Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #23886 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

detenut l-ħabs taħt arrest preventiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm persuni detenuti l-ħabs taħt arrest preventiv u jindika d-dettalji, fosthom in-nazzjonalità u d-durata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #23887 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti Kriminali — applikazzjonijiet mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilha li tbiddlet il-liġi, kemm-il applikazzjoni saret mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali quddiem il-Qorti Kriminali fejn intalab li terġa' titneħħa l-libertà proviżorja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-għadd ta’ rikorsi preżentati mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għat-tneħħija tal-liberta provviżorja matul iż-żmien huwa kif imfisser hawn taħt: 2004: 7 2005: 6 2006: 12 2007: 13 2008: 11 2009: 22 2010: 28 2011: 6 s’ issa
Leg 11 PQ #23888 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korettiva ta' Kordin — persuni minorenni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm preżentament, nies li għadhom minorenni, detenuti fil-Faċilità Korettiva ta' Kordin? Jista' jispjega jekk għandux il-ħsieb li dawn iż-żgħażagħ jibdew jiġu detenuti f'bini ieħor u akter idoneu għaċ-ċirkostanzi tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm tlett persuni minorenni detenuti. Dawn huma allokati fit-taqsima ta’ taħt il-wieħed u għoxrin sena margħufa bħala il-YOURS u ċioe' Il-Young Offenders Unit for Rehabilitation Services, separati mill-oħrajn.

Każijiet ta' vjolenza domestika fuq it-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk ir-rapporti magħmula lill-Pulizja ta' każijiet ta' vjolenza domestika fuq tfal taħt it-tmien snin f'dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm minn dawn il-każijiet rriżultaw f'mewt? Jekk inhu possibbli, tista' l-informazzjoni tingħata sena b'sena kif muri fit-tabella li qed tingħata separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' rapporti li saru lill-Pulizija dwar każijiet ta' vjolenza domestika fuq tfal taħt it-tmien snin f'dawn l-aħħar għaxar snin kien ta' 71. Infurmat ukoll illi ħadd mill-75 vittma li kienu nvoluti f'dawn il-każijiet ma rriżulta f'mewt. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dettaljata hekk kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Assistenti Ġudizzjarji — kuntratt ta' impjieg

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjiegi tal-assistenti ġudizzjarji kollha li jaħdmu abbażi ta' full-time?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Assistenti Ġudizzjarji impjegati full-time fid-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja, kemm f'Malta u kemm f'Għawdex ingħataw il-ħatra ta' Officer, 6 fi skala 7 u 2 fi skala 8 mis-7 ta' Diċembru 2007. Għaldaqstant dawn l-uffiċċjali għandhom grad sostanzjali mas-Servizz Pubbliku u ma humiex impjegati b'kuntratt.
Leg 11 PQ #23837 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — strutturi amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra, liema huma dawk l-istrutturi amministrattivi fil-Korp tal-Pulizija, li huma maħsuba sabiex jaċċertaw l-implimentazzjoni ta' family friendly measures fl-istess Korp tal-Pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija hija t-Taqsima responsabbli mill-implimentazzjoni tal-Family Friendly Measures, li huma applikati u implimentati kif stabbilit mill-Family Friendly Measures Manual, bl-eċċezzjoni li minħabba l-esiġenzi tan-natura tax-xogħol tal-Korp, 1 r- reduced hours huma limitati għar-rankijiet ta' kuntistabbli u surġent fuq persentaġġ ta' 75%; u 2 l- flexible hours u t- teleworking huma limitati għal dawk il-membri tal-Korp li jaħdmu bir- reduced hours .
Leg 11 PQ #23838 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kwartieri Ġenerali tal-Pulizja

