Issa li l-Air Malta għalqet is-sena finanzjarja tagħha 2008-2009 u ħabbret ukoll l-iskedi tagħha għal din is-sena jista' l-Ministru jgħid is-sena li għaddiet kemm-il kumpannija organizzat titjirjiet chartered għal Lourdes u kemm ġarret b'passiggieri b'kollox? Kif dan hu paragunat mas-snin ta' qabel u cioè mindu bdiet titjiriet chartered għal Lourdes u cioè ukoll laħqitx il-miri tagħha? U kemm hu programmat li torganizza titjirjiet chartered din is-sena u x'inhi l-mira ta' passiġġieri li tistenna li tilħaq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ passiġieri (imorru u jiġu) fuq titjiriet ‘charter’ tal-Air Malta lejn Lourdes matul is-sena 2008 laħaq 13,460. L-Air Malta operat 4 titjiriet f’April 2008, 6 titjiriet f’Mejju 2008, 41 titjira diretta fit-tlett xhur tas-sajf Lulju sa Settembru 2008, u 8 titjiriet oħra fix-xahar ta’ Diċembru 2008. Dan kien ifisser żieda ta’ 14 it-titjira iktar fuq is-sena ta qabel, u żieda ta’ 5,597 passiġier.
It-titjiriet ta’ L-Air Malta lejn Lourdes bdew f’Marzu ta’ l- 1988.
Dawn l-aħħar ħames snin it-traffiku ta’ passiġieri għall-Lourdes (imorru u jiġu) kien hekk :
Total ta’ passiġieri 2004 – 7,930
Total ta’ passiġieri 2005 – 8,997
Total ta’ passiġieri 2006 – 9,214
Total ta’ passiġieri 2007 – 7,863
Total ta’ passiġieri 2008 – 13,460
Għas-sena 2009, huwa stmat li l-Air Malta se tagħmel 28 titjira diretta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi rigward għall-ewwel parti tal-mistoqsija ninsab infurmat illi x-xogħolijiet f’Dar Malta fi Brussel żammew ma’ l-istima oriġinali ppjanata għal dan il-proġett.
Dar Malta fi Brussel tilqa’ fiha żewġ rappreżentanzi diplomatiċi importanti: ir-Rappreżentanza Diplomatika ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea u l-Ambaxxata ta’ Malta għall-Belġju.
Ix-xogħolijiet fil-parti li se tintuża għar-rappreżentanzi diplomati`i ta’ pajjiżna laħħqu s-somma ta’ €3,834,149 (Lm1,646,000) filwaqt li xogħolijiet oħrajn fil-partijiet li se jinkrew lil terzi laħħqu s-somma ta’ €2,292,103 (Lm984,000).
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għat-tieni parti tal-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jagħi statistika ta' kemm twieldu tfal fl-2008, fl-1998, fl-1988, fl-1978 u fl-1968? Jista jagħti l-popolazzjoni bil-gender? Jista' jgħid jekk hemmx miżuri ħalli jħajjru iktar koppji jkollhom iktar tfal fix-xhur u snin li ġejjin milli qed jkollhom illum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward l-aħħar parti nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-ministru jgħid kemm minn fost l-immigranti irregolari li ġew Malta fl-aħħar għaxar snin:
a) iżżewġu Malti/ija?
b) iżżewġu barrani/ja imma stabilixxew rwieħhom hawn?
ċ) jaħdmu bi qliegħ u jħallsu l-bolla u taxxa?
d) iħaddmu n-nies magħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ immigranti irregolari li jaħdmu bi qliegħ u jħallsu l-bolla u taxxa hu ta’ 895, filwaqt li n-numru ta’ dawk reġistrati bħala employers hu ta’ 2. Madankollu ta’ min jgħid illi din l-informazzjoni tapplika biss għas-snin 2003 ’l hawn. Għas-snin 1998 sa 2002, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba.
