Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mewt

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 786 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet referuta lilu, u jgħid kemm jirriżulta li mietu nies xahar b'xahar fis-sena 2007? Kemm minnhom kellhom anqas minn 65-il sena? Kemm minn dawn jirriżulta li kienu self-employed?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija hija kif tidher fuq it-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward l-istatistika mitluba fil-kumplament tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Opri tal-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' operaturi ta' l-opri tal-baħar li huma awtoriżżati mill-MMA biex jaħdmu mill-inħawi ta' San Pawl il-Baħar,Mellieħa u Mġarr rispettivament? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar x'tip ta' opri tal-baħar huma awtoriżżati li jħaddmu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Manutenzjoni ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema toroq f'Bormla, il-Birgu, l-Isla, il-Kalkara, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar u l-Fgura se jsirilhom xi xogħol (u jispeċifika x'inhu fejn hu l-każ) matul is-sena 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Inerpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Marina tal-Kottonera — Pontoons

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-kuntratt tal-Marina tal-Kottonera hemmx klawsola li tippermetti li boat owners ta' Bormla, il-Birgu u l-Isla (b'mod separat) jagħmlu użu mill-pontoons għal ħlas nominali? Jekk fl-affermattiv, kemm hu n-numru għal kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif jaf l-Onor. Interpellant, il-kuntratt li qed jirreferi għalih hu dokument pubbliku u għalhekk l-informazzjoni li qed jitlob tista' tinkiseb liberalment minn hemm.

Kunsum ta' l-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 574 u jiddikjara jekk il-Gvern ikkonsidrax l-idea li bl-istess mod li prattikament kull household għandha meter tad-dawl, kull household ikollha sistema ta' produzzjoni ta' enerġija alternattiva, partikolarment sistemi fotovoltaiċi?Wettaq xi studju l-Gvern tal-vijabbilita' ta' l-introduzzjoni ta' dawn is-sistemi f'kull dar komparati mal-flus extra li jkollu joħroġ l-istess Gvern biex jagħmel tajjeb għan-nofs iż-żidiet fil-prezzijiet taż-żejt u li se jkomplu jħallsu ċ-ċittadini fi ħlas ta' soprataxxa?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Konsum ta' dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 572 u jieħu l-figuri ta' bejn l-1 ta' Marzu 2007 u l-1 ta' Marzu 2008 u jindika kemm hi l-medja ta' ħlas totali fis-sena li kull household tħallas lill- a) Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma b)Enemalta għall-konsum tal- i)ilma u ii)dawl inkluż konsum , kirjiet ta' arloġġi u soprataxxa? Kemm minn din iċ-ċifra, bħala medja, tmur bħala ħlas għas-surcharge?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Sistemi Fotovoltaiċi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 571 u jgħid kemm huma l-households f'Malta li , minħabba li qalbu għal sistema fotovoltaiċi ta' enerġija alternativa, jbiegħu l-kurrent lill-Enemalta? Kemm inxtara kurrent f'termini ta' kejl ta' kurrent u f'termini ta' flus mill-budget li għadda sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Inerpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xemxija — Pelican Lights

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex id-dwal taż-żewġ pelican lights fix-Xemxija jiġu mixgħula kemm jista' jkun malajr? Jista' fl-istess ħin jara wkoll li jiġu nstallati pelican lights fin-naħa t'isfel ta' l-istess telgħa, fejn kienu maħsuba li jsiru skond ix-xogħol li sar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Mosta — Triq il-Kungress Ewkaristiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta se ssirilha l-manutenzjoni meħtieġa, speċjalment fuq in-naħa tal-culverts biex ma tibqax perikoluża?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT hija konxja mill-periklu msemmi u qed tagħmel l-almu tagħha li x-xogħlijiet neċessarji jsiru appena joħorġu u jingħataw kuntratti apposta ta’ manutenazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin.

Vjal il-Ħaddiem Rabat Malta

Question

B'referenza għall-qagħda ħażina tat-Triq Vjal il-Ħaddiem ir-Rabat Malta, jista' l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet neċessarji, ħalli wara xogħlijiet tal-kuntrattur din it-triq ma tibqax ta' skomdu kif inhi llum sija għall-pedestrians u sija għall-karozzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed issir fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant qed issir mill-Koporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-ilma. La darba jitlesta dan ix-xogħol, il-Kuntrattur huwa obbligat li jagħmel reinstatement bit-tarmac bħala kundizzjoni li l-ADT għamlet fil-permess maħruġ għal dan ix-xogħol. Il-kuntrattur għandu obbligu li jagħlaq it-trinek kollha b’cold mix material b’mod temporanju sakemm jitlesta ix-xogħol, u ingħata struzzjonijiet f'dan is-sens.

