Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kumitati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant ninsab infurmat li l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħi li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu huma kif ġejjin: Il-Kumitat tal-Kuntratti; Il-Kumitat li jagħti pariri dwar ir- Retail Price Index ; Il-Kumitat tal-Kontroll fl-Uffiċċju Konġut. Il-Kumitati msemmija hawn taħt huma dawk li ma ltaqgħux matul ix-xhur msemmija: Il-Kumitat b’Interess f’Indikazzjonijiet u Denominazzjonijiet Ġeografiċi; Il-Kumitat li jagħti pariri dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ.

VAT fuq tilqim

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk it-tilqim, per eżempju dak li jingħata lit-tfal, hux suġġett għall-VAT? Jekk fl-affermattiv, għaliex it-tilqim m'huwiex ikkonsidrat bħal mediċini oħra u għalhekk ma jiġix suġġett għall-VAT? L-impożizzjoni ta’ VAT fuq it-tilqim hija deċizjoni li ħa l-Gvern Malti minn rajh jew toħroġ mill-mod kif saru n-negozjati għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea? It-tilqim kien fost il-mediċini li l-Gvern Malti talab lill-Unjoni Ewropea biex ma jżommx VAT fuqhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tilqim, inkluż dak li jingħata lit-tfal, hu suġġett għal rata mnaqqsa ta’ VAT ta’ ħamsa fil-mija. It-tilqim m’huwiex ikkunsidrat bħal mediċini oħra li mhux suġġetti għall-VAT minħabba li bħala prodott hu klassifikat taħt l-intestatura HS 30.02. Prodotti li jaqgħu taħt din l-intestatura huma suġġetti għal rata mnaqqsa ta’ VAT ta’ ħamsa fil-mija. L-impożizzjoni ta’ VAT fuq it-tilqim toħroġ min-negozjati għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja fejn Malta ntalbet tallineja d-deroga tagħha fuq prodotti farmaċewtiċi ma’ eżenzjonijiet simili li kienu jeżistu fi Stati Membri oħra. Fit-talba oriġinali tiegħu lill-Unjoni Ewropeja, l-Gvern Malti kien talab li t-tilqim ikun eżenti mill-VAT bi kreditu.

Pembroke — Triq Medjez

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art li fuqha huma mibnijin d-djar u appartamenti mikrija mill-Gvern li qegħdin fi Triq Medjez, Pembroke, hiex akkwistata mill-Gvern u għaldaqstant jista' ibiegħ l-proprjetà li għandu mikrija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-djar u appartamenti mikrija mill-Gvern li jinsabu fi Triq Medjez Pembroke huma mibnija fuq art proprjetà tal-Gvern u għaldaqstant dawn jistgħu jinxtraw wara li l-proċeduri kollha bejn it-Taqsima Proprjetà tal-Gvern u l-Awtorità tad-Djar sabiex din l-art tgħaddi f’idejn l-Awtorità permezz ta’ Avviż Legali, jiġu ffinalizzati.

Business Promotion Act — Kumpanniji Għawdxin - talbiet għal grants mill-Malta Enterprise

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għand il- Malta Enterprise mingħand kumpanniji Għawdxin għal grants taħt il- Business Promotion Act ? Għal liema snin huma dawn it-talbiet? Meta ġew sottomessi lill- Malta Enterprise ? Kemm hu l-ammont totali li qed jintalab? Meta mistenni li jiġu proċessati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm tmien (8) talbiet għat-transport grants taħt Artiklu 23 taħt il-Business Promotion Act. Dawn it-talbiet, li jammontaw għal valur ta’ €90,000, huma għas-sena finanzjarja 2007, ħlief għal waħda (2006), u l-applikazzjonijiet ġew sottomessi lill- Malta Enterprise bejn Marzu 2008 u Frar 2009. L-applikazzjoni għat- transport grant issir meta l-kumpanija jkollha f’idejha l- audit financial statements għal dik is-sena u matul il-proċess l-applikant xi drabi jkun mitlub jagħti xi klarifikazzjoni li mhux dejjem tingħata lil Malta Enterprise fil-ħin. Il-proċess fuq dawn l-applikazzjonijiet diġa’ beda, u hu mistenni li jkun finalizzat fi żmien qasir. Il-ħlas kollu jsir mill-Ministeru għal Għawdex. Malta Enterprise għas-snin 2007 u 2008 approvat total ta’ € 1.3m f’ transport grants , kif jidher hawn taħt: Sena Numru ta’ applikanti Valur totali tal- grants 2007 19 € 687,560 2008 24 € 586,614

