Tista' l-Ministru tgħid kemm tikkalkula li għandha tfal bid-dyslexia fl-iskejjel tal-poplu u dawk tal-Knisja? Tista' tgħid jekk dan l-ammont huwiex wieħed aċċettat fl-Unjoni Ewropea u meta jitqabbel mal-pajjiżi Ewropej f'liema post tinstab Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ tfal li ġew identifikati bħala dyselxic mill-SpLD Service hu ta’ 1,646 (1,400 fi skejjel tal-istat, 246 fi skejjel tal-knisja u independenti).
L-istatistika ta’ pajjiżi Ewropej ta’ min hu
dyslexic
tvarja minn 5% - 10% tal-popolazzjoni. In-numru ta’ tfal identifikati mill-SpLD Service hu inqas minn 5%. Dan huwa ammont aċċettat fl-Unjoni Ewropea.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ikun hemm żgħażagħ li jirnexxilhom ikomplu għall-università allavolja jkunu jbatu mid-dyslexia?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni dwar l-għadd ta’ studenti li nfurmaw lill-Università li għandhom specific learning diffcilty (li ma jinkludix dyslexia biss) qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
għajnuna għal min għandu d-dyslexia biex ikompli l-istudji
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema proċess jista' jgħin biex tfal li jbatu mill-kundizzjoni tad-dyslexia jiġu nkoraġġuti jkomplu fl-istudji tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għajnuna meħtieġa għal dawk l-istudenti li jbatu mill-kundizzjoni tad-dyslexia hu t-tagħlim multisensorjali.
Id-Direttorat għandu għalliema li huma mħarġa biex jassesjaw u jissapportjaw kemm lill-istudent, lill-għalliem u lill-ġenitur f’dan il-qasam. Għandu wkoll diversi programmi li jintużaw skont il-bżonnijiet tal-individwu biex l-istudent ikun kapaċi jkompli bl-istudji tiegħu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hija l-popolazzjoni tat-tfal li għandhom bżonnijiet speċjali u li għadhom imorru l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bejn l-iskejjel tal-Istat, Knisja u Indipendenti hemm 3231 tifel u tifla li għandhom bżonnijiet speċjali u li għadhom imorru l-iskola. Dan in-numru jinbidel regolarment peress li jiġu iddentifikati tfal bi bżonnijiet speċjali kontinwament.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hija l-waiting list u l-waiting time biex student jibdielu l-proċess, jiġi idendifikat bħala student li għandu bżonn għajnuna partikolari u tingħatalu learning support assistant?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Tfal li huma “New Entrants” jew li għandhom xi di¿abilita’ jew imġieba diffiċli jingħataw appuntament mill-aktar fis possibli. Każijiet oħra jingħataw appuntament skont il-waiting list u li ġeneralment dan ikun matul is-sena skolastika li fiha tkun intbagħtet l-applikazjoni.
Istitut għall-Istudju Turistiċi — staff li saru tal-post mal-gvern
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma rapporti li wasluli li meta staff mhux akkademiku tal-Istitut għall-Istudju Turistiċi saru tal-post mal-gvern kien hemm każi fejn skrivani tpoġġew fi skala 18 – l-ekwivalenti ta’ deffiena tal-oqbra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-regolarizzazzjoni tal-impjegati mhux akkademiċi fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi sar billi dawn l-impjegati inħatru uffiċjali fuq skala tal-Gvern li hi komparabbli mal-paga li qed jirċievu.
Istitut għall-Istudji Turistiċi — informazzjoni dwar iċ-chairperson
Question
Tista' l-Ministru tgħid min qed jaqdi l-funzjoni ta’ chairperson tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi bħalissa billi għal raġunijiet li wieħed jista' jifhem, iċ-chairperson ilha ma tirrapporta għax-xogħol? Hija kellha rwol mhux eżekuttiv jew eżekuttiv? Jekk ir-rwol tagħha kien eżekuttiv, min assuma din ir-responsabbiltà f’dawn il-jiem?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Viċi Chairman qed jaqdi l-funzjoni minflok ic-Chairperson li m'għandux rwol eżekuttiv.
