Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bugibba/Qawra — Bus terminus

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fil-bus terminus ta' Bugibba/Qawra jkun hemm faċilitajiet sanitarji biex fihom ikunu jistgħu jinqdew ix-xufiera u l-passiġġieri li jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Mezzi alternattivi ta' transport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern qattx ikkonsidra jew studja l-possibilita' ta' l-introduzzjoni ta' mezzi alternattivi ta' transport pubbliku li huma iktar eco-friendly komparati ma' dawk konvenzjonali bħal a) solar-powered vans fi traġitti komparattivament qosra bħalma huma dawk tal-park-and-ride mill-Furjana għall-Belt u b)sistema ta' mono-rail fi traġitti itwal? Jista' jgħid ukoll jekk il-Gvern qattx ikkonsidra jew studja bis-serjeta' l-idea ta' underground/metro/tube-system f'Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħala parti minn proġett finanzjat mill-Unjoni Ewropea (Interreg III PAGUS Component C), fl-2007 l-Awtorita’ dwar it-Trasport kienet ippreżentat riċerka fuq l-introduzzjoni tal-Bus Rapid Transit f’Malta. Sa issa, ma kien hemm l-ebda studju fuq l-introduzzjoni ta’ sistemi solar-powered, mono-rail jew underground/metro/tube-system.

Żweġijiet ma' ċittadini barranin

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista xahar, b'xahar bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-1 ta' Mejju 2008 ta' ċittadini Maltin li żżewġu ċittadini li ġejjin minn pajjiż mhux mill-Unjoni Ewropea? Minn dawn, kemm miċ-ċittadini Maltin kienu diġa' miżżewġin preċedentement u kellhom iż-żwieġ tagħhom imħassar b'sentenza tal-Qorti qabel ma reġgħu żżewġu għal darb'oħra? Kemm miċ-ċittadini Maltin diġa' kellhom tfal reġistrati f'isimhom qabel ma żżewġu ċittadini li ġejjin minn pajjiżi mhux mill-Unjoni Ewropea?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hi kif tidher it-tabella annessa. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija, ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tinżammx taħt forma ta’ statistika.

Triq privata

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 456 u jindika x'inhi l-proċedura li għandha tiġi adottata f'każ li jkun se jsir żvilupp privat li jmiss ma' triq li għalkemm tintuża mill-pubbliku tkun għadha proprjeta' tal-privat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proċedura li trid tintuża fil-każ msemmi mill-Onor Interpellant hija dik kif indikata fil-Kodiċi tal-Pulizija Kap 10 II 'Fuq Toroq'.

Triq l-Oratorju l-Mosta

Question

Jista' l-Ministru permezz ta' l-ADT jara x'inhi r-raġuni għaliex f' Triq l-Oratorju, l-Mosta minn fejn jgħaddu ħafna tfal mal-ġenituri waqt il-ħin li jkunu sejrin għad-duttrina f'Oratorju Qalb ta' Ġesu', il-kunsill lokali tal-Mosta spiċċa biex neħħa t-traffic calming measures li l-bżonn juri li għandhom jerġgħu jiġu mqiegħda biex il-vetturi jnnaqsu l-veloċita' ta' sewqan tagħhom ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT approvat żewg round topped road humps fi Triq Oratorju b’ittri datati 6 ta’ Frar 2006 u 24 ta’ Ottubru 2006. Ma nstabu l-ebda dokumenti sabiex jitnehhew ir-road humps fi Triq Oratorju.

Mosta — Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jerġa' jdur it-traffiku ħalli l-vetturi li jidħlu minn Triq il-Kungress Ewkaristiku jħarsu lejn il-knisja u mhux jibqgħu jagħtu daharhom lejn il-knisja kif qed jagħmlu llum huma u ħerġin mill-Mosta għal Birkirkara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li għad m’hemm l-ebda ħsieb li fil-futur qarib din il-bidla fl-immaniġġar tat-traffiku sa sseħħ.

Mosta — Triq il-Kungress Ewkaristiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta jsirilha l-manutenzjoni meħtieġa speċjalment fejn hemm il-culverts, li jinsabu perikolużi jekk xi vettura tinżel fuqhom bi żball?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Mġarr — Zebra Crossing

Question

Jista' l-Ministru jassigura li l-pelican lights li ġew installati numru ta' ġimgħat ilu biswit zebra crossing fi Triq Temi Zammit, Mġarr, u li sal-lum għadhom qatt ma nxtegħlu, jinxtegħlu mingħajr aktar dewmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li wara li l-ADT għamlet ix-xogħol neċessarju, bħal issa qed jiġi nstallat is-supply tad-dawl għall-pelican lights imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant u b’hekk dawn il-lights ikuu jistgħu jinxtegħlu fil-ġranet li ġejjin.

