Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Film Commission — open air studio

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta talab lill-Malta Film Commission biex iwettqu studju dwar x’tip ta’ faċilitajiet jistgħu jiġu kkonsidrati għal open air studio għall-produzzjoni tal-films f’Għawdex? Meta mistenni li jitlesta dan l-istudju?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Film Commission ser teżamina il-fattibilità għal dak li jirrigwardja l-ħtiġijiet tal-industrija tal-films, speċifikament faċilitajiet awdjovisivi fil-gżira t’Għawdex. Dan kollu ser isir fl-isfond tal-‘commitment’ tal-Gvern li jappoġġa u jiżviluppa kemm jista’ jkun possibbli s-settur li joffri servizzi għal-produzzjonijiet tal-films. M’hemm ebda dubju illi ċerti postijiet f’Għawdex huma dejjem attrazzjoni lill-produtturi tal-films, imma madankollu, wieħed ma jistax jinsa s-sitwazzjoni ekonomika dinjija illi affetwat l-industrija tal-films ukoll. Din il-kriżi, kif ukoll l-ispejjeż addizzjonali nvoluti meta produzjoni tinġibed f’gżira oħra (Ghawdex f’dan il-każ) huma ta’ disinċentiv lill-produtturi.

Informazzjoni fuq immigranti irregolari

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6920, jista' l-Ministru jgħid f'liema setturi jaħdmu t-895 immigrant li jħallsu l-bolla u taxxa u jaħdmu bi qliegħ? F'liema setturi jaħdmu ż-żewġ employers li kienu immigranti? Fuq liema kriterji dawn jibqgħu jissejħu immigranti irregolari?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

kumpens għal porzjon raba'

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7892 u jgħid meta ser jitħallas il-kumpens għall-porzjon raba' li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li ġie esproprjat mill-Gvern snin ilu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Magni tal-logħob fil-casinos

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8276, 8118, 7523, 7294, 6957 u 6692 u jgħid għal kemm tammonta ċ-ċifra totali li l-Gvern idaħħal kull sena mill-magni tal-logħob li hemm allokati fl-erba' casinos li hawn f'Malta, jiġifieri gaming tax, income tax fuq il-kumpanniji, taxxi fuq il-qligħ, kontribuzzjonijiet soċjali ta' l-impjegati eċċ.? Kemm-il persuna jimpjegaw l-erba' casinos f'pajjiżna? Jikkonferma li hawn madwar 12,000 magna tal-logħob simili għal dawk li hemm fil-casinos imxerrdin fi ħwienet tal-logħob li qegħdin jinbtu f'kull belt u raħal ta' Malta? Il-kondizzjonijiet għall-permessi għall-ftuħ ta' casinos f'pajjiżna jinkludu sbarrament ta' l-età, biex wieħed jidħol u jilgħab irid ikun għalaq 25 sena, self barring li jorbot għall-casinos kollha, skrutinju dettaljat tal-flejjes li jidħlu u joħorġu kif ukoll preżenza ta' uffiċjali responsabbli għas-setturi tal-gambling, taxxa, eċċ. Jista' jispjega jekk l-operaturi ta' dawn il-magni tal-logħob (mhux casinos) għandhomx l-istess regolamenti?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Każ fuq ċens ta' art ta' garaxx

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7918, jista' l-Ministru jgħid meta din il-persuna se tkun avviċinata min-naħa tad-Dipartiment minħabba li sal-lum din il-persuna ma rċeviet l-ebda korrispondenza jew kuntatt dwar din l-applikazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Intrapriżi f'Malta u Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8013 jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm intrapriżi f’Malta u Għawdex separatament li jħaddmu: minn 2 sa 5 ħaddiema; minn 10 sa 19-il ħaddiem; minn 20 sa 29 ħaddiem; minn 30 sa 39 ħaddiem; minn 50 sa 99 ħaddiem; minn 100 sa 129 ħaddiem u minn 130 sa 149 ħaddiem?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Film Commission — Open air studio

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8240 u jgħid meta talab lill-Malta Film Commission biex iwettqu studju dwar x’tip ta’ faċilitajiet jistgħu jiġu kkonsidrati għal open air studio għall-produzzjoni tal-films f’Għawdex? Meta mistenni li jitlesta dan l-istudju?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8240.

Qawra — offerti għall-proġett ta' akkwarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti għall-proġett ta' akkwarju fil-Qawra? Min minn intefgħu dawn l-offerti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ppublikata fuq il-website tad-Dipartiment tal-Kuntratti.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Lista ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.

