Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mains ta' l-ilma

Question

Billi kważi kull fejn isiru tiswijiet fis-sistema ta' l-ilma minħabba xi ħsarat, it-triq tibqa' mħaffra waħda sew, b'konsegwenzi serji fuq l-istess triq, tista' l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tara li l-mains jitqiegħdu (fuq perijodu ta' snin) fil-ġnub tat-triq? Jista' minbarra hekk jiġi assigurat li x-xogħol ta' tiswija jsir b'mod aħjar, għaliex jekk tagħmel dawra mat-toroq ta' Buġibba, San Pawl, Qawra u Xemxija tara li hemm ħtieġa qawwija għal titjib f'dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hija konxja ħafna ta’ din il-problema. Fil-fatt, qed tagħmel sforzi biex issolviha minn lati differenti. Diġa’ bdew jittieħdu miżuri biex toroq ġodda ma jergħux jitħaffru billi · is-servizzi tal-ilma (li huma l-kawza priċnipali ta’ ħsarat) jitqiegħdu ġo sleeves tal- plastic kemm għal protezzjoni akbar kif ukoll biex f’każ ta’ ħsara jkunu jistgħu jinġibdu mill-istess sleeve mingħajr ma titħaffer it-triq, jew, · isiru dual mains kif suġġerit mill-Onorevoli Interpellant. Barra minn hekk, il-Korporazzjoni qiegħda f’kuntatt mal-Awtorita’ Dwar it-Trasport biex tkun din tal-aħħar li tagħmel il-wiċċ tat-toroq wara li dawn jitħaffru mil-ħaddiema tal-KSI. Dan għaliex l-ADT hi ferm iktar esperta f’dan il-qasam milli hi l-KSI.

Malta Shipyards — Kuntratt mal-Fairmont

Question

No question text.

Response (GATT, AUSTIN)

L-istħarriġ ġie kummissjonat f' Diċembru 2007 u t-termini estiżi f'April 2008 u qiegħed isir minn Price WaterHouse Coopers u ninsab infurmat li jkun lest sa l-aħħar ta' Awwissu jew Settembru 2008. L-istħarriġ jaħseb biex jeżamina kull aspett tal-proġett mill-mod kif ġie kkuntrattjat sal-mod kif inħadem u tlesta.

Dewmien ta' xogħol fuq triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 496 u jgħid xi żviluppi saru fuq il-bini tat-triq ġdida fi Triq Valletta, li hemm ippjanata u tinsab faċċata ta' Triq il-Ħammieri, f'Ħal Qormi, minħabba li hemm diversi residenti ma jistgħux jidħlu jgħixu fid-dar tagħhom minħabba dan l-inkonvenjent? Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan id-dewmien kollu biex jinbeda x-xogħol fuq din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-aċċess permezz ta’ pont li kien oriġinarjament propost bejn Triq il-Hammieri u t-triq imsemmija ma reġax ġie nkluż fil-Pjan Lokali maħruġ mill-MEPA. Għalhekk, l-uniku aċċess propost issa ġie permezz tat-triq proposta li tgħaqqad ma’ Triq il-Belt Valletta. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ADT ser tagħmel talba lill-MEPA sabiex issir reviżjoni tal-provediment tal-Pjan Lokali ħalli jkun jista' jsir il-pont meta dawn ir-reviżjonijiet ikunu jistgħu isiru jiġifieri f’Awissu ta’ din is-sena. B'hekk, jekk din it-talba tkun aċċettata, ir-residenti ikollhom aċċess aħjar għar-residenzi tagħhom.

Luqa — Triq Pietru Saliba

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta se jinbeda x-xogħol ta' tarmac fuq Triq Pietru Saliba, f'Ħal Luqa peress li f'mistoqsija parlamentari fil-leġislatura li għaddiet intqal li din it-triq kienet tifforma parti mill-programm ta' toroq għal matul l-2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Hal Qormi — Triq il-Wied

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' kostruzzjoni ta' bankina ġdida fi Triq il-Wied, f'Ħal Qormi( biswit il-Klabb tal-Boċċi ta' San Gorg) wara li fil-legislatura li għaddiet ingħata l-informazzjoni li dan ix-xogħol kellu jkun inkluż fil-programm ta' xogħolijiet li kellhom isiru fl-2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Toroq bit-Tarmac

