Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għajnuna fuq kontijiet tal-enerġija

Question

Jista' l-Ministru jara li jkun ivverifikat l-ammont ta' għajnuna tal-enerġija li qed tirċievi l-familja li d-dettalji taghhom qed jidhru separatament u dan għax il-familja tikkonsisti f'sitta minn nies?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Qrati tal-Ġustizzja — theddid ta' bomba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru theddid ta' bomba fil-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji mitluba rigward numru ta bomb threat calls fiergħa relattivi għall-Qrati Maltin jinstabu hawn taht. Fil-Qrati Maltin bdew jinzammu s-statsitika ta’ Theddid ta’ Bomba mis-sena 2008.

Laqgħa dwar is-sigurtà tal-Ikel fil-Maghreb — fondi allokati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32281 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk jaħsibx jekk dan hux bizzejjed u jekk hux beħsieb li jżid dan it-tip ta' parteċipazzjoni, b'fondi allokati jew f'xi forma oħra ta' għajnuna maħsuba biex dawn l-għanijiet li jinvolvu l-għajxien ta' 300 miljun ruħ jintlaqgħu?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Laqgħa dwar is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32280 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid fejn jaħseb li huwa il-gwadann għall-Malta b'parteċipazzjoni b'dan ir-rwol?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Laqgħa dwar is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb — Skala ta' nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32279 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk hemmx xi skala tan-nefqa totali li se tidħol għaliha Malta għal kull sena?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Laqgħa dwar is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb — pjanijiet differenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32278 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk hemmx xi pjan li huwa differenti minn dak tal-MDG's mill-5+5?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — remunerazzjonijiet ta' chairpersons

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu remunerazzjonijiet ta' chairpersons u membri ta' bordijiet f'din l-aħħar sena (mil-2011 sal-lum) kull bord separatament u jgħid min huma dawn iċ-chairpersons u membri?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba

talba għal sussidju fuq dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jitnbagħtu separatament, għandhiex dritt tapplika għal sussidju fuq dawl u ilma?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

kwestjoni dwar kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Minsitru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tgħix bir-relief u l-kont tad-dawl diġà tela' għal €6.006? Peress billi tfal tagħha li huma residenti magħha ukoll għandhom tfal li jbatu minn diżabilità, jista' jara li l-każ tal-familja in kwistjoni jiġi trattat mil-lat soċjali ukoll?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li tikkorrispondi man-numru tal-kont tad-dawl li pprovda diġà qiegħda tirċievi l-benefiċċji kollha mid-dipartiment inkluz il-benefiċċju tal-enerġija. Sabiex jiġi stabbilit, jekk il-membri l-oħra li jgħixu fl-istess familja jew mal-istess familja humiex qed jirċievu l-benefiċċji kollha dovuti inkluż il-Benefiċċju tal-Enerġija hemm bzonn id-dettalji personali tagħhom li ma humiex inkluzi fil-mistoqsija parlamentari. Meta jkollna d-dettalji nkunu nistgħu ninfurmaw lilhom direttament dwar xi benefiċċji li jistgħu ikunu intitolati għalihom.

children's allowance

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32469, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-foster carers jirċevux kollha ċ-children’s allowance flimkien maċ-Child in Care Benefit?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuni li jirċievu ċ-Child in Care Benefit (Foster Care Benefit) mhumiex intitolati li jirċievu ukoll iċ-Childrens Allowance.

awtorità li tieħu ħsieb l-NGOs

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32389, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ sorveljanza twettaq il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (apparti li tinvestiga l-ilmenti) biex tara li s-servizzi mogħtija mill-gvern u l-aġenziji tiegħu huma ta’ livell aċċettabbli?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-KNPD titratta lmenti u ma tagħmilx xogħol ta’ moniteraġġ. Kif imsemmi diġà, ir-Rapport tal-Kumitat Inter Ministerjali dwar ir-Ratifika tal-Konvenzjoni jirrakmanda li jkun hemm sistema wara r-ratifika biex dan isir

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — car allowances

Question

Fid-dawl tad-dibattitu parlamentari li sar dan l-aħħar dwar id-dħul tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jista' l-Ministru jikkonferma jekk fid-dikjarazzjoni tad-dħul għas-sena 2010 ikkunsidrax dħul bħala car allowance u ġentilment jgħid kemm kien dan l-ammont filwaqt li jikkonferma wkoll jekk hux minnu li għandu karozza leased mill-Ministeru tiegħu jew proprjetà tal-istess Ministeru għad-dispozizzjoni privata tiegħu?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onoerevoli Interpellant illi fid-dikjarazzjoni għad-dħul għas-sena 2010, hemm inkluż il-car allowance ta’ €7000. Nikkonferma li qatt ma kelli karozza leased mill-Ministeru jew proprjetà tal-istess Ministeru għad-dispozizzjoni privata tiegħi jew tal-familja tiegħi.

