Legislature:
Category:
Reset
Active:

Nadur/Qala — Triq il-Qala - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq il-Qala, minn Nadur għall-Qala? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirefferi għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 24153.

Għawdex — Skola Sekondarja - Handyman

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser ikun hemm ingaġġ ta’ handyman fl-Iskola Sekondarja tal-Gvern ta' Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Maintenance Unit tal-Education li taqa’ taħt il-Ministeru għal Għawdex u l-Ipjannar tagħmel il-manutenzjoni li jkun hemm bżonn fl-iskejjel kollha ta’ Għawdex.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-direct orders kollha li huwa awtorizza matul is-snin 2022, 2023 u 2024? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-proċeduri ta’ akkwisti spjegati fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku għaliex l-awtorizzazzjoni tad-direct orders mhux fir-responsabbilità tiegħi. Għaldaqstant il-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull xiri li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Ix-Xewkija — Ta’ Xħajma - Proġett tal-Park and Ride

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24141 dwar il-proġett tal-Park and Ride f’Ta’ Xħajma fix-Xewkija, Għawdex, jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljat tal-affarijiet kollha li baqa’ jsiru fuq dan il-proġett biex ikun lest minn kollox? Jista’ jgħid kemm huma stmati li se jiġu jiswew l-affarijiet kollha li baqgħalhom isiru?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li għad fadal mexjin b’ritmu tajjeb. Kif ingħad fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24141, dan il-progett mistenni jkun lest lejn l-aħħar tas-sena 2025.

Il-Qala – Triq Taċ-Ċawl – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'għamel s'issa u x’beħsiebu jagħmel fil-futur qarib dwar Triq Taċ-Ċawl, fil-Qala Għawdex, peress li f’dawn l-aħħar xhur parti minn din it-triq kompliet iċċedi u tisfronda? Jista’ jgħid jekk fil-preżent hemmx periklu għan-nies/bdiewa u għall-vetturi li jgħaddu minn din l-imsemmija triq? Jista' jgħid ukoll jekk marx perit tal-Gvern fuq il-post u x'ġie deċiż?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li Perit tal-Gvern mar fuq il-post.

Ta' Ċenċ — Żewġ ġibjuni prinċipali tal-WSC - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22446, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma x-xogħlijiet l-oħrajn li huma ppjanati li jsiru fl-istess żona ġewwa Ta’ Ċenċ? Jista’ jgħid ukoll meta huma maħsuba li jinbdew u li jitlestew biex wara jkun jista’ jsir il-kisi tat-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Awtorità tal-Ippjanar u MEPA – Kapijiet eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi tal-Awtorità tal-Ippjanar jew MEPA mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella ta’ hawn taħt. Isem Kariga Data tal-bidu tal-kariga Data ta' tmiem il-kariga Ian Stafrace Chief Executive Officer 21/03/2011 24/04/2013 Johann Buttigieg Chief Executive Officer 03/06/2013 03/04/2016 Johann Buttigieg Executive Chairman 04/04/2016 29/11/2019 Martin Saliba Executive Chairman 02/12/2019 01/12/2022 Oliver Magro Executive Chairman 02/12/2022 12/01/2025 Johann Buttigieg Executive Chairman 13/01/2025 Ħatra għadha fis-seħħ

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni (traffic fine) weħel il-Ministeru tiegħu minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fuq liema karozza ħarġet tali ċitazzjoni, min kien qed isuq il-karozza u x'pożizzjoni għandu fil-Ministeru tiegħu, kemm ammontaw fi flus u minn min tħallsu dawn iċ-ċitazzjonijiet; jekk hux mill-persuna li għamlet il-kontravenzjoni jew minn fondi pubbliċi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures. Dan il-manwal jagħti linji gwida dwar kif għandhom jiġu trattati ċ-ċitazzjonijiet tat-traffiku relatati ma’ Karozzi tal-Gvern, inkluż il-ħlas taċ-ċitazzjoni.

Ministeru għal Għawdex — EU Affairs, International Affairs u Policy Coordination

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent u f'dawn l-aħħar xhur u snin, taħt liema Direttorat/Direttorati kienu jaqgħu l-EU Affairs, International Affairs u Policy Coordination fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar snin l-EU Affairs, International Affairs u Policy Coordination fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar kienu jaqgħu taħt id-Direttorat tal-Policy Development and Programme Implementation.