Għall-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għal-Konsumatur u Kompetizjoni — permess biex taħdem xogħol privat
Question
Filwaqt li nirreferi għal risposta li ħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru lill-gazzetta "Illum" li dehret f’artiklu taħt it-titlu “il-Każ ta’ Veterinarja maċ-Ċivil” li ġie ppublikat il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009, jista’ l-Ministru jikkonferma id-dati ta’ meta d-Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għall-Konsumatur u Kompetizjoni (il-Veterinarja) ngħatat il-permessi biex taħdem xogħol privat? X’kundizzjonijiet kien hemm ma' dawn il-permessi u jekk kien hemm, kenux jippermettulha li tagħmel xogħol privat waqt il-ħin li suppost taħdem mal-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment la qatt intalab u qatt ma ta permess lid-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni sabiex tagħmel xogħol privat.
Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għal-Konsumatur u Kompetizjoni — xogħol privat - permessi validi
Question
B’referenza għall-artiklu li deher fil-gazzetta "Illum" taħt it-titlu “Il-każ ta’ Veterinarja maċ-Ċivil” li ġie ppublikat il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-permessi li ħarġu lid-Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għall-Konsumatur u Kompetizzjoni (il-Veterinarja) biex tagħmel xogħol privat għadhomx validi minħabba li skond l-Uffiċċju tal-Prim Ministru dawn il-permessi ngħataw taħt il-leġislatura l-oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Klawsola 7.3.2.3 tal-‘Public Service Management Code’ tistipula:
If during the period of approval to perform private work, a public officer is transferred, promoted or progresses to a higher scale, permission to perform private work shall be deemed as having been withdrawn automatically, and a fresh approval shall be sought.
Kummissjoni Ewropea — tisħiħ fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni
Question
Wara li l-Kummissjoni Ewropea riċentement (Jannar 2009) qalet li trid tara tisħiħ fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni ġewwa Malta, jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-passi li beħsiebu jieħu dwar dan anke minħabba li preżentament l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qed jitmexxa minn veterinarja li tipprattika l-professjoni tagħha fl-istess ħin li tmexxi dan l-uffiċċju li hu meqjus tant importanti mill-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħda ssir ħidma sabiex l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta jissaħħaħ fl-infrastruttura legali u organizzattiva tiegħu. Il-Kummissjoni Ewropeja qatt ma rabtet ir-rakkomandazzjonijiet tagħha ma’ min imexxi dan l-Uffiċċju.
qasam tal-manifattura u kostruzzjoni — informazzjoni fuq ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intilfu impiegi xahar b'xahar f'dawn l-aħħar sitt xhur fl-oqsma tal-manifattura settur b'settur, kif ukoll fil-qasam tal-kostruzzjoni? Kemm minn dawn kienu jaħdmu part time u b'kuntratt temporanju separatament? Jista' jingħata breakdown skont:
a) l-età tal-persuni?
b) l-iskills tal-persuni?
ċ) in-nazzjonalità tal-persuni?
d) kemm kienu refuġjati?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għan-News Release 057/2009 li qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6920 u jgħid kemm minn fost l-immigranti irregolari li ġew Malta fl-aħħar għaxar snin:
a) iżżewġu Malti/ija?
b) iżżewġu barrani/ja imma stabilixxew rwieħhom hawn?
ċ) jaħdmu bi qliegħ u jħallsu l-bolla u taxxa?
d) iħaddmu n-nies magħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6920.
Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għal-Konsumatur u Kompetizjoni — permess biex taħdem xogħol privat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7110 u cioè: Filwaqt li nirreferi għal risposta li ħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru lill-gazzetta "Illum" li dehret f’artiklu taħt it-titlu “il-Każ ta’ Veterinarja maċ-Ċivil” li ġie ppublikat il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009, jista’ l-Ministru jikkonferma id-dati ta’ meta d-Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għall-Konsumatur u Kompetizjoni (il-Veterinarja) ngħatat il-permessi biex taħdem xogħol privat? X’kundizzjonijiet kien hemm ma' dawn il-permessi u jekk kien hemm, kenux jippermettulha li tagħmel xogħol privat waqt il-ħin li suppost taħdem mal-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7110.
Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għal-Konsumatur u Kompetizjoni — xogħol privat - permessi validi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7111 u cioè: B’referenza għall-artiklu li deher fil-gazzetta "Illum" taħt it-titlu “Il-każ ta’ Veterinarja maċ-Ċivil” li ġie ppublikat il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-permessi li ħarġu lid-Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għall-Konsumatur u Kompetizzjoni (il-Veterinarja) biex tagħmel xogħol privat għadhomx validi minħabba li skond l-Uffiċċju tal-Prim Ministru dawn il-permessi ngħataw taħt il-leġislatura l-oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7111.
qasam tal-manifattura u kostruzzjoni — informazzjoni fuq ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7200 u jgħid kemm intilfu impjiegi xahar b'xahar f'dawn l-aħħar sitt xhur fl-oqsma tal-manifattura settur b'settur, kif ukoll fil-qasam tal-kostruzzjoni? Kemm minn dawn kienu jaħdmu part time u b'kuntratt temporanju separatament? Jista' jingħata breakdown skont:
a) l-età tal-persuni?
b) l-iskills tal-persuni?
ċ) in-nazzjonalità tal-persuni?
d) kemm kienu refuġjati?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7200.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7279 u 6920 u jgħid kemm minn fost l-immigranti irregolari li ġew Malta fl-aħħar għaxar snin:
a) iżżewġu Malti/ija?
b) iżżewġu barrani/ja imma stabilixxew rwieħhom hawn?
ċ) jaħdmu bi qliegħ u jħallsu l-bolla u taxxa?
d) iħaddmu n-nies magħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6920.
Jista' l-Ministru jikkonferma kemm ġew utilizzati fondi mill-Unjoni Ewropea li attwalment issarrfu f'nefqa mill-Gvern fis-sena 2007 u fis-sena 2008 u fl-ewwel xahrejn tas-sena 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — income tax ta' l-impjegati tagħha
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar l-aħħar irregolarizzat l-pożizzjoni tagħha dwar income tax imnaqqsa mill-pagi tal-impjegati tagħha mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jikkonferma li sa ftit ilu kellhom dues pendenti li jmorru lura sa Settembru 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-aħħar pagament li sar mill-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar income tax imnaqqsa mill-pagi tal-impjegati sar fit-23 ta’ Diċembru 2008.
Sa Awissu 2008, il-pagamenti tħallsu kollha fil-ħin, filwaqt il-ħlasijiet għax-xhur Settembru/Ottubru/Novembru 2008 saru bejn Novembru u Diċembru 2008.
Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għal-Konsumatur u Kompetizjoni — permess biex taħdem xogħol privat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7395 u 7110 u cioè: Filwaqt li nirreferi għal risposta li ħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru lill-gazzetta "Illum" li dehret f’artiklu taħt it-titlu “il-Każ ta’ Veterinarja maċ-Ċivil” li ġie ppublikat il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009, jista’ l-Ministru jikkonferma id-dati ta’ meta d-Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għall-Konsumatur u Kompetizjoni (il-Veterinarja) ngħatat il-permessi biex taħdem xogħol privat? X’kundizzjonijiet kien hemm ma' dawn il-permessi u jekk kien hemm, kenux jippermettulha li tagħmel xogħol privat waqt il-ħin li suppost taħdem mal-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7110.
Kummissjoni Ewropea — tisħiħ fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7397 u 7112 u cioè: Wara li l-Kummissjoni Ewropea riċentement (Jannar 2009) qalet li trid tara tisħiħ fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni ġewwa Malta, jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-passi li beħsiebu jieħu dwar dan anke minħabba li preżentament l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qed jitmexxa minn veterinarja li tipprattika l-professjoni tagħha fl-istess ħin li tmexxi dan l-uffiċċju li hu meqjus tant importanti mill-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7112.
Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għal-Konsumatur u Kompetizjoni — xogħol privat - permessi validi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7396 u 7111 u cioè: B’referenza għall-artiklu li deher fil-gazzetta "Illum" taħt it-titlu “Il-każ ta’ Veterinarja maċ-Ċivil” li ġie ppubblikat il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-permessi li ħarġu lid-Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għall-Konsumatur u Kompetizzjoni (il-Veterinarja) biex tagħmel xogħol privat għadhomx validi minħabba li skond l-Uffiċċju tal-Prim Ministru dawn il-permessi ngħataw taħt il-leġislatura l-oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7111.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament li jħaddmu (i) anqas minn 10 ħaddiema; (ii) minn 10 sa 49 ħaddiema; u (iii) minn 50 sa 249 ħaddiem?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.