Postijiet mogħtija mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xahar b'xahar fl-aħħar erba' snin kemm ingħataw postijiet mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jew/u l-Awtorità tad-Djar (bħala suċċessura legali tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali) jew mid-Divizjoni Proprjetajiet tal-Gvern bil-kera liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin? Fejn kienu l-postijiet u minn fejn kienu ġejjin ċ-ċittadini li ħadu dawn il-postijiet b'titolu ta' kera? F'kull każ kemm hi l-kera? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-ogħti ta' postijiet tal-Gvern bil-kera soċjali?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

informazzjoni dwar proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagtħu separatament inbiegħetx? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Il-Proprjetà indikata kienet trasferita fl-1995 bi skema G (Skema għax-xiri ta' Djar ta' abitazzjoni tal-Gvern) skont id-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Sussegwentement din il-proprjetà kienet intirtet fl-1999.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — tnaqqis tal-Vot fil-Budget 2012

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun qed jonqos il-vot fil-Budget 2012 dedikat għall-Ospitalità u mill-vot għall-Konsulenzi li jaqgħu taħt id-dekasteru li tiegħu huwa responsabbli? Kemm kienu dawn l-ammonti għas sena 2011 u kemm kienu skont l-budget oriġinali għall-2012?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi billi l-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja twaqqaf fis-6 ta’ Jannar 2012, m’għandux vot għall-ospitalità u vot għall-konsulenzi għas-sena 2012.

Laqgħa dwar is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32276 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'tip ta' għajnuna beħsiebha tagħti Malta biex timbotta dawn l-għanijiet importanti?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Laqgħa dwar sigurtà tal-Ikel fil-Maghreb — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32275 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma kemm hija n-nefqa li se tinvolvi lil pajjiżna u lill-Unjoni Ewropea għat-twettiq ta' dawn il-pjanijiet?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Laqgħa fuq is-sigurtà tal-ikel fil-Maghreb — rwol ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32274 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5+5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk kif irrappurtat fl-Agence Europe fis-7 ta' Frar, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'inhu r-rwol ta' pajjiżna f'dan ir-rigward?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Laqgħa fuq is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32273 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-aħħar laqgħa tal-5 + 5 dwar is-sigurtà tal-ikel fil-pajjiż tal-Maghreb fost oħrajn hekk rappurtati fl-Agence Europe nhar is-7 ta Frar, tant li nikwota "the Algerian Minister for Agriculture and Rural Development, Rachid Benaissa, is reported by the agency as having underlined the comparative advantages and assets of the Euro-Mediterranean region, and of pointing out that “all forms of partnership between operators, institutions and organisations in our different countries will be welcome”, kif ukoll nikkwota; "the Arab Maghreb Union (AMU), to which five of the Southern Rim Countries belong, presented a plan for improving food security and for modernising agriculture in the Maghreb by 2030, in addition to a programme for action to combat desertification. The European Commission, which played a part in the meeting, spoke of its willingness to contribute to this kind of cooperation, all the more as the southern Mediterranean countries are faced with food production that, in recent decades, has not been sufficient to meet the growing demand for food due to the growth in population. The Maghreb zone remains a net importer of farm produce. (FB/transl.jl) , jista l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma min attenda min-naħa Maltija? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li din id-delegazzjoni għamlet lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin abbażi ta' din il-laqgħa?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Dikjarazzjoni tal-kunsill tal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa wara d-dikjarazzjoni li saru mill-kunsillier li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament f'laqgħa tal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema meta ddikjara li "il-Laburisti għandhom inqas paga fil-post tiegħi, in-Nazzjonlisti għandhom iżjed"? Jista' jgħid jekk id-direttur għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg investigax id-dikjarazzjonijiet pubbliċi li għamel?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tax-Xoghol u Relazzjonijiet Industrijali qiegħed jinvestiga dan il-każ. Nirreferih ukoll għar-risposta li ngħatat f’mistoqsija parlamentari 32607