In-Nadur Għawdex — Triq Xandriku - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23862 fl-intier tagħha u jgħid x’inhu r-rwol tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar fix-xogħlijiet li nbdew f’dawn l-aħħar ġranet fi Triq Xandriku fin-Nadur? Jista’ jgħid ukoll jekk hux se jinbidlu s-servizzi kollha; jekk hux se jsir service culvert għas-servizzi; u jekk hux ser isiru bankini ġodda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet qegħdin isiru mill-Water Services Corporation.

Il-Fontana — Triq tal-Għajn u l-Qalb ta' Ġesù - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq tal-Għajn u Triq il-Qalb ta' Ġesù, fil-Fontana? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru diskussjonijiet mal-kunsill lokali kif ukoll qed isiru diskussjonijiet mal-entitajiet ikkonċernati sabiex imbagħad ikun jista’ jibda l-proċess sabiex isiru.

Ta’ Kerċem — Triq Wied il-Lunzjata - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq Wied il-Lunzjata, fid-daħla ta' Kerċem? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li ġejjin ħierġa t-tender għal geological investigations fil-Wied tal-Lunzjata.

Marsalforn — Triq il-Qbajjar - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq il-Qbajjar, f’Marsalforn? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin f’diskussjonijiet mal-entitajiet ikkonċernati.

L-Għasri — Triq iż-Żebbuġ - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq iż-Żebbuġ, fl-Għasri? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li bħalissa l-Ministeru qed jaħdem sabiex tinħareġ sejħa għall-offerti għall-studji u l-preparamenti ta’ dokumentazjoni meħtieġa sabiex toħroġ it-tender għax-xogħlijiet.

Iż-Żebbuġ, Għawdex — Triq il-Knisja - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jinbeda xi xogħol fi Triq il-Knisja, iż-Żebbuġ Għawdex? Jekk iva, meta ser jibda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Ministeru qed jaħdem biex tinħareġ sejħa għall-offerti għall-studji, u kif ukoll il-preparamenti ta’ dokumentazzjoni meħtieġa, biex toħroġ it-tender għax-xogħlijiet.

Awtorità tal-Ippjanar — Enforcement Unit - Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24429 u 24666 u jipprovdi lista' ta' lmenti li saru mal-Enforcement Unit tal-Awtorità tal-Ippjanar u li għadhom mhux solvuti, maqsuma lokalità b’lokalità u ilhom miftuħin: i. aktar minn ħames snin; ii. bejn sentejn u ħames snin; u iii. inqas minn sentejn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tal-Ippjanar — uffiċjali li jagħu servizz ta' customer care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar illi jagħtu servizz ta' customer care, jew jilqgħu l-ilmenti tan-nies, ġewwa l-binja tal-Ministeru f'Għawdex barra l-ħinijiet tal-uffiċċju?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm ebda uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar li jaħdmu ġewwa l-binja tal-Ministeru f’Għawdex. Ninfurmaħ ukoll li lmenti dwar żvilupp illegali, jintlaqgħu bit-telefon direttament mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Kariga ta’ Direttur Ġenerali (Major Projects)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hi/hu l-persuna li fil-preżent u f'dawn l-aħħar ġimghat u xhur qed tokkupa l-kariga ferm importanti għal Għawdex u għall-Ministeru tiegħu ta' Direttur Ġenerali (Major Projects) fi ħdan il-Ministeru tiegħu u kif ġiet magħżula? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-persuna hijiex fuq bażi ta' 'acting' jew inkella ntgħażlitx b'mod permanenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ta’ Għawdex u l-Ippjanar ma hawn l-ebda uffiċjal - la fuq bazi ta ‘acting’ u lanqas b’mod permanenti - li jokkupa l-kariga ta’ Direttur Ġenerali (Major Projects).

Skema tal-Ħaddiema fil-Komunità (CWS) — Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar mill-Iskema tal-Ħaddiema fil-Komunità (CWS) assenjati miegħu mal-Ministeru tiegħu ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x’inhu x-xogħol li qed jiġi assenjat kull wieħed minn dawn il-ħaddiema?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.