Għawdex -proġetti mgħejjuna minn National Lotteries Good Causes

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm proġetti minn Għawdex ħadu għajnuna minn National Lotteries Good Causes Fund f'dawn l-aħħar tliet snin? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu proġetti taħt kategoriji soċjali, kulturali, edukazzjonali, sportivi, reliġjużi u filantropiċi? Jista' jgħid is-somma li ngħata kull proġett?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tat-Taxxi Interni/VAT — Interessi fuq kontijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni u tal-VAT qiegħed jiċċarġja nteressi ta' madwar 11% fuq kontijiet pendenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tat-Taxxi Interni kien jiċċarġja l-interessi fuq kontijiet pendenti bil-1% fix-xahar, skond l-artikolu 44 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa li ilu fis-seħħ għal ħafna żmien. Madankollu, min din is-sena, kif tħabbar fil-Bagit li għadda, l-interessi mill-2009 ‘il quddiem tnaqqsu għal 0.75% fix-xahar. Skond il-liġi tat-Taxxa fuq il-Valur Mizjud, mill-1 ta’ Jannar 2009 imgħax dovut fuq taxxa li ma tkunx tħallset sad-data li kellha titħallas huwa bir-rata ta’ punt sebgħa ħamsa fil-mija (0.75%) għal kull xahar jew parti minnu li jiddekorri sakemm it-taxxa tibqa’ ma titħallasx. Sal-31 ta’ Diċembru 2008, ir-rata ta’ imgħax applikabbli fuq taxxa dovuta u mhux imħallsa sa qabel kienet ta’ wieħed fil-mija (1%) għal kull xahar jew parti minnu.

Kumpens fuq raba'

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitħallas il-kumpens għall-porzjon raba' li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li ġie esproprjat mill-Gvern snin ilu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7368, 6966, 6253, 5852, 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7368, 6966, 6253, 5852, 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Nefqa tal-Gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7370, 6961, 6254, 5851, 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Nefqa tal-Gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7370, 6961, 6254, 5851, 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Dar Malta — Nefqa Totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7369, 6963, 6259, 5850, 5640, 5354, 4753 u 4375 u jgħid kemm huwa it-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dar Malta — Nefqa Totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7369, 6963, 6259, 5850, 5640, 5354, 4753 u 4375 u jgħid kemm huwa it-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Direttur Ġenerali  tad-Divizjoni għal-Konsumatur u Kompetizjoni — permess biex taħdem xogħol privat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7395 u 7110 u cioè: Filwaqt li nirreferi għal risposta li ħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru lill-gazzetta "Illum" li dehret f’artiklu taħt it-titlu “il-Każ ta’ Veterinarja maċ-Ċivil” li ġie ppublikat il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009, jista’ l-Ministru jikkonferma id-dati ta’ meta d-Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għall-Konsumatur u Kompetizjoni (il-Veterinarja) ngħatat il-permessi biex taħdem xogħol privat? X’kundizzjonijiet kien hemm ma' dawn il-permessi u jekk kien hemm, kenux jippermettulha li tagħmel xogħol privat waqt il-ħin li suppost taħdem mal-Gvern?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Kummissjoni Ewropea — tisħiħ fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7397 u 7112 u cioè: Wara li l-Kummissjoni Ewropea riċentement (Jannar 2009) qalet li trid tara tisħiħ fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni ġewwa Malta, jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-passi li beħsiebu jieħu dwar dan anke minħabba li preżentament l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qed jitmexxa minn veterinarja li tipprattika l-professjoni tagħha fl-istess ħin li tmexxi dan l-uffiċċju li hu meqjus tant importanti mill-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Direttur Ġenerali  tad-Divizjoni għal-Konsumatur u Kompetizjoni — xogħol privat - permessi validi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7396 u 7111 u cioè: B’referenza għall-artiklu li deher fil-gazzetta "Illum" taħt it-titlu “Il-każ ta’ Veterinarja maċ-Ċivil” li ġie ppublikat il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-permessi li ħarġu lid-Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għall-Konsumatur u Kompetizzjoni (il-Veterinarja) biex tagħmel xogħol privat għadhomx validi minħabba li skond l-Uffiċċju tal-Prim Ministru dawn il-permessi ngħataw taħt il-leġislatura l-oħra?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Każ fuq ċens ta' art ta' garaxx

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7096, issa li l-informazzjoni mitluba qed tingħata separatament, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna li talab biex jifdi ċ-ċens ta' l-art ta' garaxx li huwa jokkupa? Din l-applikazzjoni saret madwar tliet snin ilu.

