Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — energy efficiency audits

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtoritajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed isiru l-preparazzjonijiet loġistiċi neċessarji biex isiru dawn l-energy efficiency audits. Sa dan it-tant, iżda, diġà ħarġu direttivi x’miżuri għandhom jieħdu d-dipartiment biex, b’mod immedjat, jonqos l-użu ta’ l-enerġija elettrika.

Gozo Channel — nies ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies mal-Gozo Channel fl-aħħar tliet xhur u jgħid f'liema grad jew mansjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-ahhar tliet xhur ġew ingaġġati dawn li ġejjin (3 ħaddiema): · 2nd Engineer Filippin b’kuntratt definit · Chief Officer · Chief Executive Officer (CEO)

Intrapriżi f'Malta u f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament li jħaddmu (i) anqas minn 10 ħaddiema; (ii) minn 10 sa 49 ħaddiema; u (iii) minn 50 sa 249 ħaddiem?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Taxxa ta' reġistrazzjoni fuq vettura

Question

Jista' l-Ministru jidħol fil-każ, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, u jgħaddi biex jippermetti li l-vettura li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ta' din il-persuna tiġi reġistrata taħt is-sistema Maltija tar-reġistrazzjoni tal-vetturi mingħajr ma tħallas taxxa ta' reġistrazzjoni (i.e. tħallas biss tal-pjanċi) u dan stante li din il-vettura ilha iktar minn sentejn fil-proprjeta' ta' din il-persuna? Għal kull buon fini jrid jingħad li l-persuna hija Ingliża, twieldet l-Ingilterra, abitat dejjem l-Ingilterra għal 30 sena sħaħ u ġiet toqgħod Malta permanentament f'Ottubru li għadda. Il-vettura ġiet mixtrija fl-2001 fl-Ingilterra stess.

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi taħt l-Abbozz ta’ Liġi, kif ġie emendat, persuna tkun tista’ tikkwalifika għal eżenzjoni fuq il-vettura tagħha taħt l-iskema tat-trasferiment ta’ residenza, jekk il-persuna tkun ittrasferiet ir-residenza tagħha f’Malta fit-3 ta’ Novembru, 2008 jew wara dik id-data u l-vettura trid tkun inġiebet hawn Malta mill-1 ta' Lulju 2008 lil hawn. Biex wieħed ikun jaf jekk jikkwalifikax jew le, irid, l-ewwelnett, japplika u jipprovdi provi suffiċjenti tat-trasferiment ta’ residenza abbażi tad-dokumenti msemmija fl-applikazzjoni. Fil-jiem li ġejjin, il-kumitat imwaqqaf fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi ħa jkun qed jipproċessa każijiet ta’ applikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ meta persuna titrasferixxi r-residenza tagħha minn post barra minn Malta għal dak f’Malta.

Dħul mill-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-dħul mill-VAT fl-ewwel tliet xhur ta’din is-sena finanzjarja u jgħid kemm kien id-dħul kull xahar separatament? Kemm kien id-dħul għall-istess xhur matul is-sena li għaddiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul mill-VAT fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena finanzjara kif ukoll id-dħul għall-istess perjodu tas-sena l-oħra kien kif spjegat hawn taħt: 2008 2009 GROSS REFUNDS NET GROSS REFUNDS NET JAN 48,338,736 11,458,989 36,879,747 49,657,590 8,867,384 40,790,206 FEB 32,550,102 7,553,622 24,996,480 28,083,721 8,679,959 19,403,762 MARCH 51,206,025 7,907,839 43,298,186 44,256,259 10,108,633 34,147,626 132,094,863 26,920,450 105,174,413 121,997,570 27,655,976 94,341,594

Qasam Industrijali — Kumpanniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji joperaw f'kull Qasam Industrijali, maqsuma skond is-settur?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Qasam Industrijali — Kumpanniji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 2436 u jgħid kemm hemm kumpanniji joperaw f'kull Qasam Industrijali, maqsuma skond is-settur?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2436.