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 588, jista' l-Ministru jara li n-numru ta' toroq żgħar li jinsabu f'partijiet importanti fix-Xemxija, Qawra, San Pawl il-Baħar u Bugibba jingħataw wiċċ tat-tarmac?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li swew dawn il-karozzi/vetturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ċaqliq tal-prezz taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 575 u jispjega fuq liema bażi l-Gvern jipprova jagħmel forecast taċ-ċaqliq tal-prezz taż-żejt internazzjonali minn qabel ma' dan iseħħ? Kemm fil-fatt il-forecast li kellu l-Gvern ikkombaċjaw ma' dak li seħħ realment fl-aħħar xhur? Jista' jgħidilna wkoll jekk ikkonsidrax il-Gvern li jidħol f'xi tip ta' arranġament (partikolarment hedging ) fejn jorbot bil-quddiem il-prezz taż-żejt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għandha Risk Management Committee li regolarment jimmonitorja u jannalizza rapporti ta’ kumpaniji kbar fis-swieq internazzjonali bħal Goldman Sachs, Deutsche Bank, Barclays Capital u Societe Generale. Barra minn hekk il-Management tal-Korporazzjoni kontinwament jitlob il-parriri u jiddiskuti ma banek internazzjonali u kumpaniji taż-żjut. Minkejja dan, xorta jibqa’ l-fatt, li huwa diffiċli ħafna biex wieħed jara’ l-futur. Id-Diffikulta kbira biex wieħed ibassar il-futur tista’ tiġi demostrata bil-‘forecast price revision’ għas-sena 2008 ta’ Goldman Sachs tas- 16 ta’ Mejju 2008. Goldman Sachs l-ikbar bank f’dan is-suq, kellu jirrevedi t-tbassir tiegħu minn USD 107.00 għal USD 141.00 Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, L-Enemalta ila s-snin tuża strumenti finanzjarji (inkluż hedging) f'dan il-qasam.

myPotential

Question

Jista' l-Ministru jagħti s-segwenti informazjoni: i) Kemm kien in-numru ta' studenti li bbenifikaw mill-iskema ta' myPotential ? ii) Prevja l-fehma tal-Gvern li din l-iskema kienet suċċess, il-Gvern għandu l-intenzjoni li jestendiha f'setturi li jinħass li hemm bżonn ta' aktar riżorsi, bħal ma huma s-settur finanzjarju u dak tas-saħħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti li s'issa bbenefikaw mill-iskema ta' myPotential ħuwa ta' 1,085. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija tiegħu, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.

Buġibba — Monitoring cameras

Question

Billi xi xhur ilu ġew installati monitoring cameras f'numru ta' lokalitajiet, waħda minnhom fl-inħawi tal-bajja ta' Buġibba (ħdejn il-breakwater), jista' l-Ministru jara li din il-camera tintuża biex jitwaqqfu l-abbużi minn numru żgħir ta' operaturi li qed jikkawżaw problemi għal operaturi oħrajn, u għal sidien tad-dgħajjes privati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fawran tad-drenaġġ

Question

Billi fil-bidu tas-sajf ta' kull sena jibda fawran tad-drenaġġ f'diversi partijiet ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan ma jirrepetix ruħu din is-sena? Jista' b'mod partikolari jinvestiga dwar x'wassal biex illum, 4 ta' Ġunju, 2008 hemm fawran fit-triq prinċipali (Triq il-Pijunieri) li qed jispiċċa fil-qalba ta' l-area turistika ta' dawn l-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħal kull sena qabel jibda s-sajf, il-Korporazzjoni tnaddaf il-mejnijiet li għandha madwar ix-xtut ħalli tnaqqas il-possibilita’ ta’ żbroff ta’ drenaġġ fil-baħar. Madanakollu, fl-4 ta’ Ġunju 2008, kien hemm sadd fil-mejn prinċipali fi Triq il-Pijunieri li tneħħa minn ħaddiema tal-Korporazzjoni malli ġie rrapurtat l-fawran.

San Pawl il-Baħar — Leakage ta' ilma

Question

Billi fl-inħawi ta' madwar San Pawl il-Baħar, b'mod regolari jkun hemm leakages ta' ilma f'diversi toroq, kważi kuljum, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu l-ammont ta' unaccounted for water meta wieħed iqis l-ammont ta' ilma li jintuża u dak li jiġi reġistrat bħala użat, fl-inħawi msemmija? Billi bosta mit-toroq ta' San Pawl il-Baħar u l-madwar mhux mibnija fuq il-blat, x'qed tippjana li tagħmel il-Water Services Corporation biex tnaqqas dan il-ħela ta' ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-bidu ta' din is-sena, l-medja tal-ilma li twassal fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, li jinkludi wkoll l-inħawi tal-Magħtab, Salini, Qawra, Buġibba, Burmarrad, Għajn Tuffieħa u l-Manikata, kien ta’ madwar 154m3 fis-siegħa. Mill-banda l-oħra, fl-istess perjodu, il-leakage tal-ilma kien ta’ madwar 42m3 fis-siegħa. It-tir tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hawnhekk hu li tniżżel dil-figura sa madwar 18m3 fis-siegħa.