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Tista' tgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Pawl il-Baħar — tfal li jużaw Learning Support Assistants
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tfal li jattendu l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar, u li għandhom is-sapport tal-learning support assistants?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa hemm 34 tifel jew tifla li jattendu l-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar li għandhom is-sapport tal-learning support assistants.
Skola primarja tal-San Pawl il-Baħar — tfal fil-kindergarten
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' tfal li daħlu fil-kidergarten, fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar fil-bidu tas-sena skolastika u fil-bidu tat-tieni term? Kemm hu mistenni li jkun hemm tfal ġodda li jidħlu f'dan il-livell fit-tielet term?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’Ottubru daħlu 108 student fis-sezzjoni tal-Kinder 1
Fl-ewwel term daħlu 8 student oħra ġodda fil-Kinder.
Fit-tieni term daħlu 34 student ġdid fil-Kinder.
Bħalissa n-numru tat-tfal fil-Kinder 1 hu ta’ 150, peress li man-numru ta’ tfal li tajna għall-bidu taż-żewġ
terms
hemm ukoll tfal li daħlu matul is-sena.
Fit-tielet term nistennew tfal ġodda bħal dejjem u naħsbu li l-medja tkun ta’ 8 ġodda.
Peress li l-istudenti tal-year 2 tal-Iskola Patri Mattew Sultana tax-Xagħra qegħdin mingħajr għalliema, tista' l-Ministru tara li dawn it-tfal jingħataw għalliema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għalliema tal-Klassi tal-Year 2 tinsab indisposta. Fl-istess skola hemm għalliema oħra mingħajr klassi li ħadet il-klassi tal-Year 2 waqt li l-għalliema l-oħra tinsab nieqsa mill-iskola.
Tista’ l-Ministru tagħti breakdown tal-kotba li għandna fil-libreriji pubbliċi u tgħid f'liema sena kienu ppubblikati f’kategoriji ta’ ħames snin kull intervall u x’suġġetti huma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm libreriji fl-iskejjel tagħna u kemm jagħmlu użu mill-kotba li hemm fihom l-istudenti tal-istess skola? Tista’ tgħid jekk studenti minn skejjel oħra jmorrux jissellfu kotba minn dawn l-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid ma' min saret il-konsultazzjoni sabiex is-sillabu jinbidel u jidħol fih think and learn mental maths tal-year 4, 5 u 6?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Mental Maths ilu tul dawn l-aħħar għaxar snin jifforma parti mis-sillabu tal-Primarja, mill-Year 1 sal-Year 6. Dan ġie inkluż minħabba l-fatt li jgħin lit-tfal jiżviluppaw tajjeb kunċetti matematiċi relatati man-numri kif ukoll “number sense” li permezz tagħhom it-tfal ikunu jistgħu jagħmlu kalkulazzjonijiet ġo moħħom b’metodi effikaċi, xi kultant aktar milli bil-kitba.
Il-Mental Maths ġie assessjat għall-ewwel darba fil-Benchmark fi tmiem il-Primarja f’Ġunju 2011 fuq rakkomandazjonijiet tal-għalliema li kienu qed jaħdmu fuq is-suġġett u issa se jibda jiġi eżaminat ukoll fil-Years 4 u 5 fl-eżamijiet annwali ta’ Ġunju 2012.