Airport saċ-Ċirkewwa — Vjaġġi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6485 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kontribuzzjoni tat il-Gozo Channel biex jiġi provdut is-servizz indikat f'dik id-domanda? Kemm fil-fatt ġie jiswa f'sussidju s-servizz tat-trasport miċ-Ċirkewwa sa l-Airport u lura?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tat-trasport miċ-Ċirkewwa sa’ l-Airport u lura sewa lill-Kumpanija Gozo Channel l-ammont ta’ €56,439 għas-sena 2008.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — numru ta' karozzi/vetturi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ħwienet liċenzjati — amusement machines

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ħwienet liċenzjati biex ikollhom amusement machines, f'Malta u f'Ghawdex rispettivament? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm huma l-postijiet liċenzjati biex ibiegħu l-logħob tal-lottu madwar Malta u Għawdex rispettivament? Kif inhuma maqsuma dawn il-postijiet, raħal raħal?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Investiment barrani

Question

Jista’ l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar kif kien maqsum l-investiment barrani ta’ €417 miljun fl-ewwel disa’ xhur tas-sena li għaddiet u liema kienu dawk il-kumpanniji li għamlu dan l-investiment?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7241.

Kumpanniji — Ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji li waqgħu lura fil-ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati tagħhom? Kemm minnhom ma ħallsuhiex fl-2008? F’liema ammonti? Hemm minn ilu aktar minn sentejn u tliet snin? Meta jiġri dan, l-impjegati huma koperti jekk ikunu jridu jitolbu xi benefiċċju?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ ‘employers’ li waqgħu lura fil-ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati tagħhom hu kif gej:- 6631- € 49,540,050. Għas-sena 2008 hemm:- 1033 - € 3,397,635 In-numru ta’ employers bl-ammonti dovuti li waqgħu lura aktar minn sentejn jew tlieta huma kif ġej: Basis Year Count of Employers National Insurance Due 1998 897 1,832,829 1999 916 2,913,578 2000 871 3,289,145 2001 1043 3,762,499 2002 1063 4,085,257 2003 1761 3,468,027 2004 1790 5,135,009 2005 1789 4,958,853 2006 2040 7,262,298 2007 2216 9,434,920 2008 1033 3,397,635 Għall-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru konċernat.

Investiment barrani

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7241 u cioè: Peress li l-figura ta’ €417 miljun għall-ewwel disa' xhur tas-sena li għaddiet issemmiet mill-Prim Ministru f’diskors pubbliku li huwa għamel, jista’ l-Ministru jgħid minn fejn ġiet din il-figura u ġentilment iwieġeb mistoqsija parlamentari 6589 dwar investiment barrani?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7241.

Għadira — Permessi meħtieġa biex trakk ikun jista' jbiegħ xi prodotti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' permess għandu t-trakk kbir li qiegħed jarma fil-bajja ta' l-Għadira, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament? Jista' jarma bil-ġelat, bil-ħalib, bl-alkoħol, birra, sigaretti, hot snacks, eċċ.? Kemm iħallas għal dan il-permess? Il-permessi sanitarji huma up to standard? Jekk jista' jarma, meta ħariġlu l-permess? Hemm spazju għal iktar permessi bħal dawn?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — Kontribuzzjonijiet tal-bolol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5268 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fil-31 ta' Diċembru 2008 kemm kien it-total li għadu dovut lid-Dipartiment ta' Sigurtà Soċjali fi ħlasijiet ta' kontribuzzjonijiet tal-bolol min-naħa tas-self employed u min-naħa ta' dawk li jimpjegaw?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ammonti dovuti sal- 31 ta’ Diċembru, 2008, f’kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali min-naħa tas-self-employed u dawk li jimpjegaw, huma kif ġej: self-employed (class 2) € 43,683,818 dawk li jimpjegaw (class 1) € 46,094,725

Investiment barrani

Question

Peress li l-figura ta’ €417 miljun għall-ewwel disa' xhur tas-sena li għaddiet issemmiet mill-Prim Ministru f’diskors pubbliku li huwa għamel, jista’ l-Ministru jgħid minn fejn ġiet din il-figura u ġentilment iwieġeb mistoqsija parlamentari 6589 dwar investiment barrani?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fondi għall-kawżi ġusti

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra l-possibilità li parti mill-fondi għall-kawżi ġusti, taħt regolamenti stretti, jintużaw biex jitħallsu partijiet mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' l-istess għaqdiet, għaliex żgur li bosta minn dawn l-għaqdiet qed iservu ta' inċentiv għal skopijiet soċjali-lokali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Fond għall-Kawżi Ġusti ġie mwaqqaf sabiex jiġu mgħejjuna proġetti u inizzjattivi proposti minn individwi, għaqdiet u organizzazzjonijiet ta’ natura reliġjuża, filantropika, sportiva, edukattiva, soċjali jew ta’ natura ċivika. Dan biex jinċentiva aktar investiment fost dawn l-għaqdiet li jkun sostenibbli. Jekk wieħed japprova spejjeż rikorrenti minn dan il-fond ikun qed jillimita kemm l-iskop tal-Fond kif ukoll l-allokazzjonijiet fuq proġetti ta’ kull xorta ta’ natura oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kummissjonijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kummissjonijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħi li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu huma kif ġej: Il-Kummissjoni Ċinematografika ta’ Malta; Il-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust. Il-Kummissjonijiet li ma ltaqgħux kienu: Il-Kummissjoni Speċjali dwar it-Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni; Il-Kummissjoni Speċjali dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti; It-Tieni Kummissjoni Speċjali dwar it-Taxxa tad-Dħul.