Legislature:
Category:
Reset
Active:

Toroq fil-Hamrun — Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkompli l-iskema ta' asfaltar ta' toroq residenzjali madwar Malta u Għawdex? Jista' jgħid ukoll meta se jkunu asfaltati Triq Eugenio Borg u Triq Wenzu Dyer fil-Hamrun?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fix-xhur li għaddew l-ADT bniet mill-ġdid Triq Oscar Zammit, Triq Roger Debattista u Sqaq il-Kubrit (il-parti ta’ fuq u il-parti t’isfel) fil-lokalita’ tal-Ħamrun. L-ADT qegħda tkompli bil-programm ta’ bini ta’ toroq madwar Malta skond kif kien imħabbar. Triq Eugenio Borg u Triq Wenzu Dyer huma fil-lista ta' toroq li għandhom isiru.

Qormi — Tappiera tal-ħadid

Question

Jista' l-Ministru jara li t-tappiera tal-ħadid ta' l-Enemalta fi Triq il-Vittorja, Hal Qormi li tinsab quddiem il-post li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, tiġi rranġata minħabba l-ħsejjes li qed tikkawża?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tappiera indikata mill-Onor Interpellant ma taqax taħt ir-responsabilita tal-Korporazzjoni Enemalta.

Kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan il-post vojt li jinsab f'Hal Qormi, u li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, qed jintbagħtu fih kontijiet tad-dawl u l-ilma meta s-servizzi ilhom maqtugħa sa mill-1990? Jista' jara li s-sid ma jibqax jirċievi dawn il-kontijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fuq dan il-kont m’hemm xejn li jindika li l-meters tad-dawl u l-ilma inqalgħu mill-post. Għalhekk il-kirjiet tal-meters huma applikabbli. Il-persuna indikata mill-Onor Interpellant tist' titlob li ssir spezzjoni tal-post mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Valletta — Irranġar ta' bankina

Question

Jista' l-Ministru jara li titranġa l-bankina fi Triq il-Lvant kantuniera ma' Taraġ Nix Mangiari l-Belt peress li minkejja li mhix f'parti residenzjali tinsab biswit Victoria Gate fejn jgħaddu ħafna Maltin u turisti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Enemalta — Prezz taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Enemalta qed tieħu passi minn qabel, u għal kemm tul, biex tixtri ż-żejt b'mod li kemm jista' jkun ma tintlaqatx ħażin mill-prezz dejjem tiela' taż-żejt, li jidher li se jkompli jogħla fix-xhur li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Infrastruttura, Trasport u Edukazzjoni — Nies impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Ħaddiema part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Jista' jagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta — Triq il-Kungress Ewkaristiku

Question

Jista' l-Ministru permezz ta' l-ADT jara jekk il-water culvert fi Triq il-Kungress Ewkaristiku, l-Mosta huwiex ta' periklu kemm għall-karozzi kif ukoll għal min ikun qed isuq r-rota?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-jiem li għaddew saru l-ispezzjonijiet meħtieġa fuq il-post u t-tiswijiet meħtieġa qegħdin jingħataw prjorita' fil-programm ta' xogħolijiet li għandna ppjanati.

Bankini — Standards ta' kwalita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ADT għandhiex standards ta' kwalita' li bihom għandhom jinbnew l-bankini? Jekk ir-risposta hija negativa, tista' l-ADT tara li jkollha standards ta' kwalita' għall-bankini? Jekk ir-risposta hija fil-pożittiv, jista' jara li l-bankini li għandna fil-komunitajiet tagħna jkunu spezzjonati u li jekk mhumiex mibnija skond standards ta' kwalita' jerġgħu jibnew mill-ġdid?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-istandards ta’ l-ADT huma ibbazati fuq l-LN364 – 2003. Kull kunsill lokali kif ukoll L-ADT huma fid-dmir li fir-rikostruzzjoni ta’ toroq ġodda li nbnew mid-data tal-LN jridu jkunu skond l-speċifikazzjonijiet tal-LN. Fin-nuqqas ta’ dan il-kuntrattur għandu jagħmel tajjeb għax-xogħol il-ħazin minn butu. Fil-Gimgħat li għaddew ħriġt Direttiva Ministerjali lill-ADT sabiex kull xogħol li jsir fit-toroq irid jibda jiġi ttestjat minn laboratorju indipendenti.