Qasam Industrijali — Kumpanniji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2886 u 2436 u jgħid kemm hemm kumpanniji joperaw f'kull qasam industrijali, maqsuma skond is-settur?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2436.

Xogħol lil ditti ta' awdituri privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilu Segretarju Parlamentari u Ministru kemm ingħata xogħol lil ditti ta’ awdituri privati mill-Ministeru tiegħu u mill-ażjendi li huwa direttament responsabbli għalihom? Liema kienu dawn l-awdituri u accountancy firms u kemm tħallset kull waħda minnhom b’kollox?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.

The Eden and Razzett Foundation — iffirmar ta' ftehim

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6647 u jgħid jekk iffirmax xi ftehim finanzjarju mal-Fondazzjoni l-ġdida The Eden and Razzett Foundation? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji? Jekk fin-negattiv, xi ftehim hemm bejn il-Ministru u dawn iż-żewġ fondazzjonijiet separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6647.

Bejgħ ta' proprjetà — dħul ta' taxxi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien id-dħul tal-gvern f'taxxa, bħala riżultat tal-bejgħ tal-proprjetà f'Jannar u Frar ta' 2006, 2007, 2008 u 2009? Fl-istess perijodi, x'kien il-valur tal-proprjetà li ġiet dikjarata fil-kuntratti tal-bejgħ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ammonti ta’ taxxa fuq qligħ kapitali, boll flimkien mal-valur tat-trasferementi fix-xhur ta’ Jannar u Frar għas-snin 2006, 2007, 2008 u 2009 hu kif ġej:- Month Year CGT Duty Value € € € Jannar 2006 4,857,000 3,664,471 96,960,493 Frar 2006 5,507,000 3,195,418 84,978,839 Jannar 2007 3,760,000 3,923,442 107,337,315 Frar 2007 9,780,000 3,752,885 102,220,116 Jannar 2008 4,547,000 3,438,622 110,716,889 Frar 2008 6,744,000 3,539,092 108,036,734 Jannar 2009 3,810,000 2,660,968 70,472,153 Frar 2009 3,903,000 2,208,049 81,578,344

Investimenti f'pajjiżna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi trends partikolari li permezz tagħhom qed tixgħel il-bozza l-ħamra fuq xi tip ta' investiment? Hemm xi investiment li huwa fil-periklu li jħalli xtutna minħabba xi raġuni partikolari? Jista' jgħid x'qed jippjana ħalli jinġibed iktar investiment ġdid lejn Malta u fl-istess ħin inżommu dak li għandna illum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-riċessjoni dinjija qiegħda tinħass minn kumpaniji varji li joperaw f’Malta, l-aktar dawk li joperaw fis-setturi tal-elettronika u automotive. Pero’ dawk il-kumpaniji li jesportaw lejn l-Ingilterra wkoll qed ibatu minħabba l-valur tal-lira Ingliża. Il-Gvern qiegħed jagħmel dak kollu possibbli biex jgħin lil dawn il-kumpaniji f’diversi modi, kif ukoll jiddiskuti mal-kumpaniji konċernati individwalment. L-iskop tad-diskussjonijiet hu li mhux biss jiffaċċjaw din il-kriżi imma aktar u aktar biex iġibu investiment ġdid lejn Malta. Għal dan l-investiment il-ġdid, il- Malta Enterprise qed tgħin bl-aktar mod sostenibbli biex jinżammu u jinħolqu mpjiegi ġodda. Din hija il-prijorita’ ewlenija tal-Gvern. Barra minn hekk, il- Malta Enterprise qiegħda tuża l-inċentivi preżenti biex tħajjar kumpaniji barranin ġodda jiftħu Malta kif ukoll tħajjar lil dawk li diġa joperaw f’Malta biex jespandu l-operat tagħhom. Is-setturi l-aktar promettenti huma dawk ta’ l-avjazzjoni, l-informatika, l-inġinerija u l-farmaċewtiċi.

