pendenti aktar minn 450 jum
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7470 u jgħid globalment, kemm hemm każijiet fil-Qrati ta' Malta u Għawdex li ilhom pendenti għal aktar minn 450 jum?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar.
Marsaskala – Ċentru Edukattiv tal-Kunsill Lokali — servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi qegħdin jingħataw fiċ-Ċentru Edukattiv tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala? X’għandha tagħmel persuna biex tagħmel użu minn xi wieħed minn dawn is-servizzi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li joffri bosta servizzi fiċ-Ċentru ta’ Taħriġ. Min hu nteressat għandu javviċina lill-Kunsill. Fosthom hemm:
• Servizz tal-LEAP b’bosta servizzi fosthom it-tqassim tal-ikel lil nies fil-bżonn;
• Korsijiet tal-kompjuter kemm;
• Korsijiet tal-lifelong learning;
• Inizjattiva favur il-qari ‘Aqra Miegħi’ għat-tfal, bil-Malti u l-Ingliż;
• Servizz ta’ counselling;
• Privat tal-Maths b’xejn għall-Maths O level;
• Support group disability darba fix-xahar; u
• Inizjattiva ‘Għaqal id-Dar, Ħajja Aħjar’.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – servizzi ta’ konsulenza minn individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor interpellant li l-ebda entita’ jew dipartiment mill-Ministeru tiegħi ma impjega lil persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7199, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma tinżammx statistika ta’ każijiet li jiġu preskritti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx statistika ta’ każijiet preskritti peress illi meta kawża tkun ġiet preskritta, din tiddaħħal fis-sistema bħala terminata/deċiża, kif jiddaħħlu l-kawżi kollha li jiġu terminati/deċiżi.
Spiża ta' inkjesta maġisterjali u seduti tal-Qorti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża fuq l-inkjesta maġisterjali u s-seduti tal-qorti tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt 16 t’Ottubru 2017 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli l-Ministru jagħti dettalji ta’ fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-ispejjeż fuq l-inkjesta maġisterjali (sall-lum) jammontaw għal €136,465.38, kif elenkat fid-dokument li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tas-seduti tal-qorti sallum kien hemm medja ta’493 siegħa u l-ispejjez jammontaw għal ċirka €20,456.54.
Spiża ta' inkjesta maġisterjali u seduti tal-Qorti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża fuq l-inkjesta maġisterjali u s-seduti tal-qorti tal-qtil brutali tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt 5 ta’ Diċembru 1986 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli jista' l-Ministru jagħti dettalji ta’ fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
L-inkjesta fir-rigward tal-persuna msemmija tmur lura għas-sena 1986 u ċioe tnejn u tletin sena ilu. L-inkjesta fil-fatt ilha għadejja sa minn dak iż-żmien. Dak iż-żmien l-ispejjeż inkorsi mal-inkjesti kienu jiddaħħlu f’reġistru b’mod manwali skont id-data li fiha l-esperti jippreżentaw ir-rapport tagħhom tul il-firxa wisgħa tas-snin u ma kienx isir elenku separat tal-ispejjeż skont l-inkjesta speċifika. Għalhekk mhux possibbli f’dan l-istadju li jiġu rintraċċati l-ispejjeż inkorsi mal-imsemmija nkjesta.