Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttur Ġenerali  tad-Divizjoni għal-Konsumatur u Kompetizjoni — xogħol privat - permessi validi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7903, 7396 u 7111 u cioè: B’referenza għall-artiklu li deher fil-gazzetta "Illum" taħt it-titlu “Il-każ ta’ Veterinarja maċ-Ċivil” li ġie ppublikat il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-permessi li ħarġu lid-Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għall-Konsumatur u Kompetizzjoni (il-Veterinarja) biex tagħmel xogħol privat għadhomx validi minħabba li skond l-Uffiċċju tal-Prim Ministru dawn il-permessi ngħataw taħt il-leġislatura l-oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7111.

Kummissjoni Ewropea — tisħiħ fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7902, 7397 u 7112 u cioè: Wara li l-Kummissjoni Ewropea riċentement (Jannar 2009) qalet li trid tara tisħiħ fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni ġewwa Malta, jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-passi li beħsiebu jieħu dwar dan anke minħabba li preżentament l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qed jitmexxa minn veterinarja li tipprattika l-professjoni tagħha fl-istess ħin li tmexxi dan l-uffiċċju li hu meqjus tant importanti mill-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7112.

Direttur Ġenerali  tad-Divizjoni għal-Konsumatur u Kompetizjoni — permess biex taħdem xogħol privat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7901, 7395 u 7110 u cioè: Filwaqt li nirreferi għal risposta li ħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru lill-gazzetta "Illum" li dehret f’artiklu taħt it-titlu “il-Każ ta’ Veterinarja maċ-Ċivil” li ġie ppublikat il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009, jista’ l-Ministru jikkonferma id-dati ta’ meta d-Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għall-Konsumatur u Kompetizjoni (il-Veterinarja) ngħatat il-permessi biex taħdem xogħol privat? X’kundizzjonijiet kien hemm ma' dawn il-permessi u jekk kien hemm, kenux jippermettulha li tagħmel xogħol privat waqt il-ħin li suppost taħdem mal-Gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7110.

qasam tal-manifattura u kostruzzjoni — informazzjoni fuq ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7428 u 7200 u jgħid kemm intilfu impjiegi xahar b'xahar f'dawn l-aħħar sitt xhur fl-oqsma tal-manifattura settur b'settur, kif ukoll fil-qasam tal-kostruzzjoni? Kemm minn dawn kienu jaħdmu part time u b'kuntratt temporanju separatament? Jista' jingħata breakdown skont: a) l-età tal-persuni? b) l-iskills tal-persuni? ċ) in-nazzjonalità tal-persuni? d) kemm kienu refuġjati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7200.

Ċimiterji fil-Mosta — art tal-gvern jew tal-Knisja - Kappelli

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7678 li tali mistoqsija saret għall-fini ta' riċerka u storja, jidher li fir-risposta qed jissemew żewġ kappelli. Jista’ l-Ministru jgħid għal liema kappelli qed jirreferi fir-risposta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ż-żewġ kappelli in kwisjoni huma l-istess żewġ kappelli li jissemmgħu fid-dettalji li huwa stess bgħat separatament mal-mistoqsija parlamentari 7678 fejn jindikaw li maġenbhom kien hemm iċ-ċimiterji. Dawn iż-żewġ kappelli huma il-Kappella ta’ Sta Margerita, li għada eżistenti sallum, u l-Kappella ta’ San Ġakbu li m’għadiex fil-post. Kif għidt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7678, iċ-ċimiterji li jingħad li kien hemm maġenb dawn iż-żewġ kappelli ma kienux fuq art tal-Gvern. It-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern m’għandha l-ebda informazzjoni oħra fuq ċimiterji fil-Mosta.

Dipartiment tal-Artijiet — Ħlas ta' kera lil eredi ta' post

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u jgħid għaliex il-Gvern m'għadux iħallas il-kera lill-eredi talli d-Dipartiment tal-Artijiet kien ħa proprjetà tal-istess fil-Belt Valletta li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? X'jista' jsir biex l-eredi jerġgħu jibdew jieħdu kemm il-kera ta' b'lura u l-kera dovuta lilhom mil-lum 'il quddiem?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Artijiet se jieħu l-proċedura neċessarja biex tibda titħallas il-kera lill-eredi tal-persuna li d-dettalji tagħha ntbgħatu separatament billi bi żvista dawn il-proċeduri ma kienux itttieħdu meta mietet il-persuna indikata. L-eredi se jiġu ikkuntatjati mid-Dipartiment biex wara li jippreżentaw id-dokumenti neċessarji, jitħallsu kemm il-kera b’lura kif ukoll il-kera dovuta.

