Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux konsulenti ingaġġati mal-Ministeru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża għall-ingaġġar ta’ konsulenti, xahar b’xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-konsulenzi, min kienu dawn il-konsulenti, xi kwalifiki għandhom, x’inhi l-kompetenza tagħhom u kemm tħallas kull konsulent għall-kull servizz ta’ konsulenza li ta? Jista’ jgħid ukoll kif ingħataw dan ix-xogħol dawn il-konsulenti; jekk hux permezz ta’ direct order jew tender?

Response (BONETT, CHRIS)

Il-konsulenti ingaġġati mal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi huma impjegati skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bormla — Imħażen fi stat ta’ abbandun

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-gvern dwar l-imħażen enormi li hemm fejn l-Università Amerikana ta’ Malta (AUM) f’Bormla li jinsabu fi stat mitluq u ta’ abbandun?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità tat-Trasport — Safety audits ta’ proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26587, 27207 u 27956 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proġetti ġewwa Għawdex u Malta li għalihom saret talba lill-Awtorità tat-Trasport għal safety audit sal-aħħar ta’ Frar 2025? F’liema minn dawn saru rakkomandazzjonijiet għat-titjib neċessarju, liema minnhom twettqu u liema minnhom għadhom ma twettqux?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Għawdex – Trasport Pubbliku — Rotot u frekwenza

Question

B’referenza għaż-żidiet u aktar frekwenza ta’ rotot ġewwa Malta li tħabbru f’dawn l-aħħar ġimgħat, jista’ l-Ministru jgħid liema rotot ġodda hemm maħsub li jiżdiedu ġewwa Għawdex u liema rotot hemm maħsub li tiżdidilhom il-frekwenza ġewwa Għawdex?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28074.

Xogħlijiet fuq pjazez

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li jinqalgħu xi pjazez jew jibdew xi xogħlijiet fuqhom sal-aħħar ta’ din is-sena? Jekk iva, jista’ jidentifika liema huma dawn il-pjazez?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm pjan li se jibda xogħol fuq: · Misraħ Kirkop, Kirkop; · Pjazza tas-Saqqajja, Rabat; · Misraħ Karmnu Grima, Żejtun; · Pjazza ta’ Ħal Tarxien, u · Pjazza ta’ Ħal Safi.

Ħ’Attard — Kitchen Garden - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitlesta x-xogħol fil-Kitchen Garden, f’Ħ’Attard? Jista’ jgħid kemm ġie jiswa dan ix-xogħol, u fiex kien jikkonsisti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhu qed isir l-ebda tip ta’ xogħol mill-entitajiet/dipartimenti fi ħdan il-Ministeru fil-post imsemmi.

Bormla — Parkeġġ quddiem l-Iskola Primarja

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 29065 u 29596 u fid-dawl li hemm tħassib konsiderevoli mill-ġenituri dwar kif dan il-proġett se jaffettwa lil uliedhom, jista’ l-Ministru jippreżenta l-pjanti relattivi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanti huma aċċessibbli għall-pubbliku kif spejgat fit-tweġibiet preċedenti.

Iż-Żejtun — Misraħ Karmnu Grima - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 19769 u 25021, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol qiegħed isir f'Misraħ Karmnu Grima, fiż-Żejtun?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet f’Misraħ Karmenu Grima, Żejtun bdew fl-1 ta’ Lulju 2025. Dawn jikkonsistu f’bini mill-ġdid tal-pjazza li jinkludi wkoll parking ġdid u bini tal-pavimentar mill-ġdid.

Raħal Ġdid – Triq il-Knisja – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol fi Triq il-Knisja, f’Raħal Ġdid? Jista’ jgħid ukoll meta ser ikun lest u t-triq tinfetaħ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fi Triq il-Knisa, Raħal Ġdid huwa parti minn pjan ta’ xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni ta’ toroq f’Raħal Ġdid, liema toroq kienu ilhom ma jsiru għal ħafna u ħafna snin. It-triq ser tinfetaħ dalwaqt kif infetħu t-toroq l-oħra li saru s’issa f’Raħal Ġdid stess.

Il-Gżira – Triq Sir William Reid – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol fi Triq Sir William Reid, fil-Gżira? Jista’ jgħid ukoll meta ser ikun lest u t-triq tinfetaħ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq xogħol ta’ cable laying, liema xogħol qed isir b’koordinament ma’ Enemalta.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Remote working - teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, mal-Ministeru konċernat, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, hemm 104 ħaddiem li jaħdmu permezz ta’ teleworking.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Santa Marija - Tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux time-frame dwar meta se jsir it-tarmak fi Triq Santa Marija, f’Ħaż-Żebbuġ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalità rispettiva tagħhom.

Ħal Tarxien — Xogħlijiet fil-Pjazza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fil-Pjazza ta’ Ħal Tarxien?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin isiru l-preparamenti biex il-mobilizzazzjoni tal-makkinarju jibda wara l-festa tal-Madonna tad-Duttrina, filwaqt li x-xogħol jibda wara shutdowns tradizzjonali li l-kuntratturi jagħmlu f' Santa Marija.

Ir-Rabat, Malta — Triq il-Katakombi - Tabelli one-way - Traffic Management Plan

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27850 dwar tabelli one-way fi Triq il-Katakombi, ir-Rabat, Malta, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-Traffic Management Plan li suppost kien jinsab anness mal-approvazzjoni ta’ Transport Malta li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u li jagħmel referenza għalih id-dokument li kien ġie anness fl-istess tweġiba?

Response (BONETT, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument mitlub.

Impjant ġdid tat-trattament tad-drenaġġ f’Ta’ Qali — Studji

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28099, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux studji biex jidentifikaw is-sit għall-impjant il-ġdid tat-trattament tad-drenaġġ f’Ta’ Qali biex jipprovdi l-ilma għall-proġett tal-Park Nazzjonali? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tal-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk fin-negattiv, kif jista’ jispjega l-għażla li tittieħed art agrikola biex fuqha jsir l-impjant imsemmi mingħajr studji li juru iswed fuq l-abjad li din kienet l-aħjar għażla?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-proġett għall-impjant tat-trattament tad-drenaġġ jinsab fil-fażi inizjali tiegħu. F’dan l-istadju għadhom qed jitħejjew l-istudji dwar it-teknoloġija u l-istima tal-impjant. Għad irid isir ukoll studju ġeotekniku tas-sit li ġie identifikat. Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar sabiex eventwalment tiġi sottomessa l-applikazzjoni lil-Awtorità tal-Ippjanar.

Vetturi mgħobbija żżejjed — Multi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew iċċekkjati vetturi sabiex jiġi stabbilit humiex mgħobbija żżejjed, u kemm ħarġu multi f’dan ir-rigward, minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.