Legislature:
Category:
Reset
Active:

qasam tal-manifattura u kostruzzjoni — informazzjoni fuq ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7200 u jgħid kemm intilfu impjiegi xahar b'xahar f'dawn l-aħħar sitt xhur fl-oqsma tal-manifattura settur b'settur, kif ukoll fil-qasam tal-kostruzzjoni? Kemm minn dawn kienu jaħdmu part time u b'kuntratt temporanju separatament? Jista' jingħata breakdown skont: a) l-età tal-persuni? b) l-iskills tal-persuni? ċ) in-nazzjonalità tal-persuni? d) kemm kienu refuġjati?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

qasam tal-manifattura — informazzjoni fuq ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7196 u jgħid fil-qasam tal-manifattura x'inhi l-medja tan-numru ta' sigħat tax-xogħol fil-ġimgħa, settur b'settur bħalissa? Kemm jirriżulta li hemm ħaddiema fuq leave bla ħlas fl-istess qasam, settur b'settur kif ukoll fil-qasam tal-industrija tal-kostruzzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

ħaddiema li jaħdmu għar-rashom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7193 u jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom f'pajjiżna? Jista' jingħata breakdown skont: a) l-età tal-persuni? b) in-nazzjonalità tal-persuni? ċ) is-settur partikolari?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dħul ta' VAT — Oġġetti tal-informatika u computers

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6602, jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien id-dħul tal-Gvern mit-taxxa tal-VAT fuq il-prodotti tal-informatika, computers u ammonti oħra ta' VAT koperta taħt l-istess kategorija għall-fini ta' VAT?

Response (FENECH, TONIO)

Kif diġa ġie spjegat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6602 mhux possibli li jingħata t-tagħrif fil-format kif mitlub.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6927, 6617, 6208, 6118, 5820, 5580 u 5123 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6927, 6617, 6208, 6118, 5820, 5580 u 5123 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5123.

Dipartiment tal-artijiet — Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu saru applikazzjonijiet mad-Dipartiment tal-Artijiet biex jiġu rikonoxxuti l-inkwilni f’artijiet proprjetà tal-Gvern fl-iskema tas-sena 2002? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew proċessati sal-lum? Għal liema raġunijiet ċerti applikazzonijiet tal-iskema tas-sena 2002 għadhom pendenti? U, peress illi dawk li għadhom qed jiġu proċessati, għal liema dewmien ma jaħtux huma, humiex ser jiġu eżentati mir-reviżjoni u awment fl-ammont għall-fidi taċ-ċens gravanti l-proprjetà tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Qormi — Bir id-Deheb fin - skema HOS

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-kuntratti tad-djar tal-Gvern min-naħa tal-Awtorità tad-Djar li kienu jaqgħu taħt l-iskema tal-HOS li jinsabu fi Triq id-Deheb Fin, f'Ħal Qormi li ħafna minnhom għadhom fuq l-att tal-konvenju mal-Gvern? Jista' jgħid kif din il-problema tista' tiġi riżolta għal dawn il-familji li jixtiequ li jifdu anke ċ-ċens li għandhom fuq l-art?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art fi Triq id-Deheb Fin, Ħal Qormi, li fuqha nbnew id-djar taħt l-iskema tal-HOS kienet ġiet dikjarata mill-Gvern bħala meħtieġa għal skop pubbliku. L-akkwist ta’ l-art għadu ma ġiex iffinalizzat peress li s-sidien għadhom ma tħallsux il-kumpens dovut lilhom. Meta l-kumpens lis-sidien jitħallas, l-art fuq liema hemm mibnija dawn id-djar, tiġi mgħoddija lill-Awtorità tad-Djar sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jiffinalizzaw il-kuntratti tal-fidi taċ-ċens.

Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma kemm ġew utilizzati fondi mill-Unjoni Ewropea li attwalment issarrfu f'nefqa mill-Gvern fis-sena 2007 u fis-sena 2008 u fl-ewwel xahrejn tas-sena 2009?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Riċessjoni f'Malta

Question

Peress li pajjiżna issa jinsab f'riċessjoni, jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub mill-Gvern li Malta ser toħroġ mir-riċessjoni? X'inhuma l-pjani tal-Gvern u x'qiegħed attwalment iwettaq biex il-pajjiż joħroġ malajr mir-riċessjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ekonomija Maltija hija waħda miftuħa ħafna u għalhekk hija esposta għaċ-ċiklu ekonomiku u finanzjarju nternazzjonali. L-aħħar tbassir ekonomiku mid-diversi istituzzjonijiet internazzjonali juri li hemm ċans li ħafna mill-ekonomiji l-kbar jibdew jirpiljaw lejn l-ahhar ta’ din is-sena jew kmieni s-sena d-dieħla. Imma, ta’ min jgħid li l-qagħda ekonomika għadha fraġli u fluwida ħafna u għalhekk huwa diffiċli li tgħid li dak li qiegħed jitbassar se jseħħ kif previst. Naturalment, jekk is-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali titjieb, Malta għandha tgawdi minnha wkoll. Il-Gvern ppreveda l-qagħda ekonomika attwali meta fassal il-baġit għal din is-sena u għalhekk ħaseb għal programm qawwi ta’ nvestiment kif ġej: (a) xogħolijiet infrastrutturali – 124 miljun ewro; (b) proġetti ambjentali – 61 miljun ewro; (c) titjib fil-ħiliet tal-poplu tagħna (apparti l-qasam edukattiv) – 58 miljun ewro; (d) enerġija alternattiva u l-użu efficjenti tal-enerġija – 30 miljun ewro; (e) inċentivi lill-intrapriżi u promozzjoni akbar lis-setturi ekonomiċi tagħna, inkluż it-turiżmu – 47 miljun ewro; (f) miżuri li jinċentivaw ix-xogħol u li jħallu aktar flus fi bwiet in-nies. Iżda apparti dan, il-Gvern kompla bil-ħidma tiegħu u fassal numru ta’ strateġiji oħra li jinċentivaw u jsostnu x-xogħol f’pajjiżna. Għaldaqstant, kull fejn ikun meħtieġ, il-Gvern qiegħed jgħin lill-intrapriżi li jkunu għaddejjin minn xi diffikultajiet u li għandhom futur u li lesti jkomplu jinvestu f’pajjiżna. Dan diġa sar b’suċċess ma’ numru ta’ ntrapriżi fil-qasam tal-manifattura.