għoti ta' materjal lill-għalliema dwar think and learn mental maths
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta ġie ppubblikat u ingħata f'idejn l-għalliema biex ikunu jistgħu jippreparaw lill-istudenti tagħhom il-materjal li fih think and learn mental maths tal-year 4, 5 u 6?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din is-sensiela ta’ kotba mhix publikazzjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Il-kotba preżentement ipprovduti mid-Direttorat jaqdu tajjeb il-bżonnijiet tal-iskejjel u għalhekk qatt ma nħasset il-ħtieġa li dan il-ktieb,
think and learn mental maths
,
għandu jiġi pprovdut ukoll lill-għalliema.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30256 u 31407, fejn il-Ministru qalet li ma teżistix klassifikazzjoni u qbil fuq difinizzjoni ta' green jobs fl-Unjoni Ewropea, tista' l-Ministru tgħid għalfejn qed tinjora d-definizzjoni mogħtija fl-ETC report tal-2007 - Employment in the Environmental goods and services in Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ETC bl-ebda mod m’hi qegħda tinjora d-definizzjoni li ngħatat fl-istudju li sar fl-2007 iżda wieħed għandu jispeċifika illi dan l-istudju kien wieħed inizjali fuq is-suġġett relatat; liema suġġett huwa kumplessivament vast f’terminu ta’ definizzjonijiet. Għaldaqstant, ninfurma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ETC, kif ukoll entitatijiet oħra konċernati, qegħdin isegwu r-riċerka u diskussjoni li qed issir fuq livell Ewropew sabiex tinstab definizzjoni komprensiva li tirrapreżenta denjament is-settur imsemmi hawn taħt.
Peress li l-istudenti tal-kors tal-care fl-MCAST Għawdex qed jilmentaw għaliex f'dawn l-aħħar xhur ħadu stipendju mnaqqas, tista' l-Ministru tgħid għalfejn qed jiġri dan u meta se jingħataw dak kollu li huwa dovut lilhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skont il-proċedura tal-MCAST, is-sena akkademika tinqasam fi 13-il perjodu, hekk kif ġej:
Perjodu
Bidu u Tmiem
Data tal-Hlas
1
29/8/11-23/9/11
02/12/2011
&
30/12/2011
(irreferi għall-ispjegazzjoni)
2
26/9/11-21/10/11
3
24/10/11-18/11/11
4
21/11/11-16/12/11
28/01/2012
5
19/12/11-13/1/12
25/02/2012
6
16/1/12-10/2/12
24/03/2012
7
13/2/12-9/3/12
21/04/2012
8
12/3/12-6/4/12
19/05/2012
9
9/4/12-4/5/12
16/06/2012
10
7/5/12-1/6/12
14/07/2012
11
4/6/12-29/6/12
11/08/2012
12
2/7/12-27/7/12
07/09/2012
13
30/7/12-24/8/12
06/10/2012
L-istudenti jitħallsu b’lura wara li tkun ġiet irreġistrata l-attendenza tagħhom. Din is-sena, l-ewwel stipendju ġie depożitat fil-kontijiet tal-istudenti fit-2 ta’ Diċembru. It-tieni stipendju ġie depożitat fit-30 ta’ Diċembru. Dawn iż-żewġ pagamenti kienu jkopru l-ewwel tliet perjodi.
Peress li l-istudenti tal-kors tal-Care offrut miċ-Ċentru tal-MCAST f’Għawdex bdew is-sena akkademika fit-3 ta’ Ottubru (jiġifieri fit-tieni ġimgħa tat-tieni perjodu, l-istipendju tagħhom kien kif ġej:
2 ta’ Diċembru 2011: €83.86 (erba’ ġimgħat sħaħ)
30 ta’ Diċembru 2011: €62.89 (tliet ġimgħat li kien jonqos għall-perjodu
ta’ seba’ ġimgħat bejn it-3 ta’ Ottubru u t-8 ta’ Novembru)
Mill-pagamenti imsemmija hawn fuq setgħu ukoll tnaqqsu xi ħlasijiet għal xi lezzjonijiet li l-istudenti jkunu fallew milli jattendu.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jsiru l-interviews għall-INCO? Kemm applikaw? Huma kollha eliġibbli dawk li applikaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Interviews għall-Inclusion co-ordinator se jsiru fit-8 ta’ Marzu 2012.
Kien hemm 20 applikazzjoni. Bħalissa għaddej il-proċess biex ikun deċiż kemm hemm applikazzjonijiet eliġibbli.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar x'tip ta' xogħol hu mistenni li jinbeda fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar, matul iż-żmien li ġej?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’din l-iskola hu mistenni li jsiru xogħolijiet sabiex jinbnew sitt klassijiet ġodda, se jitkabbru sitt klassijiet eżistenti u se jsir xogħol sabiex ikun jista’ jiġi installat lift biex b’hekk din l-iskola tkun aċċessibli għall-kulħadd.