Legislature:
Category:
Reset
Active:

Konsum ta' dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-figuri ta' bejn l-1 ta' Marzu 2007 u l-1 ta' Marzu 2008 u jindika kemm hi l-medja ta' ħlas totali fis-sena li kull household tħallas lill- a) Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma b)Enemalta għall-konsum tal- i)ilma u ii)dawl inkluż konsum , kirjiet ta' arloġġi u soprataxxa? Kemm minn din iċ-ċifra, bħala medja, tmur bħala ħlas għas-surcharge?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kunsum ta' l-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara jekk il-Gvern ikkonsidrax l-idea li bl-istess mod li prattikament kull household għandha meter tad-dawl, kull household ikollha sistema ta' produzzjoni ta' enerġija alternattiva, partikolarment sistemi fotovoltaiċi?Wettaq xi studju l-Gvern tal-vijabbilita' ta' l-introduzzjoni ta' dawn is-sistemi f'kull dar komparati mal-flus extra li jkollu joħroġ l-istess Gvern biex jagħmel tajjeb għan-nofs iż-żidiet fil-prezzijiet taż-żejt u li se jkomplu jħallsu ċ-ċittadini fi ħlas ta' soprataxxa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bini ta' toroq residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fit-toroq hawn taħt indikati kif intqal fil-fuljett li tqassam mill-ADT għall-bini ta' toroq residenzjali bejn l-2006 u l-2008 fl-Imsida? Triq Ġdida fi Triq Balliju Guttenberg Parti min Triq il-Ġostra Sqaq Santa Venera Triq Ġdida fi Triq il-Kunzar Sqaq Casolani Triq Ġdida fi Triq il-Knisja.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bracket ma' gallerija

Question

Jista' l-Ministru jara li l-bracket li jinsab mal-gallerija tal-fond, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jitneħħa mill-EneMalta minnufih mingħajr aktar dewmien u dan peress li apparti li qed jinvadi l-proprjeta ta' terzi persuni, qed ikun ta' periklu għalihom u għat-tfal tagħhom li jkunu fl-istess gallerija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Karti ta' l-identita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karti ta' l-identita' li suppost ġew imġedda? Meta jaħseb li ser isir dan il-proċess ta' tiġdid ta' l-ID?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ karti ta’ l-identita’ li suppost ġew imġedda huwa ta’ 221,497. Huwa maħsub li t-tiġdid isir is-sena d-dieħla.

Żwiġijiet ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru żwiġijiet ċivili minn Jannar 2007 sa Marzu 2008, xahar b'xahar fejn a) il-koppja kienu t-tnejn Maltin b) fejn waħda mill-partijiet kienet barranija? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalita' kienu dawk li żżewġu Malti/ija?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Rigward informazzjoni dwar Għawdex, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex numru ta' passiġġieri li nhar l-Erbgħa, 14 ta' Mejju, 2008 marru biex jaqsmu bejn Għawdex u Malta mal-vapur tal-11.30 p.m. ma tħallewx jirkbu dan il-vapur għaliex "kien hemm 25 passiġġier li kienu abbord il-vapur" u dan meta ma jirriżulta minn imkien li t-trip tal-vapur jista' jirrifjuta li jgħabbi l-passiġġieri, kif fil-fatt ġara fl-imsemmi okkażjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Water culvert

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir culvert quddiem ir-residenza, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li meta tinżel ix-xita minn sqaq tal-faċċata l-ilma jibqa' dieħel ġewwa fid-dar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Avjazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex f'Malta jkun hawn nuqqas serju ta' Avgas li jintuża għal skop ta' avjazzjoni? Jista' jieħu l-passi neċessarji biex dan ma jirrepetix ruħu fiż-żmien li ġej?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Yacht marinas

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemmx waiting list għal postijiet ta' jottijiet f'marinas f'Malta u Għawdex? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm u kemm ilhom jistennew? Hemm intenzjoni li jsiru yachts marinas fil-ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-informazzjoni mitluba.

San Pawl il-Baħar — Servizz tal-karozzi tal-linja

Question

Billi matul is-sena kollha, iżda b'mod partikolari bejn Mejju u Ottubru, ir-residenti ta' San Pawl il-Baħar li joqogħdu bejn ix-Xemxija u Villa Chapelle isibuha diffiċli ferm li jirkbu l-karozza tal-linja f'ħafna ħinijiet tal-ġurnata, speċjalment bejn is-7.30 a.m u l-10.30 a.m., jista' l-Ministru jara li jibdew jitilqu karozzi tal-linja minn fejn il-knisja tal-Kapuċċini u dan biex tittaffa din il-problema, fejn hemm nies li qed idumu jistennew aktar minn siegħa fuq l-istage?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta ser tagħmel stħarriġ biex tistabbilixxi d-domanda eżistenti u jekk hemmx il-ħtieġa li tiġi ntrodotta rotta li titlaq minn ħdejn il-Knisja tal-Kapuċċini kif suġġerit mill-Onor. Interpellant. Infurmat ukoll li f'każ li l-istħarriġ jirriżulta li jkun vijabbli li tiġi ntrodotta din ir-rotta, l-Awtorita' tibda negozjati ma' l-Assoċċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku għal dan il-għan.

Mosta/Mġarr — Arblu tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex arblu tad-dawl perikoluż fit-triq li mill-Mosta twassal għall-Imġarr jinqala' kemm jista' jkun malajr u jinbidel bil-bozza b'kollox għaliex ilu xhur sħaħ f'dan l-istat wara inċident tat-traffiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mistra — Bridge

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fuq il-bridge tal-Mistra parti mil-line abjad sħiħ tinbidel f'line maqtugħ li jippermetti l-overtaking għaliex meta l-karozzi jinqabdu wara t-trakkijiet dawn ma jkunux jistgħu jimxu b'ritmu kostanti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċċjali ta' l-Awtorita' Dwar it-Trasport ta' Malta irriżulta li minħabba raġunijiet ta' sigurta' (partikolarment visibilita) it-triq ma tippermettix li jsir "overtaking" fiha.

Triq bejn Xewkija u Mellieħa

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex fit-triq prinċipali li mix-Xemxija twassal sal-Mellieħa (fuq il-bridge tal-Mistra) jiġi rranġat b'mod sew u permanenti, l-ħajt fuq naħa waħda ta' l-istess triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.