Transport għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 620 u jindika liema huma dawk id-diparimenti jew entitajiet governattivi li joffru l-faċilita' ta' vann tax-xogħol għall-impjegati tagħhom? Jaħseb il-Ministru li l-Gvern, bħala l-ikbar employer fil-pajjiż għandu jagħti eżempju u jinċentiva l-organiżżazzjoni u l-użu ta' vannijiet tax-xogħol għall-impjegati tiegħu f'attentat biex jitnaqqas l-ammont ta' karozzi u konsegwentement it-tniġġis fit-toroq tagħna?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għall-ewwel parti tal-mistoqsija. Ninsab infurmat li l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni qed jikkunsidra politika dwar trasport fi gruppi u effiċjenza fit-trasport fl-operat tas-settur pubbliku. Nitlob għalhekk lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Timber Carriers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex jieħu l-flus dovuti mill-gvern Russu dwar timber carriers li kienu mibnija għall-kumpannija Sudoimport? Kemm huwa l-ammont li huwa dovut lil Malta? Ġie jew qed jiġi kkunsidrat li minflok ma jingħataw flus jsir ftehim u pajjiż jingħata ħwejjeġ oħra li huma meħtieġa għall-pajjiż?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Trasferiment mix-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jispjega u jagħti r-raġuni għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ġiet trasferita mix-xogħol tagħha li ilha tagħmel għal dawn l-aħħar snin? Jidhirlu li din il-manuvra saret a skapitu tiegħu u sabiex jiġu aġevolati xi nies oħra? Jidhirlu li n-nies li ntgħażlu biex jagħmlu x-xogħol indikat huma anqas kwalifikati mill-persuna in kwestjoni, anzi hemm fosthom li kienu ġew invalidati u li jistgħu jagħmlu biss light duties?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Mosta- Triq l-Oratorju

Question

Jista' l-Ministru permezz ta' l-ADT jinvestiga u jgħid għaliex illum, fi Triq l-Oratorju l-Mosta tneħħew żewġ round topped roads humpsli fis-6 ta' Frar u 24 ta' Ottubru 2006 l-istess ADT approvat biex jitpoġġew f'din it-triq, u li issa tneħħew? Jista' jgħid jekk kienx hemm bżonn permess mill-ADT biex dawn iż-żewġ round topped road humps jitneħħew mit-triq imsemmija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir- records tat-Taqsima ghall-Immaniggjar tat-Traffiku jirriżulta li l-Awtorità Dwar it-Trasport ta’ Malta ma ġietx infurmata mill-Kunsill Lokali Mosta rigward it-tneħħija ta’ road humps fi Triq l-Oratorju. F’ dan ir-rigward, ma hemm l-ebda dispożizzjoni fil-liġi li Kunsill Lokali ghandu l-obbligu li jitlob permess biex jitneħħew road humps fi triq tal-Kunsill. Iżda bħala regolatur ta' dan is-settur l-ADT ser tistħarreġ x'impatt seta' kien hemm fil-każ li qed isemmi l-Onor. Interpellant u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Kunsill Lokali.

Inġenji tat-Tarznari

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 720 u jagħti lista ta' l-inġenji li t-Tarzna tagħmel leasing jew tikri minn sorsi barra l-azjenda? Bl-liema rata huma mikrija kuljum jew leased dawn l-inġenji? Jista' jagħti lista tar-rati mikrija kuljum għal kull tip ta' inġenji? Jista' jpoġġi l-kondizjonijiet ta' leasing ta' dawn l-inġenji? Qatt sar xi analiżi jekk it-Tarzna jaqbilhiex tuża dawn il-metodi għall-inġenji li jkollha bżonn regolari jew inkella jinxtraw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntratti fuq dawn l-inġenji huma għall-ħames snin imma jista’ jiġu terminati qabel b’avviż ta’ 15 il-ġurnata mingħajr ħlas ta’ penali. Spejjeż ta’ manutenzjoni u wear and tear tal-inġenji li jinkludi ħlas ta’ insurance u liċenzji huma responsabilta’ ta' l-aġent. Kien hemm okkażżjonijiet fejn it-Tarzna għamlet analiżi jekk jaqbilhiex tikri jew tixtri dawn l-inġenji. Madankollu, il-kriterji li fuqhom tkun ibbażata d-deżiċjoni ma jiddependux biss fuq l-ammont tal-ħlas li jrid isir izda ukoll fuq il-qagħda tal-‘cash flow’ tal-kumpanija fiż-żmien partikulari meta tkun trid titieħed id-deċiżjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Vettura pparkjata għal tul ta' żmien

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal kemm żmien tista' vettura liċenzjata titħalla pparkjata f'post wieħed mingħajr ma tiċċaqlaq qabel ma' tiġi meqjusa ta' inkonvenjent?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li m’hemm ebda dispożizzjoni fil-liġi li tistabbilixxi xi perijodu ta’ żmien meta vettura, li jkollha mwaħħla mal- windscreen liċenzja valida tat-triq, tiġi meqjusa bħala inkonvenjent għax tkun tħalliet ipparkjata fl-istess post għal xi tul ta’ żmien.

Footway Bridge

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-progett ta' Footway Bridge f Triq is-Sebħ, f'Ħal Qormi u jekk l-ADT sabitx soluzzjoni għall-problema ta' nuqqas ta' faċilitajiet għall-pedestrians f'din il-parti tat-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.