Xewkija — Qasam Industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki u kumpanniji oħra fil-qasam industrijali tax-Xewkija? Liema huma dawn il-fabbriki/kumpanniji? F’liema oqsma tal-ekonomija joperaw? Kemm qed tħaddem nies kull waħda minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Aġenzija Ewropeja għal Ambjent — tniġġis mill-użu ta' electromagnetic devises

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7104 li oriġinarjmanet saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jagħti widen għat-twiddib li l-Aġenzija Ewropea għal Ambjent tagħmel dwar l-effett fuq is-saħħa tan-nies minħabba tniġġis mill-użu ta' electromagnetic devises, bħalma huma s-sistemi tal-mobile phones?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Għajnuna lill-industrija tal-manifattura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ikkontribwixxa l-Gvern f'sussidju jew f'għajnuna lill-industrija tal-manifattura individwali minn Ottubru 2008 sal-lum, u dan minħabba l-pressjoni li r-riċessjoni internazzjonali għamlet fuq il-manifattura?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalita`, ma tistax tingħata informazzjoni dwar assistenza mogħtija individwalment lil kull kumpanija tal-manifattura affettwata mir-riċessjoni internazzjonali. S’issa il-Gvern laħaq ftehim ma’ erba’ kumpaniji tal-manifattura affettwati negattivament minn din ir-riċessjoni, u magħhom ikkommetta għajnuna finanzjarja li tlaħħaq is-somma totali ta` € 3,698,766. L-assistenza approvata hija marbuta ma’ investiment kapitali mill-kumpaniji involuti u l-għoti ta’ taħriġ lill-impjegati.

Malta Film Commission — open air studio

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta talab lill-Malta Film Commission biex iwettqu studju dwar x’tip ta’ faċilitajiet jistgħu jiġu kkonsidrati għal open air studio għall-produzzjoni tal-films f’Għawdex? Meta mistenni li jitlesta dan l-istudju?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7627 u jikkonferma kemm ġew utilizzati fondi mill-Unjoni Ewropea li attwalment issarrfu f'nefqa mill-Gvern fis-sena 2007 u fis-sena 2008 u fl-ewwel xahrejn tas-sena 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7627.

Magni tal-logħob fil-casinos

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8118, 7523, 7294, 6957 u 6692 u jgħid għal kemm tammonta ċ-ċifra totali li l-Gvern idaħħal kull sena mill-magni tal-logħob li hemm allokati fl-erba' casinos li hawn f'Malta, jiġifieri gaming tax, income tax fuq il-kumpanniji, taxxi fuq il-qligħ, kontribuzzjonijiet soċjali ta' l-impjegati eċċ.? Kemm-il persuna jimpjegaw l-erba' casinos f'pajjiżna? Jikkonferma li hawn madwar 12,000 magna tal-logħob simili għal dawk li hemm fil-casinos imxerrdin fi ħwienet tal-logħob li qegħdin jinbtu f'kull belt u raħal ta' Malta? Il-kondizzjonijiet għall-permessi għall-ftuħ ta' casinos f'pajjiżna jinkludu sbarrament ta' l-età, biex wieħed jidħol u jilgħab irid ikun għalaq 25 sena, self barring li jorbot għall-casinos kollha, skrutinju dettaljat tal-flejjes li jidħlu u joħorġu kif ukoll preżenza ta' uffiċjali responsabbli għas-setturi tal-gambling, taxxa, eċċ. Jista' jispjega jekk l-operaturi ta' dawn il-magni tal-logħob (mhux casinos) għandhomx l-istess regolamenti?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ħaddiema barranin jaħdmu Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn ħaddiema barranin jaħdmu f'Malta bejn Jannar u Diċembru 2008? Dawn ġejjin mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jew minn barra l-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid f'liema setturi qed jaħdmu u kemm hemm minnhom settur b'settur?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistka għad m’ghandux l-informazzjoni għal perjodu mitlub jiġifieri Jannar – Diċembru 2008. Din l-informazzjoni tkun tista tingħata aktar il-quddiem la tkun miġbura.