Importazzjoni ta' Karozzi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi ġodda, xahar b'xahar, matul is-sena 2007 u ta' liema ditta kienu u ta' kemm iċ-ċilindraġġ? Kemm inġabru flus fl-istess perjodu bħala registration tax?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li, rigward importazzjoni ta' karozzi ġodda jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat. Ninsab infurmat li minn karozzi ġodda, matul is-sena 2007 inġabru €32,888,965 f'registration tax.

Inċident ta' ajruplan — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ir-rapport ta' inċident li seta' nqala' iktar minn sena ilu bejn ajruplan ta' l-Air Malta u ajruplan privat żgħir fil-fatt issa tlestiex minn dawk li kienu qed jagħmlu l-investigazzjonijiet? Jista' jgħid jekk dan ir-rapport hux se jiġi ppubblikat meta jkun lest?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-investigazzjoni fuq dan l-inċident waslet biex tiġi konkluża u malli din titlesta, ir-rapport ikun ippubblikat.

Self Drive Garages

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' self drive garages li hemm liċenzjati fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Mġarr, Rabat u Mosta rispettivament? X'inhu n-numru totali ta' karozzi li għandhom liċenzjati?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Provvista tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru globali ta' każijiet fl-ewwel 4 xhur tas-sena fejn ġiet sospiża l-provvista tad-dawl, f'Malta u Għawdex separatament u lokal b'lokal? Jista' jgħid ukoll kemm kien in-numru ta' stabilimenti kummerċjali milquta globalment?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Provvista ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru globali ta' każijiet fl-ewwel 4 xhur tas-sena fejn ġiet sospiża l-provvista ta' l-ilma f'Malta u Għawdex separatament u lokal b'lokal? Jista' jgħid ukoll kemm kien in-numru ta' stabilimenti kummerċjali milquta globalment?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru globali ta' każijiet fl-ewwel 4 xhur tas-sena fejn ġiet sospiża l-provvista ta' l-ilma f'Malta u Għawdex, b'kollox kien ta’ 434 – 406 f’Malta u 28 f’Għawdex. Ta’ min isemmi li aktar minn 30% ta’ dawn l-inċidenti damu anqas minn sagħtejn filwaqt li kienu biss madwar 1% li damu aktar minn 12-il siegħa. Għal fini tas-sospenzjonijiet ta’ l-ilma, il-Korporazjoni tkun taf biss in-numru bejn wieħed u ieħor ta’ residenzi affettwati fiż-żoni milquta, u għaldaqstant m’għandhiex informazzjoni fuq kemm minn dawn huma stabbilimenti kummerċjali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi fejn kienu dawn is-sospensjonijiet.

Imtarfa — Triq l-Imtarfa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 102 u jispjega l-fatt li Triq l-Imtarfa, Imtarfa, li għadha kemm ġiet mibnija qed iżżomm l-ilma f'diversi postijiet kif jidher fir-ritratti li qed jidhru separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-parti tat-triq imsemmija mil-Onorevoli Interpellant, ma setgħatx tinbena b'pendil sabiex jigu rispettati l-livelli tal-bibien tad-djar tul din il-parti tat-triq u minhabba f'hekk, qed joqgħod l-ilma kif murija fir-ritratti li ta l-Onor Interpellant. Soluzjoni permezz ta' introduzzjoni ta' spralli li jaqblu ma culverts fil-viċin qiegħda tigi kunsidrata.

Bozoz użati mill-Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 471 u jispjega jekk il-bozoz li jintużaw mill-Enemalta fit-toroq humiex enery savers? Jekk le, meta beħsiebu jbiddilhom u kemm jikkalkula li jiffranka dawl jekk jagħmel hekk?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-bozoz li jintuzaw fit-toroq huma tat-tip SON u minnhom infushom diġa jifrankaw meta mqabbla mat-tip l-iehor (HPMV) li kienu jintuzaw sa ftit ilu. Fil-fatt il-konsum għal kull bozza ta 125 watt niżel għal 70 watt. Nuqqas ta 44%.It-tip “energy saver” li qieghed jaghmel referenza għalihom l-Onor Interpellant huma dawk li jintuzaw primarjament fid-djar u mhux adegwati għal street lighting. L-Enemalta kontinwament tevalwa teknoloġiji ġodda biex jonqsu l-ispejjeż u jitjieb l-ambjent.

Registration tax

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 354 u jgħid kemm daħħal il-Gvern mir-registration taxtal-karozzi ġodda u second hand f'kull każ fis-sena 2007 u kull xahar minn Jannar sa April 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li jirreferi għar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 527 u 528 għas-sena 2007. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għas-sena 2008.

Water culvert

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 409 u jara li jsir culvert quddiem ir-residenza, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li meta tinżel ix-xita minn sqaq tal-faċċata l-ilma jibqa' dieħel ġewwa fid-dar?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.