Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rabat — Vjal il-Ħaddiem - patching

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 540 u jgħid meta se jitlesta x-xogħol mill-WSC fi Vjal il-Ħaddiem ir-Rabat, fejn għalkemm il-katusi ta' l-ilma tqiegħdu ġimgħat ilu,sal-lum il-patching permanenti għadu ma sarx?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru testijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fuq il-backfilling/leanmix tat-trinek biex il-Korporazzjoni tassigura ruħha li x-xogħol huwa tajjeb. Malli jkun hemm riżultat pożittiv, il-wiċċ permanenti jingħata fuq it-trinek. Dan mistenni jsir fil-ġranet li ġejjin, dejjem jekk it-testijiet ikunu pożittivi.

Malta Shipyards — Kuntratt mal-Fairmont

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal l-istħarriġ ta' l-awdituri barranin dwar x'mar ħażin fil-kuntratt li għamlet il-Malta Shipyards mal-Fairmount? Meta ġie kkummissjonat dan ir-rapport? Min qed jagħmlu? B'liema terms of reference? Meta se jkun lest?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Triq Tabone Mallia

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proċeduri li trid tieħu l-ADT biex Triq Mallia Tabone fid-daħla tagħha min Triq il-Kbira, fil-Mosta tkun tista' tinfetaħ fejn irid jitwaqqa ħajt li diġa' nofsu mġarraf u madwaru qed jinġabar ħafna skart?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li parti mit-triq fejn hemm mibni l-ħajt imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għadha tal-privat. Din il-parti tat-triq trid tinxtara minn min żviluppa l-art skond ir-rekwiżiti ta’ Kapitlu 10 tal-Liġijiet ta’ Malta. Uffiċċjali ta’ L-ADT fix-xhur li għaddew iltaqgħu mas-sidien konċernati fuq dan il-każ fejn ġie spjegat lilhom x’inhi l-proċedura li għandha tiġi segwita.

Mosta- Bus Stops

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi meħtieġa permezz ta' l-ADT li jara li fil-bus stops fil-Mosta, kemm fil-pjazza ewlenija kif ukoll fi Triq il-Kungress Ewkaristiku, Triq il-Kostituzzjoni u Vjal l-Indipendenza jkollhom numri tar-rottot rispettivament għal kull bus stop? Jidher li hemm nuqqas ta' informazzjoni kemm għal Maltin kif ukoll għat-turisti li qed isibuha diffiċli liema bus stop se jużaw.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

St Julians — Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jivverfika jekk il-Belgravia Auction Gallery, f'Main Street, St Julians għandu xi reserved parking jew loading/unloading bay għalih biss. U jekk fl-affermattiv, b'liema kriterji dan għandu d-dritt u ħwienet oħra le?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Toroq mogħtija ż-żebgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy ta' l-ADT sabiex toroq arterjali jkollhom is-sinjali tat-traffiku mogħtija ż-żebgħa sabiex jibqgħu jidhru? Jista' jieħu l-passi meħtieġa biex il-pjazza ta' l-Imsida jkollha sinjali tat-traffiku miżbugħa mill-ġdid ladarba wara x-xogħol li sar dan l-aħħar, is-sinjali ma baqgħux jidhru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

KBIC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji joperaw f'kull wieħed mill-oqsma industrijali li għandna? Minn liema settur ġejjin? U kemm hemm impjegati settur b'settur, għal kull qasam industrijali? Jista' jgħid ukoll kemm hemm fil-KBIC, kemm jimpjegaw nies kull wieħed minnhom u kemm ilhom joperaw minn Kordin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Rikażli — Qasam Industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpanniji għadhom joperaw mill-qasam industrijali ta' Rikażli meta intlaħaq il-ftehim dwar Smart City? Kemm kellhom impjegati kull waħda minnhom? Fejn ġew trasferiti u xi tħallas mill-ME/MIP lil kull waħda minnhom bħala spiża ta' dan iċ-ċaqliq?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Toroq bit-tarmac

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija li diġa' ġew allokati lill-kuntratturi biex fihom jagħmlu x-xogħol ta' kisi bit-tarmac? Meta hu mistenni li dan ix-xogħol isir? Jista' jiggarantixxi li tali toroq jitlestew fl-iqsar żmien possibbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-lokalitajiet imsemmijin fl-aħħar ġimgħat tlestew Triq it-Tonn, Triq Piscopo Macedonia u Triq Katerina Vitale. Bħalissa m’hemmx xogħlijiet oħra allokati f’dawn il-lokalitajiet.