Road Tax

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6573 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, cioè: Billi minn din is-sena nbidlu l-kriterji li abbażi tagħhom wieħed iħallas il-liċenzja (road tax) annwali tiegħu, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt bniedem li jbiddel il-magna tal-vettura tiegħu, mingħajr ma jbiddel il-vettura hux ser ikun jista' jitlob għar-reviżjoni tal-ħlas dovut, abbażi ta' l-emissjonijiet li l-magna mqiegħda ġdida fil-fatt tipproduċi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li waqt li l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur kien qed jiġi diskuss fl-Istadju ta’ Kumitat tressqet u kienet accettata emenda fis-sens li fejn vettura bil-mutur, li tkun diġà reġistrata mill-Awtorità, titwaħħlilha magna ġdida jew il-magna tagħha tiġi mgħammra b’apparat li għalih ikun hemm fis-seħħ ċertifikat ta’ konformità maħruġ mill-manifattur, u allura tkun tikkwalifika għal livelli mnaqqsa ta’ emissjonijiet ta’ CO2 jew ta’ materja partikolata, dik il-vettura tikkwalifika għad-dritt ta’ liċenzja ta’ ċirkolazzjoni applikabbli għal dawk il-livelli mnaqqsa ta’ emissjonijiet ta’ CO2 jew ta’ materja partikolata. Dan sakemm dik il-vettura tkun koperta minn ċertifikat ta’ emissjonijiet mnaqqsa maħruġ minn eżaminatur awtorizzat jew minn faċilità għall-ittestjar akkreditata.

skema tal-fidi taċ-ċens imnedija mill-Gvern.

Question

B'referenza għall-iskema tal-fidi taċ-ċens imnedija mill-Gvern, jidhirlu l-Ministru li l-fatt li persuni li applikaw fl-istess perijodu iżda għal raġunijiet independenti minnhom issejħu fi żmien differenti biex jifdu ċ-ċens u għalhekk qed jiġu suġġetti għal kundizzjonijiet differenti, jikkonstitwixxi punt ta' trattament inugwali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikazzjonjiet għall-fidi ta’ ċnus imnedija mill-Gvern kienu jinżammu f’ordni kronoloġiku u f’din l-ordni l-applikanti kienu jiġu mgħarrfa bil-prezz tal-fidi, iżda peress li qabel ma jsir il-Kuntratt, iridu jsiru ċerti verifiki kif ukoll il-pjanti għar-reġistrazzjoni mar-Reġistru tal-Artijiet u f’ċerti każi saħansitra jkun meħtieġ jinġiebu aktar dettalji mill-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi li qabel kienu jamministraw dawn il-proprjetajiet, il-kuntratti ma setgħux jiġu ppublikati fl-istess ordni kronoloġiku iżda kienu jiġu pubblikati hekk kif kull każ partikolari ikun iffinalizzat. Din hija l-unika raġuni għala persuni li applikaw fl-istess perjodu issejħu fi żmien differenti biex jifdu ċ-ċens. L-Onorevoli membru jaf u japprezza li l-informazzjoni miżmuma mill-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi mhux dejjem kienet miżmuma bl-aħjar mod possibbli, speċjalment fejn il-provvenjenza tmur lura mijiet ta’ snin. Huwa utli li l-Onorevoli Membru jkun infurmat li l-bidliet imħabbra għall-iskema dan l-aħħar huma intiżi biex l-iskop u l-ħsieb wara l-skema ta’ l-2001 ikunu rispettati. Il-Gvern għandu obbligu morali u legali li jibża għal proprjeta’ tiegħu, anke għal dawk li ġejjin warajna f’qafas ta’ żvilupp sostenibbli. Wara kollox, l-iskema ta’ l-2001 kienet konċessjoni li l-Gvern ta lil dawk li kellhom ċnus temporanji ġejjin mill-knisja. Il-Gvern la kien obbligat ibigħ tali ċens u lanqas l-enfitewti ma kellhom obbligu li jifdu. Pero’ jinkombi fuq il-Gvern li meta ra li kien hemm ammont profikwu ta’ spekulazzjoni ta’ proprjeta’ wara li jinfeda ċ-ċens temporanju, il-Gvern kellu jieħu miżuri biex jagħlaq il-bieb għall-abbuż. L-iskop ewlieni mniedi mill-gvern dwar l-iskema kien biex individwi jkunu jistgħu jixtru propjeta’ li tkun ir-residenza ordinarja tagħhom jew post ta’ villeġġjatura li jkun għandhom b’enfitewsi temporarju jew kiri. Dan l-iskop ewlieni għadu jinżamm sħiħ bħalma baqgħu jinżammu sħaħ wkoll il-prezz li bih wieħed jista’ jixtri daru jew il-post tal-villeġġjatura. L-iskema ġiet temporanjament sospiża biex it-Taqsima Propjeta tal-Gvern tkun tista tikkonsolida u tipproċessa l-applikazzjonijiet pendenti u cioe 3,040 applikazzjoni. Fl-istess waqt qed jiġi assigurat li spekulazzjoni ta’ proprjeta’ permezz ta’ bejgħ sussegwenti ta’ tali propjeta’ tiġi mxejjna. Tali miżuri li jwaqqfu spekulazzjoni ta’ propjeta’ pubblika ma jistgħux jitqiesu bħala trattament inugwali.