Nefqa kapitali tal-Gvern

Question

Peress li fid-diskors tal-budget il-Ministru kien saħaq fuq nefqa kapitali akbar biex tilqa' għar-riċessjoni, x'inhi r-raġuni li n-nefqa kapitali tal-Gvern fl-ewwel xahrejn tas-sena 2009 kienet madwar €15 miljun anqas mill-ewwel xahrejn tas-sena 2008? X'inhuma n-nefqiet kapitali li l-Gvern ser jimplimenta fis-sitt xhur li ġejjin u meta ser jinbdew attwalment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-raġunijiet għan-nefqa anqas fl-ewwel xahrejn tal-2009, hekk kif ipparagunat ma’ l-istess xhur fl-2008, huma prinċipalment minħabba nefqa kapitali għat-tlestija tal-proġett ta’ l-isptar Mater Dei u minħabba akkwist ta’ ishma fil-Malta Exchange Holdings plc, liema spejjeż seħħew fl-ewwel xahrejn tas-sena 2008 u ma reġax sar infiq simili fl-2009. L-infieq kapitali li huwa mistenni li jseħħ fis-sitt xhur li ġejjin u għall-bqija tas-sena huma kif iddettaljati fl-Estimi Finanzjari tal-2009.

Tribunal għat-talbiet tal-konsumaturi

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 7167 u 7172 illi jindikaw kemm ġew preżentati kawżi quddiem it-tribunal għat-talbiet tal-konsumatur, kif ukoll in-numru ta' kawżi li ġew deċiżi matul is-snin 2006-2008, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hux aċċettabbli illi jinħoloq dan il-back log kollu? X'riżorsi qed jingħataw lil dan it-tribunal biex ma jkunx hemm daqstant kawżi pendenti?

Response (FENECH, TONIO)

Peres li n-numru ta’ każijiet riferuti lit-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur kiber b’mod sostanzjali f’dawn l-aħħar xhur qed jiġi kkunsidrat jekk għandiex tissaħħaħ l-amministrazjoni tat-Tribunal bien jitnaqqas il-back log li hemm.

Ċimiterji fil-Mosta — art tal-gvern jew tal-Knisja

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6993, jista' l-Ministru janalizza r-risposta mogħtija mal-informazzjoni li qed tidher separatament. Din il-mistoqsija qed titpoġġa sabiex għall-fini ta' riċerka u storja jkollna risposta partikolari li tkun konformi mal-istorja. Għalhekk jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-informazzjoni tal-Gvern fir-rigward tal-informazzjoni li qed tidher separatament ma' din il-mistoqsija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern m’għandha l-ebda indikazzjoni li ċ-ċimiterji li kienu jinsabu maġenb iż-żewġ kappelli imsemmija fid-dokumentazzjoni ppreżentata huma jew kienu proprjeta’ tal-Gvern.

VAT fuq tilqim

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk it-tilqim, per eżempju dak li jingħata lit-tfal, hux suġġett għall-VAT? Jekk fl-affermattiv, għaliex it-tilqim m'huwiex ikkonsidrat bħal mediċini oħra u għalhekk ma jiġix suġġett għall-VAT? L-impożizzjoni ta’ VAT fuq it-tilqim hija deċizjoni li ħa l-Gvern Malti minn rajh jew toħroġ mill-mod kif saru n-negozjati għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea? It-tilqim kien fost il-mediċini li l-Gvern Malti talab lill-Unjoni Ewropea biex ma jżommx VAT fuqhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta — Ċimiterji antiki

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanti li juru fejn kienu ċ-ċimiterji fil-Mosta u fil-limiti tal-Mosta sa 50 sena ilu? Jista' jgħid jekk dawn l-artijiet li kienu jew għadhom jintużaw bħala ċimiterju kenux art tal-gvern jew art tal-Knisja jew privata?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6993.

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja' - ażjendi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5585 u jagħti lista ta' ażjendi li llum qegħdin joperaw fil-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5585.

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja' - ażjendi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5832 u 5585 u jagħti lista ta' ażjendi li llum qegħdin joperaw fil-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5585.

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja' - ażjendi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6052, 5832 u 5585 u jagħti lista ta' ażjendi li llum qegħdin joperaw fil-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5585.