Artijiet fil-Gudja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jersaq għall-pubblikazzjoni tal-kuntratti finali ta' l-artijiet fil-Gudja, fil-parti magħrufa bħala Ta' Xlejli, li kien daħal f'konvenju fuqhom fil-bidu tas-snin tmenin ma' diversi terzi, illum residenti fil-proprjeta' mibnija fuq l-istess artijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru koċernat.

Transport għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jindika liema huma dawk id-diparimenti jew entitajiet governattivi li joffru l-faċilita' ta' vann tax-xogħol għall-impjegati tagħhom? Jaħseb il-Ministru li l-Gvern, bħala l-ikbar employer fil-pajjiż għandu jagħti eżempju u jinċentiva l-organiżżazzjoni u l-użu ta' vannijiet tax-xogħol għall-impjegati tiegħu f'attentat biex jitnaqqas l-ammont ta' karozzi u konsegwentement it-tniġġis fit-toroq tagħna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Power stations — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm ipproduċa kilowatts ta' dawl fis-sena mill-power stationstal-Marsa u ta' Marsaxlokk (Bengħajsa)? Kemm minnu jintuża għall-użu pubbliku? Kemm jintuża għall-użu privat? Kemm minnu jiġi moħli minħabba ħsarat jew għal xi raġuni oħra? Kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Produzzjoni ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm ipproduċa litri ta' ilma tal-vit fis-sena? Kemm minnu jintuża għal użu pubbliku? Kemm minnu jintuża għal użu privat? Kemm minnu jiġi moħli minħabba ħsarat jew għal xi raġuni oħra, kemm f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Mosta — Zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet ħalli ż-zebra crossing li hemm bħalissa li hija perikoluża tiġi modifikata ħalli jonqos dan il-periklu? Din iż-zebra crossing tinsab ġo Valletta Road maġenb il-ground tal-Mosta li l-modifikazzjoni tagħha trid issir fuq naħa minnhom inti u dieħel lejn il-Mosta ħalli karozzi li jkunu ġejjin minn Triq il-Manwella għal Triq Valletta jkunu jistgħu jagħmlu dan b'inqas periklu.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Enemalta — Prezz taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 434 u jgħid kemm l-Enemalta qed tieħu passi minn qabel, u għal kemm tul, biex tixtri ż-żejt b'mod li kemm jista' jkun ma tintlaqatx ħażin mill-prezz dejjem tiela' taż-żejt, li jidher li se jkompli jogħla fix-xhur li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Enemalta hi fis-suq kontinwament biex tieħu pożizzjonijiet dwar xiri ta' żejt.

Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Reduced Hours

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema fid-dipartiment/entitajiet/korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma fuq reduced hours? Jista' jgħid hux jikkonsidra li jidħol/jew jiżdied n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mid-dar bis-sistema teleworking? Xi trid tagħmel f'każ li persuna tkun interessata żżid is-sigħat tax-xogħol tagħha permezz ta' teleworking?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għall-ewwel parti tal-mistoqsija. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-teleworking huwa regolat skond iċ-ċirkulari Nru 6/08 maħruġa mill-OPM. Talbiet għal teleworking jiġu evalwati skond il-mertu ta' kull każ. Kopja taċ-ċirkulari tinsab fl-intranet tal-Gvern "intra.gov.mt".

Wardija — Main ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jieħu l-passi neċessarja biex il-main ta' l-ilma fil-Wardija jinbidel kemm jista' jkun malajr, għaliex f'dawn l-aħħar ġimgħat ittaqqab diversi drabi u t-tiswija li ssir qed ikollha tiġi ripetuta numru ta' drabi? Jista' jevita dan l-inkonvenjent lir-residenti u lill-kunsill lokali billi dawn il-ħsarat qed jikkawżaw numru kbir ta' ilmenti ripetuti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minħabba il-problemi li rrefera għalihom l-Onor Interpellant, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma qed tagħmel il-preparamenti meħtieġa biex din tinbidel kemm jista’ jkun malajr.

Tarzna — Vapuri għat-tiswija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri/jottijiet fis-sena 2007 fit-Tarzna għat-tiswija? Jista' jgħid l-ismijiet tagħhom, minn liema pajjiż kienu ġejjin u kemm damu fit-Tarzna għat-tiswija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' vapuri/ proġetti li kellha t-Tarzna matul l-2007 kien ta 99. Fir-rigward tal-jottijiet/proġetti, n-numru ta' dawn matul l-istess sena kien ta 37. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra żewġ listi bl-informazzjoni mitluba.