Korporazzjoni Enemalta — Petroleum Division - privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu d-diskussjonijiet għal privatizzazzjoni tal-Petroleum Division tal-Korporazzjoni Enemalta? Ma' liema kumpanniji qegħdin isiru t-taħdidiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif diġa ġie mħabbar fl-20 ta’ Novembru 2008, il-‘BB Energy BV’ ġew magħżula bħala l-first ranking bidder. In-negozjati ma’ din il-kumpanija bdew f’Jannar 2009, liema negozjati għadhom għaddejin.

Gambling Outlets

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7502, 7287 u 7048 u cioè: Fid-dawl ta’ dak li rriżulta mil-laqgħa riċenti tal-House Social Affairs Committee dwar il-gambling outlets illegali li qed jinbtu madwar Malta kollha, jista' jieħu azzjoni flimkien mal-Ministru għall-Intern sabiex jigi żgurat li tittieħed azzjoni konkreta kontra dan l-operat illegali? Meta se jiddeċiedi l-Gvern jekk ħwienet simili humiex legali jew le, jew għandhomx jibqgħu illegali jew le? Għaliex qed iħallihom joperaw meta sal-lum għad m'hemm l-ebda leġislazzjoni jew regolamenti li jikkontrollaw l-operat tagħhom? Iħoss li l-ispjega tal-Agent Chief Executive Officer tal-Lotteries and Gaming Authority li l-awtorità għandha d-dmir li toħroġ il-liċenzji meħtieġa iżda ma tistax tagħmel dan qabel ma jkun hemm legal notice biex tirregola dan in-negozju, jindika li l-Gvern jidher li jinsab miexi lejn l-aċċettazzjoni ta’dawn il-gambling outlets kollha? X’tifhem il-Lotteries and Gaming Authority meta qed tistqarr li l-intenzjoni tagħha hi li il pożizzjoni tiġi regolarizzata kmieni kemm jista jkun? Li dawn se jibdew jitħallew joperaw f’pajjiżna bil-liċenzji li għad jridu joħorġu? Billi intqal li l-Lotteries and Gaming Authority qed tippjana anki pjanijiet fit-tul dwar passi dwar bans fuq gaming f’internet cafes b’liema kriterju qed jigi indikat li il-Gvern jista' jimxi b’kejl differenti fejn jiffavorixxi dawn il-gambling outlets u ma jieħux l-istess passi li jistgħu jiġu kkontemplati vis-a-vis l-gaming fl-internet cafes? Jista' jara flimkien mal-Ministru tal-Intern kemm minn dawn l-outlets qegħdin irażżnu żgħażagħ ta’ taħt il-25 sena milli jiffrekwentawhom? Huwa minnu li spiss qed ikun hemm tfal ġo fihom? Filwaqt li wieħed jifhem ir-rakkmandazzjoni tal-Kumitat li għandha tispiċċa d-distinzjoni bejn gambling outlets u amusement machines jaħseb li l-gaming outlets jirrikjedu attenzjoni aktar prijoritarjà? Il-Gvern għandu jieħu in kunsiderazzjoni wkoll il-location ta’ dawn l-outlets li skond ma ġie żvelat f’ċerti każi jinsabu qrib ħafna ta' ċerti knejjes u skejjel? Filwaqt li wieħed japprezza il-proposta tal-kumitat li għandu jkun hemm moniteraġġ ta’ dawn l-attivitajiet, jaħseb li flimkien mal-Ministru tal-Intern hija responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali biex jieħu passi mmedjati kontra din l-illegalità?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ftuħ ta' fabbriki — applikazzjoniet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-ftuħ ta’fabbriki ġodda quddiem il-Malta Enterprise? Meta saret kull applikazzjoni? Mil-liema kumpannija? X’inhi l-attività ekonomika li se tipproduċi kull fabbrika?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

xitel tal-frawli impurtati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' xitel tal-frawli li ġew impurtati f'Malta qabel l-istaġun tat-taħwil tal-frawli għal din is-sena? Kif jitqabbel dan in-numru man-numru ta' xitel li ġie impurtat matul is-snin li għaddew?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

numru ta' varjetajiet ta' żerriegħa tal-patata impurtati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' varjetajiet ta' żerriegħa tal-patata li ġew impurtati f'Malta qabel l-istaġun taż-żriegħ ta' din is-sena? Kif jitqabbel dan in-numru ma' dak ta' snin oħra? Hemm xi raġuni partikulari għaliex seħħet din il-bidla?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.