San Gwann — Triq tas-Sliema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 357 u jinfurmani jekk Triq tas-Sliema, Kappara, San Gwann hux qegħda f'xi programm ta' rranġar tat-toroq bħala triq prinċipali u iżjed issa bit-traffiku li jgħaddi għall-iSptar Mater Dei? In vista ta' l-istat ħażin li t-triq tinsab fiha, jista' jikkonsidra li jsiru xi xogħlijiet f'din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall Mistoqsija Parlamentari Nru 69.

Mosta — Triq Durumblat

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 196 u jindika meta huwa maħsub li jispiċċa x-xogħol infrastrutturali fi Triq id-Durumblat, fil-Mosta u li minħabba fih l-ADT għamlet din it-triq one way min-naħa ta' H'Attard?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dan ix-xogħol huwa mistenni li jieħu madwar 6 xhur oħra sabiex jitlesta .

Mosta — Triq il-Ħtajriet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 197 u jgħid jekk hux ppjanat li jitkompla x-xogħol ta' asfaltar li sar biss f'parti ta' Triq il-Ħtajriet, fil-Mosta? Jekk it-tweġiba tkun fl-affermattiv, jista' jindika meta hu maħsub li jintemm dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 336.

Skavar fix-Xewkija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 120, peress li r-residenti tax-Xewkija,Għawdex qed isaqsu u jinsabu nkwetati ħafna dwar l-iskavar li qed isir fix-Xewkija stess għal xi żvilupp in konnessjoni ma' l-Enemalta, jista' l-Ministru jispjega eżatt fiex jikkonsisti dan l-iżvilupp? Għal x'hiex ser jintuża? Jista' jintavola l-pjanti opportuni u kopja ta' l-applikazzjoni għall-permess tal-MEPA fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li L-iżvilupp li qed isir minn naħa tal-Enemalta fix-Xewkija Għawdex huwa ċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tat-33kV li permezz tiegħu ser itejjeb il-kwalita tal-elettriku ġewwa Għawdex u bini ta’ uffiċini ġodda biex jakkomodaw in-nies tal-Enemalta tad-Distrett ta’ Għawdex. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-"Original Decision Notice" mill-MEPA u pjanti relatati.

Attard — Sinjali tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġgħu jinżegħu mill-ġdid is-sinjali tat-traffiku li hemm fit-Triq in-Nutar Zarb, f'H'Attard? Jista' jgħid x'qed iżomm lill-Awtorita' dwar it-Trasport milli toħroġ il-permess biex f'din it-triq jiġu nstallati traffic lights mitluba mill-Kunsill Lokali ta' H'Attard?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT ser tiffriska ż-zebgħa fit-triq msemmija f’qasir żmien. Infurmat ukoll li t-talba tal-Kunsill Lokali Attard ghal pelican crossing oħra fi Triq Nutar Zarb ġiet eżaminata minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku flimkien ma’ uffiċjali tad-Direttorat għall-Infrstruttura tan-Network. Ġġie konkluż mit-Taqsima w mid-Direttorat li din it-talba tal-Kunsill Lokali mhix rakkommandabbli għal dawn ir-raġunijiet: · Id-distanzi ta’ vizibilità mhux adekwati sabiex tali pelican crossing tkun għas-sigurtà ta’ min qed jaqsam. · Diġa jeżistu tlett (3) pelican crossings oħra fl-inħawi viċin ta’ din it-talba. Il-Kunsill Lokali Attard ġie mgħarraf b’din id-deċiżjoni b’ittra ddatata 26 ta’ Mejju 2008.

Inġenji tat-Tarznari

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-inġenji li t-Tarzna tagħmel leasing jew tikri minn sorsi barra l-azjenda? Bl-liema rata huma mikrija kuljum jew leased dawn l-inġenji? Jista' jagħti lista tar-rati mikrija kuljum għal kull tip ta' inġenji? Jista' jpoġġi l-kondizjonijiet ta' leasing ta' dawn l-inġenji? Qatt sar xi analiżi jekk it-Tarzna jaqbilhiex tuża dawn il-metodi għall-inġenji li jkollha bżonn regolari jew inkella jinxtraw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Water Services Corporation — Telephone number

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li n-numru tat-telefon li jidher fuq il-letterhead tal-Water Services Corporation 21249851-7 ma' tista' taqbad qatt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numri tat-telefon (21249851-7) li semma L-Onor. Carmelo Abela, ilhom li inbidlu minn Mejju 2007. In-numru l-ġdid hu 22445566. Lis-stationery kollu tal-Korporazzjoni inbidel ukoll ma l-introduzzjoni tan-numru ġdid. Barra minn hekk il-Korporazzjoni kienet infurmat lill-pubbliku bil-bidla ta' dan in-numru permezz ta' avviżi fil-gażżetti.