The Eden and Razzett Foundation — iffirmar ta' ftehim

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7020 u 6647 u jgħid jekk iffirmax xi ftehim finanzjarju mal-Fondazzjoni l-ġdida The Eden and Razzett Foundation? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji? Jekk fin-negattiv, xi ftehim hemm bejn il-Ministru u dawn iż-żewġ fondazzjonijiet separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6647.

Air Malta — Bord Mediku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji dwar l-eżerċizzju li l-kumpannija Air Malta għamlet bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru, 2008 dwar is-sick leave? Kemm ressqet impjegati tagħha quddiem il-bord mediku matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm minn dawn l-impjegati tkeċċew minħabba s-sick leave, fuq deċiżjoni tal-bord mediku, sena b'sena? X'terminal benefits ingħataw? Minn min hu kompost il-bord mediku?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-eżerċizzju tas-sick leave huwa eżerċizzju li l-Kumpanija Air Malta tagħmel minn żmien għal żmien. Il-Kumpanija bagħtet ittra lil kull impjegat li l-ammont ta’ sick leave tiegħu jew tagħha ma waqax bejn il-parametri normalment meqjusa regolari. L-ittra prinċipalment kienet immirata biex tavża lil impjegati dwar ix-xejra tas-sick leave tiegħu jew taghħa matul is-sena 2008. Wieħed irid jgħid li l-post fejn jindika l-kawza tal-mard fuq ic-certifikat l-blue m’għadux viżibli minħabba raġunijiet ta’ Data Protection. In-numru ta’ viżti li għamel il-Bord Mediku tal-kumpanija matul dawn l-aħħar ħames snin huma kif spjegat hawn taħt. Impjegat set’a ittelgħa quddiem il-board mediku iżjed minn darba. 2004 232 2005 198 2006 301 2007 170 2008 193 L-ebda minn dawn l-impjegati ma tkeċċa minhabba sick leave. Wieħed irid jgħid ukoll li dan l-aħħar impjegat ittela’ Bord tad-Dixxiplina minħabba abbuz ta’ sick leave. Dan l-impjegat instab ħati u l-impjegat ma appellax mid-deċiżjoni tal-Bord tad-Dixxiplina. In-numru ta’ impjegati li minnħabba mard ma’ setgħux jattendu iżjed għax-xogħol u għamlu użu mill-iskema ta’ invalidar stabilita’ fil-Ftehim Kollettivi kienu 2004 67 2005 9 2006 19 2007 16 2008 14 It-terminal benefits li ingħataw huma dawk stabbiliti skond il-Ftehim Kollettiv rispettivament. Il-Bord Mediku huwa magħmul minn grupp ta’ tobba ta’ Health Maintenance Organisation Malta.

permessi biex jinfetħu postijiet għall-kaxxi tal-logħob

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi minn organizzazzjonijiet varji bħal Awtortità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, Gaming Authority eċċ. biex jinfetħu postijiet għall-kaxxi tal-logħob? F’liema lokalitajiet? Jista’ jgħid x’ser isir biex jkun hemm kontroll strett ħalli jkun żgurat li ma jkunx hemm abbużi? Hemm xi postijiet li m’għandhomx il-permessi kollha? Jekk fl-affermattiv, x’inhu jżomm biex dawn jiġu magħluqa?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Postijiet tal-logħob — età tad-dħul

Question

Jista’ l-Minsitru jgħid x’inhi l-inqas età li fiha persuni jkunu jistgħu jidħlu f’diversi postijiet tal-logħob li allura mhumiex casinos liċenzjati? Inqabdu xi nies li kienu taħt l-età f’dawn il-postijiet f’dawn l-aħħar xhur?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Enterprise — kumpanniji

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6866, jista' l-Ministrtu jgħid f'kull każ ma' kumpanniji separati x'kien jinkludi l-pakkett maqbul mal-Malta Enterprise mingħajr ma jagħti informazzjoni finanzjarja? Jikkonferma li parti mill-pakkett maqbul hemm ukoll tnaqqis ta' 5% mill-paga gross tal-ħaddiema? Kemm qed ikun il-ħin ta' taħriġ maqbul mall-kumpanniji rispettivi? Fejn u minn min qed jingħata dan it-taħriġ?

