Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' talbiet pendenti għall-instalazzjoni ta' l-arloġġi tad-dawl f'residenzi privati fl-inħawi ta' Santa Marija Estate? Kemm ilhom jistennew dawk konċernati għal dan id-dawl? X'qed iwassal għal dan id-dewmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ talbiet għall-arloġġi tal-elettriku fin-naħat ta Santa Marija Estate huma tnejn. Dawn ilhom jistennew 120 ġurnata minnhabba li ghad irid joħroġ il-permess tat-trinek mill-Awtorita kompetenti.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex ħofra perikoluża fejn il-lights tad-daħla ta' Buġibba tissewwa? Jista' jara wkoll li t-toroq ta' madwar Kennedy Grove li fihom saru xi trinek fl-aħħar xhur, jiġu rranġati sew, mhux biss fil-wisa' tat-trinka iżda fil-wisa' kollha tat-triq biex dawn it-toroq isiru aħjar milli fil-fatt huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi għajnuna ġdida li qed jikkunsidra li jagħti l-Gvern biex jagħmel tajjeb għaż-żieda fil-prezz tal-ġarr (minħabba ż-żieda fid-diesel) tat-trakkijiet bil-merkanzija lejn Għawdex għax jekk din iż-żieda tgħaddi għal fuq il-konsumatur, tgħolli ħafna l-ħajja?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema barranin li ġew impjegati bħala full-time, part-time u casual workers mal-Malta Shipyards?
Minn mindu sar l-aħħar restructuring exercise, kemm kien l-ammont totali li sal-lum tħallas lil dawn il-ħaddiema?
Minn liema pajjiżi ġew impjegati dawn il-ħaddiema?
Minn mindu sar l-aħħar restructuring exercise fil-Malta Shipyards kemm mill-ħaddiema li spiċċaw ġew impjegati mal-Kunsill Lokali jew entitajiet oħra? Kemm huwa l-ammont totali li sal-lum tħallas lil dawn il-ħaddiema? Minn liema fondi tħallsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 639 u jgħid meta hemm il-ħsieb li jitlesta t-terminal taċ-Ċirkewwa? Sakemm jitlesta, jistgħu jitpoġġew servizzi bażiċi bħal toilets, li bħalissa jinsabu bla dawl, peress li dawk li jivvjaġġaw bil-lejl u kmieni fil-għodu qed isibu ruħhom imċaħħdin minn dawn is-servizzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sakemm jitlesta t-terminal taċ-Ċirkewwa , l-Awtorita' Marittima ser tieħu miżuri sabiex jitjiebu l-faċilitijiet preżenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb jagħti isem lil New Street fi Triq il-Ħtajriet, Mosta? Din it-triq illum saret parti mir-ring road ta' bejn Triq il-Ħtajriet sa Triq is-Sagħtar, Mosta u n-nuqqas ta' dan l-isem qed jikkawża inkonvenjent kbir lir-residenti Mostin li jgħixu hemm.
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 509, u b'mod speċifiku f'dak li jirrigwardja l-aħħar parti tar-risposta, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hu mistenni li jsiru l-marinas indikati fir-risposta?
Jista' jara li x-xogħol li sar bejn l-MMA u l-MEPA dwar
marinas
fil-bajja tax-Xemxija ma jisfumawx fix-xejn ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` Marittima qiegħda tagħmel eżerċizzju sabiex tiġi aġġornata l-evalwazzjoni ta` siti differenti fejn jistgħu jsiru yacht marinas ġodda. Dawn is-siti jinkludu wkoll kemm ix-Xemxija kif ukoll Marsaskala, li matul il-leġislazzjoni l-oħra kien diġa sar xi xogħol fuqhom.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 229, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk sarux stimi tax-xogħolijiet kollha inkluż dawk tas-servizzi li huma meħtieġa fit-toroq kollha ta' Santa Marija Estate?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol f'din l-
area
?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 794 u 571 u jgħid kemm huma l-households f'Malta li , minħabba li qalbu għal sistema fotovoltaiċi ta' enerġija alternativa, jbiegħu l-kurrent lill-Enemalta? Kemm inxtara kurrent f'termini ta' kejl ta' kurrent u f'termini ta' flus mill-budget li għadda sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru tal-postijiet li qalbu għas-sistema fotvoltaika ta’ enerġija alternativa huwa ta’ 13-il post domestiku. B’kollox inxtraw ċirka 9064 unita’ ta’ dawl li jammontaw għall-€1690 mill-aħħar Budget sal-lum. Dan l-ammont ma jinkludiex intrapriżi kummerċjali li għandhom din is-sistema.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 545 u jgħid jekk ix-xogħol fuq il-bankina quddiem iċ-ċimeterju fil-Mosta fi Triq Durumblat hijiex qed isir bil-permessi meħtieġa mill-ADT?
