Legislature:
Category:
Reset
Active:

By-pass tal-Birguma — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 61 u jgħid x'inhi l-istima tax-xogħol li jeħtieġ isir biex il-by-pass tal-Birguma bejn in-Naxxar u l-Għargħur ikollha s-sistema tad-dawl? Jista' jieħu l-passi meħtieġa biex din it-triq imsemmija jkollha d-dawl tant meħtieġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 61.

ADT

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 35 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fil-lokalita' tagħhom kien qed isir xogħol f'toroq bla permess u li kellu jieqaf bħala riżultat ta' deċiżjoni li ħa l-Ministru? Tista' l-ADT tara li jitwaqqaf ix-xogħol kollu li kien qed isir bla permess?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Triq privata

Question

Jista' l-Ministru jindika x'inhi l-proċedura li għandha tiġi adottata f'każ li jkun se jsir żvilupp privat li jmiss ma' triq li għalkemm tintuża mill-pubbliku tkun għadha proprjeta' tal-privat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaddiema part time

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 214 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Jista' jagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Dewmien ta' xogħol fuq triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi saru fuq il-bini tat-triq ġdida fi Triq Valletta, li hemm ippjanata u tinsab faċċata ta' Triq il-Ħammieri, f'Ħal Qormi, minħabba li hemm diversi residenti ma jistgħux jidħlu jgħixu fid-dar tagħhom minħabba dan l-inkonvenjent? Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan id-dewmien kollu biex jinbeda x-xogħol fuq din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bormla — Irranġar ta' toroq

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 9, jista' l-Ministru jara li jitranġaw t-toroq użati minn vetturi kbar bħalma huma t-toroq arterjali Triq ix-Xatt u Triq it-8 ta' Diċembru, Bormla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tarġa Gap — Triq prinċipali

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-parti tat-triq prinċipali f'Tarġa Gap li għadha ma saritx, titlesta billi tinqala' u tinbena mill-ġdid u dan biex l-uniku ftit mijiet ta' metri li fadal mill-Airport sa San Pawl il-Baħar ikunu finalizzati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din il-biċċa triq qiegħda fil-pjani tal-ADT.

Mġarr — Tibdil ta' arbli

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex numru ta' arbli tad-dawl msaddin u mkissrin li hemm fit-telgħa tal-Palma l/o Mġarr jinqalgħu u jinbidlu ma' oħrajn ġodda, jew aħjar il-cable jgħaddi taħt l-art?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieg biex jinbidlu l-arbli msemmija diġa nbeda. Sebgħa (7) mill-ħdax (11) il-arblu li kellhom bżonn jinbidlu diġa nbidlu. Il-kumplament għandhom jinbidlu flimkien ma’ xogħolijiet oħra simili.

Żwiġijiet Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet ċivili f'Għawdex bejn persuni Maltin u persuni ta' nazzjonalita' barranija f'dawn l-aħħar tlett snin separatament? Jista' jindika s-sess u l-eta' tal-partijiet u jgħid jekk tweldux tfal minn dawn iż-żwiġijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.

Reġistru Pubbliku — Divorzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati divorzji fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex f'dawn l-aħħar tlett snin separatament u jindika l-pajjiżi ta' min fejn ġew ottenuti dawn id-divorzji?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Fondazzjoni Arka

Question

Peress li l-Fondazzjoni Arka u entitajiet oħra għall-skopijiet benefiċi għandhom ħafna spejjeż inkluż dawk tad-dawl u ilma u surcharge, hemm xi ħsieb li din il-fondazzjoni u entitajiet simili oħrajn jiġu eżentati mill-ħlas tas-surcharge jew jingħataw xi forma ta' għajnuna oħra in konnessjoni ma' dawn l-utilitajiet biex itaffu ftit mill-ispejjeż tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ħaddiema taċ-Ċivil — Aċċess għall-internet

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'qiegħed iżomm lill-istess gvern milli jipprovdi l-aċċess għall-internet lill-ħaddiema kollha taċ-Ċivil speċjalment dawk il-ħaddiema fejn l-apparat u l-aċċessorji diġa' kollha jeżistu bħalma huma l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li preżentament fis-Servizz Pubbliku hemm 6,257 persuna li għandha aċċess għal l-‘Internet’; dan huwa minn total ta’ 16,081 ‘knowledge workers’ fis-Servizz Pubbliku. Partikularment fil-qasam tas-saħħa, hemm 1,368 persuna li għandha aċċess għal l-‘Internet’ minn total ta’ 4,478 ‘knowledge workers’. Huwa fid-diskrezzjoni tal-ministeru jew tad-dipartiment partikulari min għandu jingħata aċċess għall-‘Internet’. Dan jiddependi fuq il-bżonnijiet li n-‘knowledge worker’ partikulari jkollu u fuq il-grad li l-istess persuna jokkupa.

