Buġibba – proġett ta’ ġnien fi Triq San Ġeraldu u l-proġett ta' ħdejn is-salini
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żewġ proġetti li kienu tħabbru madwar sena u nofs ilu, u ċjoè l-ġnien fi Triq San Ġeraldu u l-proġett ta' ħdejn is-salini tal-melħ, ħdejn il-breakwater (moll) ta' Buġibba, fil-fatt hux ser isiru? Jista' l-Ministru jgħid x’kien/u in-numru/i tal-applikazzjoni/jiet mal-Awtorità tal-Ippjanar għal kull wieħed minn dawn iż-żewġ proġetti u jinforma fiex waslu dawn l-istess applikazzjonijiet? Jekk dawn il-proġetti ser isiru, meta hu maħsub li jibdew u jitlestew? Jekk mhux ser isiru, x'wassal għad-deċiżjoni li ma jsirux?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ż-żewġ proġetti msemmija ser isiru. Fir-rigward tal-proġett ta’ tisbiħ tal-ġnien, bħalissa qegħdin isiru il-kunsiderazzjonijiet strutturali. Il-proġett ta’ ħdejn is-salini tal-melħ ġie pospost sakemm jitlesta l-proġett ferm akbar li qed isir maġenbu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fuq imwejjed u siġġijiet bejn l-ewwel ta’ Ġunju u l-aħħar t’Ottubru ta’ din is-sena?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu bejn Ġunju u Ottubru, id-Dipartiment tal-Enforcement fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għamel madwar sitta u sebgħin (76) spezzjonijiet f’Malta u erbgħa u għoxrin (24) spezzjoni f’Għawdex.
Kull spezzjoni tirrikjedi almenu spezzjoni ulterjuri biex jiġi żgurat illi l-operatur jaderixxi mal-istruzzjonijiet li jkunu ngħatawlu. B’hekk effettivament saru madwar mitejn (200) spezzjoni komplessivament.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li titressaq quddiem din il-Kamra liġi bbażata fuq il-white paper 'Legal Reform for the Tourism Industry' li ġiet ippubblikata fl-2016, liema riforma kellha ssir skont il-Politika Nazzjonali tat-Turiżmu għall-Gżejjer Maltin li tnediet f’Marzu 2015, u li skont it-tweġiba tal-istess Ministru għall-mistoqsija parlamentari 578, din kellha titressaq quddiem din il-Kamra għall-Ewwel Qari qabel il-vakanzi tas-sajf?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol fuq din ir-riforma għadu għaddej u għaldaqstant id-dokument se jitressaq għad-diskussjoni matul is-sena d-dieħla.
Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Arretrati ta' liċenzji ta' operaturi turistiċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 574, 1842, 2466, 2817 u 3157, u jgħid l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3257, jista’ l-Ministru jgħid liema huma r-raġunijiet kummerċjali b’tali mod li art pubblika tingħata b’konċessjoni lill-privat?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika d-domanda tiegħu.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa pubblika li saret, fejn tistieden lill-pubbliku inġenerali biex jista’ jitfa’ l-offerta jew juri interess għal dawn il-konċessjonijiet ġewwa Kemmuna?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa qiegħda tiġi finalizzata u se tiġi ppublikata fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plans tal-konċessjonijiet mogħtija fil-bajjiet ta’ Kemmuna? Jista’ jgħid sa fejn dawn l-istess encroachments iwasslu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin isiru reviżjonijiet u s-site plans ta’ tali konċessjonijiet qegħdin jiġu finalizzati.
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Ministeru qiegħed jara li l-kundizzjonijiet mogħtija tal-encroachments ġewwa l-bajjiet ta’ Kemmuna qed ikunu mħarsa? Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba kien hemm żjarat mill-infurzar ġewwa l-bajjiet f’Kemmuna?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li uffiċjali tal-Infurzar fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kienu qed ikunu Kemmuna ta’ kuljum, minn kmieni filgħodu sa tard waranofsinhar, sabiex jiżguraw li jitħarsu l-kundizzjonijiet imposti ġewwa Blue Lagoon.
Fid-dawl li l-Ministru għal diversi drabi tkellem u qal li ser ikun hemm pjan biex id-deckchairs u umbrelli jkunu regolarizzati, jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal dan il-pjan?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin isiru reviżjonijiet u s-site plans ta’ tali konċessjonijiet qegħdin jiġu finalizzati bil-għan li tiġi ppublikata sejħa fiż-żmien li ġej.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 419 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk/meta tinħareġ tender għal-lukanda Selmun Palace dan jinkludix il-Palazz ukoll? L-offerent rebbieħ ikollu kontroll sħiħ u aċċess għall-Palazz? L-offerent rebbieħ se jkun responsabbli li jara li l-palazz ikun mantained bi spejjeż tagħhom mingħajr ma jkollu aċċess għaliha jew il-Gvern ta' Malta jibqa' responsabbli mill-manutenzjoni tal-palazz?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Awtorità Maltija għat-Turiżmu – infiq fuq proġetti fil-lokalità ta’ Marsaskala
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm intefqu flus mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għal-lokalità ta’ Marsaskala matul l-2020 u sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Xi proġetti twettqu b’dawn il-flus allokati?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan biex tinfetaħ information point għat-turisti f’San Ġiljan?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu qegħda taħdem ma’ entitajiet oħra sabiex tittieħed deċiżjoni rigward il-ftuħ ta’ uffiċċju ta’ informazzjoni għat-turisti li jkopri ż-żona turistika minn San Ġiljan sa Tas-Sliema. Infakkarha li kwalunkwe informazzjoni tista’ tiġi pprovduta wkoll b’mezzi diġitali.
Fondazzjoni għall-Iżvilupp ta’ Żoni Turistiċi — Tisbiħ tal-pjazza ta’ Wied il-Għajn
Question
Jista’ l-Ministru jindika x’qed tagħmel issa l-Fondazzjoni għall-Iżvilupp ta’ Żoni Turistiċi biex finalment isir it-tisbiħ tal-pjazza quddiem il-Knisja ta’ Wied il-Għajn?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ kompetenti fil-preżent qegħda teżamina l-possibilitajiet u għaldaqstant aktar informazzjoni tkun tista’ tingħata aktar ‘il quddiem.
Ministeru għat-Turiżmu – Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2599 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li mill-2018 l-ispiza medja tal-advisors fl-entitajiet kienet ta madwar €35 elf ewro fis-sena.
Bajja ta’ Fra Ben – liċenzja għall-kiri ta’ umbrelel u deckchairs
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2851 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2196, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-liċenzja sabiex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-Bajja ta’ Fra Ben?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanta hija ta’ natura kummerċjali sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2852 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2198, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-liċenzji sabiex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tar-Ramla?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanta hija ta’ natura kummerċjali sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2855 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2211, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-beach concessions fil-bajjiet ta’ Kemmuna?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanta hija ta’ natura kummerċjali sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema kienu dawk l-iskemi/għotjiet/grants li ġew offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru għall-2021 u għall-2022, b’mod separat u għal kull sena? Kemm kien il-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi b’mod separat għall-2021 u l-2022? Kemm kien il-valur li fil-fatt ġie allokat għal kull waħda minn dawn l-iskemi u lil liema għaqda ġie allokat? Għall-2023, jista’ l-Ministru jinforma liema huma dawk l-iskemi/għotjiet/grants li hu ppjanat li jiġu offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru u kemm hu l-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru m’għandux tali skemi/għotjiet/grants/.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2856 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2215, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-liċenzji biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tal-Għadira?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanta hija ta’ natura kummerċjali sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.