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm hemm fil-fatt dipartimenti differenti fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija? Jista' jindika ukoll liema huma dawk id-Dipartimenti li għandhom rwol investigattiv?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dipartimenti fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana huma maqsuma kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- 1. It-Taqsima Amministrattiva 2. l- Ispecial Branch 3. Id-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali 4. L-Iskwadra ta’ kontra d-Droga 5. L-Iskwadra ta’ kontra ir-Reati Ekonomici u Vizzji 6. It-Taqsima tal-Forensika 7. It-Taqsima tal-Informatika 8. L-Iskwadra Mobbli 9. It- Taqsima tat-Traffiku 10. It-Tasima tal- Administrative Law Enforcement 11. It-Taqsima tas-Snajja. Ninsab infurmat illi għajr għat-Taqsima tas-Snajja, dawn kollha għandhom, b’xi mod jew ieħor, rwol investigattiv.
Leg 11 PQ #23840 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — membri nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp tal-Pulizija nisa fl-1 ta' Frar 2011? Kif inhuma mqassma dawn il-membri nisa fil-Korp, grad b'grad?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 330 membri nisa fil-Korp tal-Pulizija, 2 jokkupaw il-kariga ta’ Supretendent, 14 Spetturi, 3 Surġenti Maġġuri tat-Tieni Klassi, 46 huma Surġenti, filwaqt 265 huma kuntistabbli.
Leg 11 PQ #23841 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — kummenti fuq membri nisa

Question

Ladarba l-Ministru jidher li jaqbel mal-kummenti tal-Kummissarji tal-Pulizija dwar li membri nisa tal-Korp huma sfida għall-Korp, jista' l-Ministru għallinqas jgħid kif tali kummenti jikkonbaċċjaw mal-hekk imsejħa family friendly measures li suppost jemmen fihom il-gvern?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23650 li turi biċ-ċar li l-Family Friendly Measures huma effettivament applikati b’mod regolari fil-Korp tal-Pulizija, skont il-prinċipji stabbiliti minkejja kull diffikulta’ amministrattiva li jistgħu jikkawżaw f’Dipartiment speċifiku ħafna bħal ma hu dak tal-Pulizija.
Leg 11 PQ #23878 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qrati Ċivili — annullamenti pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi ta' annullamenti pendenti quddiem il-Qrati Ċivili? Jista' jindika min huma l-imħallfin relatati u kemm ġew deċiżi kawżi ta' annulamenti sena wara sena f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sat-18 ta' Frar 2010 kien hemm 369 kawza ta’ annullament taż-żwieġ li jinsabu pendenti quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja). Infurmat ukoll illi hemm 12-il appell minn deċiżjonijiet tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) li huma pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell kif ukoll 18-il rikors li huma pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell sabiex tiġi reġistrata deċiżjoni dwar annullament ta’ żwieġ mit-Tribunal Ekkleżjastiku. Infurmat ukoll illi l-Imħallfin relatati huma; l-Imħallef Noel Cuschieri, l-Imħallef Anna Felice, l-Imħallef Joseph Azzopardi, l-Maġistrat Dr Paul Coppini u l-Maġistrat Dr Anthony Ellul. Rigward kawżi ta' annullamenti li ġew deċiżi f'dawn l-aħħar ħames snin, in-numru kien kif ġej:- 2006 2007 2008 2009 2010 Malta 218 179 182 127 92 Għawdex 7 8 6 7 13
Leg 11 PQ #23879 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kawżi ta' annullamenti