Jista' l-Ministru jara li dan il-proġett hux aċċettat mill-ADT meta wieħed jikkonsidra li qed jitnaqqas ħafna mill-parkeġġ li kien hemm qabel, u dan jista' joħloq periklu la darba Triq Durumblat hija triq arterjali li fiha issa iżjed vetturi ser jkunu qed jipparkjaw fil-
carriage way
fl-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qabel il-kuntrattur seta’ japplika għall-permess biex jsiru xogħlijiet fit-triq, il-kunsill loklali jrid jitlob biex l-iskema li jrid jwettaq tkun approvata mill-ADT. Iż-żewġ applikazzjonijiet huma distinti. Ta’ l-ewwel tkun iġġudikata fuq kriterji varji speċjalment ta’ ‘Traffic Management u Safety’ filwaqt li l-applikazzjoni għand it-Trenching Unit tal-ADT/ NID trid issir mill-Kuntrattur li jkun ngħata x-xogħlijiet mill-Kunsill. Din l-applikazzjoni torbot lill-Kuntrattur b’kundizzjonijiet speċjali fuq ix-xogħlijiet kuntemplati u tkopri l-istess xogħlijiet b’garanzija finazjarja u polza ta' assikurazzjoni li l-istess Kuntrattur għandu mal-ADT. F’dan il-każ bi żvista it-trenching permit nħareġ mingħajr ma kien hemm l-ewwel approvazzjoni tal-pjan propost mill-Kunsill Lokali. Il-permess li ngħata bi żball huwa bħalissa sospiż sakemm tingħata risposta fuq proposta li għamel riċentament il-Perit tal-Kunsill lill-ADT.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 823 u 632 li saru lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, u issa qed jiġu riferuti lilu, u jgħid x'policy se tkun qed tadotta l-ADT rigward l-għoti ta' materjal sabiex sqaqien u passaġġi f'raba' jkunu aktar aċċessibbli?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 35 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li fil-lokalita' tagħhom kien qed isir xogħol f'toroq bla permess u li kellu jieqaf bħala riżultat ta' deċiżjoni li ħa l-Ministru? Tista' l-ADT tara li jitwaqqaf ix-xogħol kollu li kien qed isir bla permess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 559 u jgħid jekk ix-xogħol li kien qed isir mill-kunsill lokali f'Triq il-Konstituzzjoni. Mosta kienx imwaqqaf mill-ADT wara l-istruzzjoni tal-Ministeru li xogħol bla permess f'toroq jitwaqqaf?
Jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol jitkompla bla telf ta' żmien għaliex fil-preżent hemm periklu għal dawk li jkunu qed jużaw il-bankina ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 819 u jgħid x'inhi l-policy ta' l-ADT sabiex toroq arterjali jkollhom is-sinjali tat-traffiku mogħtija ż-żebgħa sabiex jibqgħu jidhru?
Jista' jieħu l-passi meħtieġa biex il-pjazza ta' l-Imsida jkollha sinjali tat-traffiku miżbugħa mill-ġdid ladarba wara x-xogħol li sar dan l-aħħar, is-sinjali ma baqgħux jidhru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni ta' sinjali tat-traffiku hija regolata mill-Avviż Legali 364 tal-2003 series 1200. Din hija marbuta kemm mal-kwalita' taż-żebgħa jew materjal ieħor, kif ukoll mal-kundizzjoni tal-wiċċ tat-triq. Fil-ġimgħat li ġejjin l-ADT se tkun qed toħroġ tenders ġodda għas-sinjali ta-traffiku u l-kwalita' ta' dawn is-sinjali ser tkun ittestjata minn evalwaturi independenti skond direttiva li tajt lill-ADT.
Jista' l-Ministru jgħid fl-elezzjoni ġenerali ta' l-2002 u f'dik ta' l-2008 separatament, kemm kien in-numru ta' votanti li talbu għal assistenza tal-kummissarju elettorali għax ma kenux jafu jiktbu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Infrastrattura, Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Awissu sa Diċembru 2007, xahar b'xahar u skond il-grad?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Billi fil-jiem li għaddew il-Ministru qal li ser issir il-privatizazzjoni tal-marinas immexxija mill-MMA, jista' l-Ministru jgħid jekk din il-privatizazzjoni hix ser titkompla fuq il-pjan maqbul u approvat mill-Kabinett xi xhur ilu? Jekk le, ser isir xi studju ieħor dwar dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġiet tiswa, in terms of running costs, sal-lum is-sistema tal-Park and Ride għall-Belt Valletta? Jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li l-inħawi tal-parkeġġ hux mistennija li jitkabbru? Kemm, xahar b'xahar, minn meta bdiet is-sistema għamlu użu minnha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi l-inħawi tal-parkeġġ mhux mistennija li jitkabbru. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-informazzjoni xahar b’xahar ta’ kemm nies użaw is-sistema tax-shuttle bus għall-Belt. Din teskludi l-estensjoni tal-Park and Ride li tinsab ħdejn Horn Works/Crown Works Ditch, fejn in-nies għandhom il-faċilita’ li jużaw is-servizz regolari tal-linja.
Fir-rigward ta’ running costs, il-Park & Ride s’issa swiet lil ADT is-somma ta’ €544,573.89, liema spejjeż huma maqsuma hekk:
Security €128,982.67
Trasport €415,591.22
Total €544,573.89