Jista' l-Ministru jispjega fuq liema bażi l-Gvern jipprova jagħmel forecast taċ-ċaqliq tal-prezz taż-żejt internazzjonali minn qabel ma' dan iseħħ? Kemm fil-fatt il-forecast li kellu l-Gvern ikkombaċjaw ma' dak li seħħ realment fl-aħħar xhur?
Jista' jgħidilna wkoll jekk ikkonsidrax il-Gvern li jidħol f'xi tip ta' arranġament (partikolarment
hedging
) fejn jorbot bil-quddiem il-prezz taż-żejt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm passaporti diplomatiċi Maltin validi bħalissa? Kemm inħarġu sena b'sena matul l-aħħar leġislatura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammont ta' passaporti diplomatiċi Maltin validi bħalissa hu ta' 375. L-informazzjoni li tinżamm dwar ħruġ ta' passaporti diplomatiċi hi sena b'sena u kif ġej:
Sena
2003 83
2004 123
2005 76
2006 69
2007 58
2008 36
TOTAL 445
Id-differenza ta' 70 hija ta' dawk il-passaporti li ġew irtirati matul il-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Gvern milli jiżgura li l-ex ħaddiema tal-kumpanija Sea Malta jieħdu madwar Lm1 miljun f'benefiċċji tat-terminazzjoni ta' l-impjieg u benefiċċji oħra dovuti lejhom skond il-Liġi tar-Relazzjonijiet Industrijali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex il-kumpannija Gozo Channel toffri servizz regolari ta' ġarr tal-merkanzija bejn Mġarr, Għawdex u Sa Maison, Malta peress li s-servizz kurrenti ta' darbtejn fil-ġimgħa mhux adegwat?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti qed isiru biex il-Gozo Channel jibqa' jkollha vapur li tista' tuża regolarment għat-tagħbija tal-merkanzija u ta' skart perikoluż peress li bħalissa għandha vapur wieħed u allura meta jkun bil-ħsara ma jkollhiex mezz biex iġġorr din it-tagħbija?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitlesta t-terminal taċ-Ċirkewwa? Sakemm jitlesta, jistgħu jitpoġġew servizzi bażiċi bħal toilets, li bħalissa jinsabu bla dawl, peress li dawk li jivvjaġġaw bil-lejl u kmieni fil-għodu qed isibu ruħhom imċaħħdin minn dawn is-servizzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jikkunsidrax li jdaħħal għajnuna ġdida għall-ġarr ta' merkanzija lejn Għawdex peress li ż-żieda fil-prezz tad-diesel qed iżid l-ispejjeż tal-ġarr b'€50 kull vjaġġ, u dan se jgħolli l-ħajja f'Għawdex jekk iż-żieda fil-prezz se tgħaddi għal fuq il-konsumaturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara meta se jitqassmu ħames bozoz energy saver li ġew imwiegħda fil-programm elettorali tal-PN, speċjalment meta diġa tħabbar li s-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u ilma se jerġa' jogħla? Jidhirlu li jekk iqassam dawn il-ħames bozoz, il-konsumaturi jistgħu almenu jiffrankaw xi ftit mill-għoli tal-kont tad-dawl u ilma u b'hekk ipatti xi ftit għaż-żieda fis-surcharge?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' Maltin li għamlu użu mill-fare speċjali li offriet l-Airmalta biex jiġu jivvutaw? Minn liema pajjiżi ġew?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien n-numru ta' Maltin u Għawdxin, kif ukoll barranin, li akkwistaw liċenzji tas-sewqan hawn Malta, minn mindu nbidlet is-sistema tat-testijiet, kemm orali kif ukoll tal-prattika? Kemm kien kull sena l-persentaġġ ta' dawk li weħlu minn dawn l-eżamijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba sena b’sena minn mindu nbidlet is-sistema tat-testijiet sa t-23 ta’ Mejju 2008. Ma tinżammx informazzjoni dwar in-nazzjonalita ta' min joqgħod għall-eżami.
Ninsab infurmat li biex kandidat jakkwista licenzja tas-sewqan irid l-ewwel jgħaddi t-Test Orali u wara dan biss jista japplika għat-test prattiku. La darba dan jgħaddi mit-Test prattiku wkoll jingħata l-licenzja tas-sewqan.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu s-sewwieqa ( first time drivers) li tilfu l-liċenzja tas-sewqan b'riżultat tas-sistema tal-punti li kienet introdotta xi żmien ilu għal dawn ix-xufiera?
Kemm minn dawn ix-xufiera reġgħu ngħataw lura l-liċenzja tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kien hemm 46 sewwieqa (first time drivers) li tilfu l-liċenzja tas-sewqan b'riżultat tas-sistema tal-punti li kienet introdotta xi żmien ilu għal dawn ix-xufiera.
Minn dawn, 19 il-sewwieq illum ghandhom licenzja valida.
Jista' il-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex flimkien ma' l-M.T.A. jinbnew faċilitajiet sanitarji fit-terminus tal-karozzi tal-linja f'Bugibba, u dan għax l-eluf ta' persuni li jużaw dan il-post kuljum m'għandhomx fejn jinqdew b'mod adegwat u xieraq?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol mill-WSC fi Vjal il-Ħaddiem ir-Rabat, fejn għalkemm il-katusi ta' l-ilma tqiegħdu ġimgħat ilu,sal-lum il-patching permanenti għadu ma sarx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referanza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 370, jista' l-Ministru jara li l-ADT tivverifika t-traffic humps li hemm fejn l-iskola sekondarja ta' l-Imrieħel, kif ukoll fi Triq it-Tabib Zammit, Ħal Balzan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq il-bankina quddiem iċ-ċimeterju fil-Mosta fi Triq Durumblat hijiex qed isir bil-permessi meħtieġa mill-ADT?
Jista' l-Ministru jara li dan il-proġett hux aċċettat mill-ADT meta wieħed jikkonsidra li qed jitnaqqas ħafna mill-parkeġġ li kien hemm qabel, u dan jista' joħloq periklu la darba Triq Durumblat hija triq arterjali li fiha issa iżjed vetturi ser jkunu qed jipparkjaw fil-
carriage way
fl-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li kien qed isir mill-kunsill lokali f'Triq il-Konstituzzjoni. Mosta kienx imwaqqaf mill-ADT wara l-istruzzjoni tal-Ministeru li xogħol bla permess f'toroq jitwaqqaf?
Jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol jitkompla bla telf ta' żmien għaliex fil-preżent hemm periklu għal dawk li jkunu qed jużaw il-bankina ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-households f'Malta li , minħabba li qalbu għal sistema fotovoltaiċi ta' enerġija alternativa, jbiegħu l-kurrent lill-Enemalta? Kemm inxtara kurrent f'termini ta' kejl ta' kurrent u f'termini ta' flus mill-budget li għadda sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.