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm inqagħtu kawżi ta' annullamenti matul dawn l-aħħar ħames snin mill-imħalfin li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-kawżi ta’ annullament taż-żwieġ deċiżi mill-Imħallfin imsemmija fid-domanda Parlamentari huma dawn: 2008 2009 2010 2011† L-Imhallef Noel Cuschieri 91 85 55 1 L-Imhallef Anna Felice* - 4 26 6 * L-Imh Felice giet assenjata il-Qorti tal-Familja f’Diċembru 2008. † Sat-18 ta’ Frar, 2011.
Leg 11 PQ #23880 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qrati Ċivili u Ekkleżjastiċi — żwiġijiet annullati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew annullati żwiġijiet mill-Qrati Ċivili u mill-Qrati Ekkleżjastiċi matul is-snin 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Leg 11 PQ #23881 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Medjazzjoni fuq separazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-snin 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 kemm ġew ippreżentati ittri għall-medjazzjoni konċernanti separazzjonijiet u kawżi l-Qorti rigwardanti separazzjonijiet u kemm ippubblikat kuntratti ta' separazzjonijiet fil-perjodu indikat? Jista' jindika, mill-istatistika mitluba, kemm mill-persuni involuti kienu Maltin u kemm minnhom kienu barranin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kawżi/Ittri/Noti għal separazzjonijiet ippreżentati quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) matul dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej:- (Malta) 2006 2007 2008 2009 2010 Ittri għal Separazzjoni Personali 700 898 758 799 854 Noti għal Separazzjoni Bonarja 321 93 306 290 261 Kawżi kontenzjuzi 120 178 134 133 113 (Għawdex) 2006 2007 2008 2009 2010 Ittri għal Separazzjoni Personali 8 13 12 16 7 Noti għal Separazzjoni Bonarja 16 9 13 17 17 Kawzi kontenzjuzi 32 46 33 39 34 Infurmat ukoll illi ma tinżammx statistika dwar kemm minn dawn kienu ta' ċittadinanza barranija.
Leg 11 PQ #23883 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

tibdil ta' sess

Question

Jista' l-Minsitru jgħid matul dawn l-aħħar tliet snin kemm kien hemm nies li talbu bil-proċeduri l-ġodda li s-sess indikat lilhom fit-twelid jinbidel?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-Qrati tal-Ġustizzja ma tinżammx statistika rigward kawżi li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant.

Persuni li nqabdu jittraffikaw id-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm matul is-sena 2010 inqabdu persuni jittraffikaw id-droga u x'kien l-ammont ta' droga li nqabdu jittraffikaw?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22183.

Għajnuna mill-pulizija tal-għases

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm matul is-sena 2010 intalbet l-għajnuna tal-pulizija tal-għases biex jgħinu persuni li jkunu għaddejjin minn xi diffikulta', bħal ngħidu aħna, persuni anzjani li jkunu ilhom ma jidhru fil-komunità u l-ġirien jirrappurtaw dan il-fatt, jew inkwiet bejn partijiet differenti tal-istess familja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika bil-mod kif qed jindika l-Onorevoli Interpellant. Pero' ġejt infurmat illi matul is-sena l-oħra il-Pulizija kellha 379 rapport ta' persuni rrapuprtati nieqsa.

Glied bejn il-ġirien

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' ġirien fuq xulxin fl-għases ta' Malta u Għawdex kollu, għassa, għassa, lokal b'lokal?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika hekk kif indikata mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #23061 Sitting 315 2011-02-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Illegal eavesdropping

Question

Billi nstab li f’għadd ta’ pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea qed jiġi allegat li qed jsir illegal eavesdropping, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk dan jistax japplika għall-pajjiżna wkoll?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Allegazzjonijet jibqgħu dejjem dak li huma. Il-membri tal-Korp tal-Pulizija jibqgħu viġilanti għal dak li jista' jinqala' u jieħdu l-passi kontra min jikser il-Liġi. Għalhekk jekk l-Onorevoli Membru għandu x'informazzjoni fuq dan huwa mitlub jgħaddiha għall-investigazzjoni neċessarja.
Leg 11 PQ #23471 Sitting 315 2011-02-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders matul is-sena 2010 mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dikasteru tiegħu, xahar b'xahar? Jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu u f'kemm kienu jammontaw? Jista' jgħid ukoll għal kull każ lil min ingħataw?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Peress illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar, it-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Mottiv wara s-serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm mottiv wara s-serq li sar matul is-snin 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 u x'kien dan il-mottiv?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Il-mottiv wara s-serq huwa li wieħed jagħmel gwadan, pero mhux possibli li wieħed jasal għall-konkluzjoni eżatta x’użu jkun irid jagħmel min jikkommetti serqa minn tali gwadan.