Zebbuġ — Vjal il-Ħelsien

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq Vjal il-Ħelsien, Haż-Żebbuġ, Malta? Jista' jgħid jekk id-disinn ta' din it-triq hux ser ikun identiku għal dak preżenti jew jekk hux ser ikun hemm disinji ġodda? Jekk ser ikun hemm disinji ġodda, jista' jagħti d-dettalji ta' tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sa llum tlesta ‘survey’ bil-livelli eżistenti u saru pjanti ġodda li jinkludu l-livelli proposti biex titranġa l-‘cross slope’ tat-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Saru wkoll laqgħat ta’ koordinazzjoni ma’ l-entitajiet, partikolarment mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma li ngħataw kopja tal-proposti biex ix-xogħol li jrid isir min-naħa tagħhom ikun koordinat. Id-disinn se jibqa bażikament l-istess bil-bankini wesgħin, parking fuq iż-żewġ naħat u l-kareġġjati fin-nofs u mingħajr central strip.

Reserved parking bays

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy ta' l-ADT biex isiru reserved parking bays għall-muturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li filwaqt li l-car Parking Policy ta' ADT tistipula fejn tista' tiġi implimentata il-Motor Cycle Bay u wkoll d-dimensjonijiet tagħha, il-Policy speċifika għall-"Motor Cycle parking" tħejjiet imma għad trid tiġi approvata.

San Gwann — Triq tas-Sliema

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk Triq tas-Sliema, Kappara, San Gwann hux qegħda f'xi programm ta' rranġar tat-toroq bħala triq prinċipali u iżjed issa bit-traffiku li jgħaddi għall-iSptar Mater Dei? In vista ta' l-istat ħażin li t-triq tinsab fiha, jista' jikkonsidra li jsiru xi xogħlijiet f'din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Open Source Software

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 180 u jgħid fuq liema livell l-Gvern beħsiebu japplika l-open source software fl-oqsma li huwa responsabbli għalihom? Sal-lum diġa' ġie applikat l-open source software, u jekk iva fejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sa mis-sena 2003, u f’każijiet speċifiċi anke qabel, il-Gvern beda juża’ sistemi ibbazati fuq il-prinċipju ta’ ‘open source’. Dawn jinkludi sistemi tat-tip ‘back office’ bħal ma’ huma Sendmail, Clam Antivirus, Spam Assassin, Bind u MIMEDefang, li huma relatati ma’ l-użu ta’ ‘Email’ u ‘Internet’ fil-Gvern. Barra minn hekk, il –Gvern jagħmel użu minn ‘operating system’ Linux ghal numru ta’ sistemi bħal m’huma Inland Revenue (IRD), Vehicle Registration (VERA), VISA, Social Benefits (SABS), VAT/ECO, Scholarships, Schengen, PIRS II u CdB. Għal futur, il-Gvern qed jikkunsidra l-użu ta’ ‘open source’ f’setturi varji tas-Servizz Pubbliku, li jinkludu l-edukazzjoni u l-qasam ta’ ‘knowledge workers’. Il-Gvern qed jikkunsidra wkoll ‘software’ għal użu fuq ‘desktop’, sistemi tat-tip ‘enterprise’, kif ukoll potenzjalment ‘database management systems’ u oħrajn.

Traffic humps

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ADT tara li t-traffic humps li hemm fid-diversi lokalitajiet huma ta' daqs standard għax ħafna minnhom saru bil-konkos u ta' daqs tant esaġerat li jikkawżaw ħsarat fil-vetturi li jgħaddu minn fuqhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ Dwar It-Trasport ta’ Malta’ stipulat d-daqs u l-għoli ta’ kull round-topped road hump fid-dokument “Guidelines for the Implementation of Traffic Management and Safety Measures and Temporary Diversions of Traffic”. Ukoll f’kull approvazzjoni li tinħareġ mill-Awtorita’ għal round-topped road humps ikunu stipulati d-dimensjonijiet kollha neċessarji għal tali humps. Huwa apprezzat li l-Onor. Interpellant jindika il- humps li għalihom qed jirreferi f’din il-mistoqsija parlamentari sabiex l-Awtorita’ tkun f’posizzjoni li tieħu l-passi neċessarji. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra koppja tad-disinn.

Għawdex — Impjant tat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beda jopera l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex? Kemm kienet l-istima tax-xogħlijiet? Kemm fil-fatt ġie jiswa dan l-impjant? X'kien il-volum ta' l-ilma li ġiet ttrattat sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Impjant tat-trattament tad-drenaġġ f’Għawdex beda jopera fit-23 ta’ Novembru 2007. L-istima oriġinali tax-xogħolijet kienet Euro 6.52 miljun, liema stima ma kenitx tinkludi l-ispejjeż li kellhom isiru wara li l-MEPA ordnat tibdil fil-pjanti. L-ispiża laħqet is-somma ta’ Euro 7.2 miljun. Il-volum ta’ drenaġġ trattat sat-19 ta’ Mejju 2007 jammonta għal madwar 190,000 metri kubi.

Bord ta' l-Elettriku — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk l-impjegati li kienu ġew trasferiti mid-dipartiment tal-gvern għall-Bord ta' l-Elettriku ta' Malta u mbagħad għall-Korporazzjoni Enemalta, li ħadu l-pensjoni (preferibbilment sena sena) skond it-termini ta' l-Ordinanza tal-Pensjoni XVII ta' l-1937 u l-emendi sussegwenti tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.