Programm tat-toroq iffinanzjat mill-UE

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk sarx il-programm tat-toroq li se jiġi ffinanzjat mill-UE? Jekk fl-affermattiv, liema huma t-toroq magħżula u meta hu ippjanat li se jibdew ix-xogħlijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Proġetti li s'issa jiffurmaw parti mill-programm li qed jittressaq għall-finanzjament mill-EU li ġew approvati s’issa huma l-applikazzjoni għall-bini mill-ġdid ta’ żewg toroq distributorji, il-‘by-pass’ ta’ Wied l-Għajn u Haż-Żabbar u ta’ Triq il-Belt Valletta, Żurrieq ġiet milqugħa. Ix-xogħol għal-bini mill-gdid tal-‘by-pass’ ta’ Wied il-Għajn huwa maħsub li jibda lejn il-bidu tal-2009, filwaqt li dak fuq Triq il-Belt Valletta, Żurrieq huwa maħsub li jibda lejn nofs tal-2009. Il-bqija tal-programm ta' xogħolijiet jitressaq skond l-iskadenza normali ta' programmazzjoni.

Tas-Sliema — Triq it-Torri

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 281 u jgħid meta se jitkompla x-xogħol fi Triq it-Torri, Sliema li ġie mwaqqaf biex issir trinka ta' Enemalta għal ħanut partikolari? Jista' jinfurmani meta dan se jitkompla għaliex dan suppost diġa' sar u m'hemm l-ebda risposta bil-miktub minn uffiċjali tal-ADT għal mistoqsijiet tal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema u għar-residenti? Kienet ippjanata wkoll li ssir bankina ġdida ġo Triq it-Torri, Sliema li tagħti lejn ix-xatt, jista' jinfurmani meta dawn ix-xogħlijiet se jsiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li bħalissa x-xogħol huwa wieqaf peress li qed jiġu riveduti xi talbiet għal varjazzjonijiet li saru fuq parti mix-xogħolijiet. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li l-bankina l-ġdida ppjanata fi Triq it-Torri hija parti minn proġett akbar li ser isir minn Ministeru ieħor.

Traffic humps

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 541 u cioe' b'riferanza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 370, jista' jara li l-ADT tivverifika t-traffic humps li hemm fejn l-iskola sekondarja ta' l-Imrieħel, kif ukoll fi Triq it-Tabib Zammit, Ħal Balzan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn ufficjali ta’ l-Awtorita’ Dwar It-Trasport ta’ Malta irrizulta li gej: · Flat Topped Road Humps fi Triq B. Bontadini Birkirkara: iz-zewg humps, approvati mit-Taqsima ghall-Immaniggjar tat-Traffiku, ma gewx mibnija skond l-istruzzjonijiet u l-approvazzjoni mahruga mill-istess taqsima. · Flat Topped Road Humps fi Triq Tabib Zammit, Balzan: iz-zewg humps, approvati mit-Taqsima ghall-Immaniggjar tat-Traffiku, ma gewx mibnija skond l-istruzzjonijiet u l-approvazzjoni mahruga mill-istess taqsima. Ghaldaqstant l-Awtorita’ Dwar It-Trasport ta’ Malta ser tiehu l-passi necessarji f’dan ir-rigward.

Bini ta' toroq residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 591 u jgħid meta se jsir ix-xogħol fit-toroq hawn taħt indikati kif intqal fil-fuljett li tqassam mill-ADT għall-bini ta' toroq residenzjali bejn l-2006 u l-2008 fl-Imsida? Triq Ġdida fi Triq Balliju Guttenberg Parti min Triq il-Ġostra Sqaq Santa Venera Triq Ġdida fi Triq il-Kunzar Sqaq Casolani Triq Ġdida fi Triq il-Knisja.

Response (GATT, AUSTIN)

Għada ma ġietx iffissata data meta għandu jinbeda x-xogħol.