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi huwa veru li l-persuna konċernata kienet għamlet it-talba għall-fidi taċ-ċens tal-garaxx f’ Mejju tal-2006, iżda f’ Settembru tal-istess sena kienet infurmat lill-Uffiċċju Konġunt li ma kienetx aktar interessata li tifdi c-cens u talbet li l-applikazzjoni tigi irtirata. Kien biss f’ Jannar 2008, li il-persuna konċernata reġgħet għamlet talba għall-istess għan. Peress li cens temporanju fuq garaxx jista’ jinfeda biss wara sejħa għall-offerti, f’ dawn il-jiem, din il-persuna ser tiġi kuntattjata biex tiddikjara jekk taċċetax li tinħareġ sejħa għall-offerti għal-fidi taċ-ċens in kwistjoni.

Self employed — Familiy friendly policies

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra liema miżuri qed jittieħdu mill-Gvern vis-a-vis self employed biex jiġu implimentati family friendly policies?

Response (FENECH, TONIO)

Mhux magħruf għal xhiex qed jirreferi l-Onor. Interpellant meta jistaqsi fuq family friendly policies vis-à-vis is-self employed, meta min jaħdem għal rasu intrinsikament jirregola lilu n-nifsu x’sistemi juza fil-prattika tax-xogħol tiegħu.

Nisa li daħlu lura għax-xogħol — Sena eżenzjoni mill-income tax

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif waqt li fl-aħħar budget kien tħabbar li kull omm li kienet diġà taħdem jew li ma kenitx ilha nieqsa mix-xogħol ħames snin, u li kienet se tidħol lura għax-xogħol wara li jkollha tfal, kienet se tingħata sena eżenzjoni mill-income tax għat-tfal kollha li twieldu mill-2007 'l quddiem, issa iżda ttieħdet d-deċiżjoni li dawn in-nisa qed jiġu ntitolati għal eżenzjoni mit-taxxa sa massimu ta' €2,000 fis-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-benefiċċju, li japplika mis-sena bażi 2008, jikkonsisti fi kreditu ta’ taxxa sa massimu ta €2,000 għal kull wild taħt l-età ta’ sittax-il sena, jew għal kull wild imwieled mill-1 ta’ Jannar 2007 ‘l quddiem, skont il-każ. Fid-diskors tal-baġit intużat il-kelma “eżenzjoni” minflok il-frażi teknika “kreditu ta’ taxxa” biex il-miżura tinftiehem aħjar mill-pubbliku ġenerali. Ta’ min jgħid li f’ħafna mill-każijiet, il-kreditu ta’ €2,000 ser jisarraf f’eżenzjoni totali, għax it-taxxa li kienet ser titħallas mill-omm li tirritorna għax-xogħol, li kieku ma kienx hemm il-kreditu ta’ taxxa, kienet tkun inqas minn €2,000. F’xi każijiet il-kreditu ta’ taxxa huwa ta’ benefiċċju akbar minn sena eżenzjoni, għax il-kreditu li ma jintużax f’dik is-sena li l-omm tirritorna għax-xogħol jista’ jintuża fit-tieni sena. Ta’ min jgħid li meta l-Gvern daħħal inċentiv simili għall-ewwel darba fis-sena 2005 biex iħajjar lin-nisa jirritornaw għax-xogħol, id-diskors tal-baġit għas-sena 2005 kien ukoll semma l-kelma “eżenjoni”. Madankollu dik il-miżura wkoll ġiet implimentata permezz ta’ kreditu ta’ taxxa.

Każ ta' propjetà meħuda għal skop pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ dwar kumpens ta' din il-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar post tagħhom li kienu jabitaw fih li kien ittieħed għal skop pubbliku u sal-lum għadhom ma ngħatawx kumpens raġonevoli? Minħabba li din il-familja llum interessata li minflok tingħata kumpens finanzjarju tingħata xi proprjetà alternattiva mingħand il-Gvern, jista' l-Ministru jgħid xi proċedura dawn għandhom isegwu f'dan il-każ?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.