Response (FENECH, TONIO)

Ma nħossx li għandi nisvela dettalji ta’ natura kummerjċali sensittiva fuq l-ebda każ. Madankollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ taħriġ maqbul li għandu jingħata jrid jagħmel tajjeb għat-tnaqqis fil-ħinijiet ta’ produzzjoni biex b’hekk il-ħaddiema jkunu qed jaħdmu (bit-taħriġ b’kollox) erbgħin siegħa fil-ġimgħa. Kull kumpanija trid tpoġġi għad-dispożizzjoni, taħriġ lill-impjegati kollha, skond pjan maqbul bejn il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ u l-kumpanija rispettiva. Hemm każijiet fejn kumpaniji għandhom riżorsi u bżonnijiet li jagħmluha faċli li t-taħriġ jingħata minn speċjalisti jaħdmu mal-kumpanija. F’każijiet qed isiru arranġamenti għal trainers imqabbda mill-ETC. Ma hemm l-ebda ftehim dwar tnaqqis ta’ 5% mill-paga gross, peress li l-Malta Enterprise qed tipprovdi għotja ta’ taħriġ u mhux ħlas ta’ pagi.

Small and Meduim Enterprises — EIB - applikazzjoni għal fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħsibijiet tal-Gvern sabiex ikun jista' japplika għall-fondi allokati mill-EIB għall-Small and Medium Enterprises li dan il-fond ilaħħaq madwar €300 miljun?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf l-Onor Interpellant li l-fondi li jalloka l-Bank Ewropew għall-Investiment u li għalihom qed jirreferi m’humiex għotja iżda self. Fil-laqgħa tal-ECOFIN li saret f’Settembru tas-sena l-oħra, il-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropeja qablu dwar il-mezzi li kellhom jintużaw biex jikkumbattu l-qagħda ekonomika mwiegħra li għaddejjin minnha. Naturalment, parti mill-istrateġija maqbulha kienet li jkun hemm aktar access għall- kapital għal ażjendi zgħar u ta’ daqs medju minħabba l-għafsa tal-banek kummerċjali fuq is-self. Il-Bank Ewropew għall-Investiment, li hu l-Istituzjoni Finanzjarja tal-Unjoni Ewropeja, irrisponda malajr u bl-aktar mod effikaċi billi żied sostanzjalment il-fondi disponibbli għal self lil dan is-settur tant vitali għall-ekonomiji kollha tal-pajjizi membri. Dan kellu effett immedjat għaliex l-operazzjonijiet ta’ self lil dawn l-azjendi żdiedu bil-kbir madwar l-Ewropa kollha (u hawn wieħed jista’ jgħid li l-kundizzjonijiet u termini li joffri dan il-Bank huma vantaġġużi hafna) meta dawn marru jisselfu jew dirett mill-Bank jew permezz ta’ medjazzjoni ta’ banek oħra kummerċjali. Bħal f’kull każ ieħor, dan is-self isir bejn il-Bank u s-settur privat bla ebda indħil jew intervent tal-Gvern.