Wardija

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-arbli tad-dawl li twaħħlu fil-kampanja tal-Wardija, jinqalgħu u minflok il-cablejitqiegħed taħt l-art?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dawn l-arbli gew installati biex jinbidlu l-arbli l-qodma li hemm f’din il-lokalita. Ir-residenti tal-Wardija u kif ukoll il-Kunsill Lokali kienu jafu b’dan ix-xoghol minn qabel u nbaghatitilhom stima ta’ cable taht l-art li jammonta madwar Lm6,000 imma dan ma giex approvat. Fiċ-ċirkustanzi tbiddlu l-arbli l-qodma u fl-istess ħin issaħħet l-infrasstruttura ta’ l-elettriku f’din il-lokalita minn single phase għal three phase.

Mobile workshop

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm hawn vannijiet jew karozzi f'Malta u Għawdex reġistrati bħala mobile workshop fl-aħħar seba' snin? Liema mudell ta' vann huma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li b'kollox, f'dawn l-aħħar seba' snin, ġew rreġistrati 37 vettura tat-tip mobile workshop b'dawn il-mudelli: 4 - DAF 1 - DENNIS 6 - FORD 3 - IVECO 12 - IVECO FORD 10 - LEYLAND 1 - MERCEDEZ BENZ

San Gwann — Triq in-Naxxar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq in-Naxxar, San Gwann taqax fir-responsabilita' tal-Gvern ċentrali jew inkella hux taħt ir-responsabilita' tal-kunsill lokali ta' San Gwann u dan fejn jirrigwardja ir-responsabiltajiet kollha devoluti lill-kunsilli lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Triq in-Naxxar, San Gwann hija triq distributorja skond il-klassifikazzjoni tat-toroq arterjali u distributorji li toħrog mill-Pjan ta’ Struttura għall-Gżejjer Maltin ta’ l-1992. Għalhekk din it-triq hija fir-responsabbilta’ ta’ l-ADT.

Sliema — Triq it-Torri

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani meta se jitkompla x-xogħol fi Triq it-Torri, Sliema li ġie mwaqqaf biex issir trinka ta' Enemalta għal ħanut partikolari? Jista' jinfurmani meta dan se jitkompla għaliex dan suppost diġa' sar u m'hemm l-ebda risposta bil-miktub minn uffiċjali tal-ADT għal mistoqsijiet tal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema u għar-residenti? Kienet ippjanata wkoll li ssir bankina ġdida ġo Triq it-Torri, Sliema li tagħti lejn ix-xatt, jista' jinfurmani meta dawn ix-xogħlijiet se jsiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dock Nru. 1 — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal ix-xogħol fuq il-proġett imwiegħed ta' Dock Nru. 1? Jista' jgħid jekk għandux xi target date ta' meta se jibdew ix-xogħlijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa L-Environmental Impact Assessment li issottometta il-Konsorzju qiegħed jiġi evalwat mil-MEPA waqt li konsultazzjonijiet mal-Konsorzju għadhom għaddejjin. M'hemmx target date ta' meta se jibdew ix-xogħolijiet għal issa.

Mosta — Toroq bit-tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq identifikati mill-ADT fil-lokalita' tal-Mosta biex jingħataw it-tarmac sa Mejju tas-sena li ġejja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-toroq fil-lokalita’ tal-Mosta li ġew identifikati sabiex jingħataw it-tarmac huma:- p/o Triq l-Inkurunazzjoni Triq Patri Avertan Fenech Triq Ferdinand Calleja Triq Gio dei Marchesi Mallia Tabone p/o Triq Alwetta Triq Salvu Barbara p/o Triq Htajriet (minn Triq St Antnin sa Vjal il-qalbiena Mostin) Naturalment dan il-pjan irid jimxi pari passu mal-fondi disponibbli u jekk ma jinqalgħux xi esiġenzi li jbiddlu l-prijoritajiet.

By-pass tal-Birguma — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-istima tax-xogħol li jeħtieġ isir biex il-by-pass tal-Birguma bejn in-Naxxar u l-Għargħur ikollha s-sistema tad-dawl? Jista' jieħu l-passi meħtieġa biex din it-triq imsemmija jkollha d-dawl tant meħtieġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Membri/Diretturi tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-elezzjoni ġenerali 2008 'l hawn min huma l-membri/diretturi tal-bord/entitajiet kollha li nħatru taħt il-ministeru tiegħu? Kif saret l-għażla? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal xi elezzjoni ġenerali? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal elezzjoni ta' xi kunsill lokali? Min minnhom kien u fil-preżent huwa Membru Parlamentari u min minnhom huwa kunsillier?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-waqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 95, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista bl-ismijiet tal-membri tal-Bordijiet li nħatru taħt id-dekasteru tiegħi mill-elezzjoni ‘l hawn. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi ma jkollux id-dettalji biex inwieġeb għall-kumplament tal-mistoqsija.