Dipartiment tal-artijiet — Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu saru applikazzjonijiet mad-Dipartiment tal-Artijiet biex jiġu rikonoxxuti l-inkwilni f’artijiet proprjetà tal-Gvern fl-iskema tas-sena 2002? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew proċessati sal-lum? Għal liema raġunijiet ċerti applikazzonijiet tal-iskema tas-sena 2002 għadhom pendenti? U, peress illi dawk li għadhom qed jiġu proċessati, għal liema dewmien ma jaħtux huma, humiex ser jiġu eżentati mir-reviżjoni u awment fl-ammont għall-fidi taċ-ċens gravanti l-proprjetà tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nifhem li d-domanda li qed jagħmel l-Onor. Interpellant hija dwar l-Iskema mħabbra fil-baġit tas-sena 2002 dwar il-bejgħ jew fidi taċ-ċnus ta’ dawk il-postijiet amministrati mill-Uffiċċju Konġunt u li aktar tard ġiet estiża għal proprjetajiet simili amministrati mid-Dipartiment tal-Artijiet. In-numru ta’ applikazzjonijiet ipproċessati sal-31 ta’ Marzu huwa ta’ 4,692, li minnhom 1,734 ġew finalizzati u sar il-kuntratt relattiv. Il-maġġoranza tal-applikazzjonijiet, għadhom pendenti peress li qabel ma jsir il-Kuntratt, iridu jsiru ċerti verifiki kif ukoll il-pjanti għar-reġistrazzjoni mar-Reġistru tal-Artijiet. F’ċerti każi saħansitra jkun meħtieġ jinġiebu aktar dettalji mill-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi li qabel kienu jamministraw dawn il-proprjetajiet. It-tibdil li sar fil-kundizzjonijiet sar sabiex jiġi evitat li ssir spekulazzjoni mill-proprjeta’ msemmija u jibqa’ viġenti l-ispirtu u l-iskop tal-iskema msemmija u cioe li min japplika jibqa’ jirrisjedi fil-post u juzaha bħala d-dar residenzjali tiegħu. Min applika taħt l-iskema u daħal f’konvenju, per eżempju, kien qed jagħmel dan bi ksur lampanti tal-iskema msemmija u d-Dipartiment ma jistax jirrispondi għall-għemil ta’ min abbuża jew ried jabbuża mill-iskema. Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw għal dawk l-applikazzjonijiet kollha pendenti. Pero’ tajjeb li ngħarraf lill-Onor. Intepellant li ma kien hemm l-ebda awment fir-rati ta’ kif jiġu mifdija ċ-ċnus gravanti dawn il-proprjetajiet.

Malta Enterprise — talbiet għall-ftuħ ta’industriji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għall-ftuħ ta’industriji quddiem il-Malta Enterprise bħalissa? Minn min saru u meta saru? Kemm ġew approvati talbiet fl-ewwel tlett xhur ta’din is-sena finanazjarja? Liema kienu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar u Marzu 2009, il-Malta Enterprise approvat assistenza lil sitt entrapriżi. Dawn l-intrapriżi applikaw bħala start-up jew biex jespandu, u huma fis-setturi ta’: · ICT · Avjazzjoni · Enginerija · Elettronika · Ikel Bħalissa hemm tmien proġetti li qed jiġu kkonsidrati għall-assistenza bħala start-up . Dawn it-tmien proġetti jaqgħu taħt is-setturi msemmija hawn taħt: · ICT · Prodotti medicinali, li jinkludu makkinarju · Enginerija · Avjazzjoni · Marittimu Dawn it-talbiet ġew ippreżentati lil Malta Enterprise f’dawn l-aħħar xaharejn. F’ċerti każijiet il- Malta Enterprise ma tistax tevalwa l-proġett minħabba nuqqas ta’ informazzjoni. Għal dawn il-każijiet il- Malta Enterprise qed titlob iktar informazzjoni mingħand l-applikanti. Hemm ħames proġetti oħra fis-settur tar-riċiklaġġ li qegħdin jiġu wkoll ikkunsidrati. Dawn ilhom aktar minn xaharejn minħabba illi l-industrija tar-riċiklaġġ tipikament ma għandhiex valur miżjud għoli u għandha bżonn ħafna art. Madanakollu l- Malta Enterprise tapprezza l-kontribut li r-riċiklaġġ iġib lis-soċjeta’. Il-kwistjoni li għadha qed tiġi diskussa hija li l-proċessi ta’ l-industrija tar-riċiklaġġ għandhom element ta’ tniġġiż illi jista’ jkun ta’ dannu għal-intrapriżi f’setturi oħra li jkun fl-inħawi tagħhom, bħal l-ikel u l-farmaċewtika. Għaldaqstant biċċa art ġiet riservata għal-intrapriżi fir-riċiklaġġ bħala soluzzjoni.