Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar ix-xogħlijiet fi Triq il-Kbira, ir-Rabat, peress li fi ftit ġimgħat se tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Ġużepp fir-Rabat fit-toroq tal-madwar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq l-ewwel fażi hu previst li jkun lest fl-ewwel ġimgħa ta’ Marzu. Intlaħqet deċiżjoni, wara li ġiet diskussa mal-entitajiet kollha kkonċernati, li x-xogħol ser jieqaf għal ħmistax-il ġurnata sabiex ikun jista’ jsir l-armar u ċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Ġużepp. Ix-xogħol mistenni jitkompla wara t-22 ta’ Marzu.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6644, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm kienet l-ispiża totali għall-akkwist tal-yacht tal-qlugħ "Viva Malta", li tnieda fil-21 ta' Diċembru 2022?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6645, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Peress li l-yacht tal-qlugħ "Viva Malta" huwa yacht tekniku u kkumplikat ħafna biex jitħaddem, jista' l-Ministru jispjega r-raġuni għall-akkwist ta' yacht tal-qlugħ daqshekk ikkumplikat u tekniku?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
San Ġwann – Ġnien George Zarb bejn Triq il-Ġiżi u Triq is-Sardinell – xogħlijiet infrastrutturali
Question
B’referenza għall-Ġnien George Zarb li jinsab bejn Triq il-Ġiżi u Triq is-Sardinell f’San Ġwann, fejn bħalissa qed isiru xogħlijiet infrastrutturali kif jidher mir-ritratti annessi, jista' l-Ministru jgħid:
a. jekk il-ġnien hux se jitneħħa;
b. jekk hux se jinqalgħu xi siġar u jekk iva, kemm-il siġra u liema siġar ser jitneħħew; u
ċ. x'inhi r-raġuni għal dan?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6803 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara jekk tistax titkompla Triq Lambordi limiti ta’ Delimara, Marsaxlokk, li tiġi qrib ukoll Kamra tan-Nar, sa Triq Xrobb l-Għaġin, minħabba li s’issa nofsha biss saret?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġà sar xogħol struttruali f’parti mit-triq imsemmija u bħalissa għaddej ukoll xogħol ta’ resurfacing wara li sar xogħol minn entitajiet oħra.
Madanakollu, Infrastructure Malta għaddejja b’taħdidiet mal-Kunsilli Lokali kollha biex isir pjan ta’ toroq residenzjali u rurali li se jkunu qed isiru f’kull lokalità, inkluż f’Masaxlokk, matul is-snin li ġejjin. Dawn id-diskussjonijiet għadhom ma ġewx konklużi.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol mill-pont ta' Ħ'Attard u r-roundabout li kien parti mix-xogħol li sar fuq is-Central link?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pont fi Triq il-Linja, Ħ’Attard, se jitwessa’ sabiex jitneħħa l-bottleneck eżistenti li hemm f’din iż-żona. Meta jintemm it-twessigħ ta’ dan il-pont, l-aħħar saffi ta’ asfalt jistgħu jsiru fil-parti ta’ Triq il-Linja li tmiss ma’ Triq l-Imdina. Sabiex jitwessa’ l-pont jeħtieġ li jingħalaq għat-traffiku għal numru ta’ ġimgħat biex ikun jista’ jsir ix-xogħol meħtieġ. Biex isir dan, ir-rotot alternattivi jridu jkunu lesti mix-xogħol li jkun għaddej fihom u jkunu miftuħa b’wiċċ ta’ asfalt adekwat biex ikunu jistgħu jintużaw.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq f’Ħ'Attard li għandhom jiġu rranġati, jew għandu jsir xi xogħol fuqhom, tul l-2023?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aġenzija tinsab f’diskussjonijiet attivi mal-kunsilli lokali kollha, fosthom dak ta’Ħ’Attard u hemm pjan sabiex din l-akwata tgawdi minn proġetti infrastrutturali. Dawn id-diskussjonijiet għadhom ma ġewx konklużi.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir permanenti rigward l-istat diżastruż tal-wiċċ li sar fi Triq it-Tiġrija, Rabat Malta, wara li reġgħu saru x-xogħlijiet u l-wiċċ reġa' nqala'? Min ser jieħu r-responsabbilità li jħallas?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq rurali jidher li ġarbet ħsarat fil-maltempati riċenti. Minħabba l-ambjent tal-madwar, qed isiru l-investigazzjonijiet neċessarji biex jiġi stabbilit x’hemm bżonn isir.
San Pawl il-Baħar – Telgħet ix-Xemxija – tiswija tal-moll
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6269, li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu, u jieħu l-passi neċessarji biex il-moll li jinsab taħt it-triq prinċipali tax-Xemxija, jiġifieri Telgħet ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar, jiġi rranġat qabel jitkisser iktar, hekk kif bħalissa dan diġà fih ħafna ħsara?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta se tagħmel spezzjoni tal-moll imsemmi biex jiġu identifikati l-interventi neċessarji.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk irċeviex rapporti dwar opra tal-baħar li ddaħħlet fuq il-blat fil-Mistra? Jista' jgħid jekk l-awtorità responsabbli ħaditx xi passi biex titneħħa mill-post l-istess opra tal-baħar? Jista' jgħid ukoll jekk ħarġux xi żjut/fuel fil-baħar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Transport ħarġet sejħa biex jitneħħa l-bastiment immedjatament malli saret taf li l-bastiment spiċċa fuq il-blat fil-bajja tal-Mistra. Fl-ebda mument waqt diversi spezzjonijijet ma ġie nnutat tixrid ta’ żejt / fjuwil fil-baħar. L-Awtorità tat-Trasport se tiżgura li jibqgħu jsiru ispezzjonijiet ta’ spiss sakemm jitneħħa l-bastiment mill-bajja.
Bdil fis-sistema preżenti tat-traffiku f’Ħal Tarxien
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li s-sistema preżenti tat-traffiku li joħroġ minn Triq il-Palma u Triq San Anard f’Ħal Tarxien se tinbidel billi qiegħed jingħad li minflok se ssir roundabout li tbiddel il-konfigurazzjoni u l-flow tal-istess traffiku?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan, u meta, biex issir rikostruzzjoni ta' Triq il-Kbira, f'Ħaż-Żebbug, Malta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Infrastructure Malta varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali, fosthom dak ta’ Ħaż-Żebbuġ, fejn talbithom jagħtu lista ta’ toroq li għandhom bżonn xogħol infrastrutturali u li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjn. Dan skont skeda dettaljata li qed tiġi diskussa u maqbula magħhom. Parti minn Triq il-Kbira diġà tinsab fil-lista ta’ prijoritajiet li ressaq l-Kunsill ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni tal-pont li jinsab fit-triq fiż-żona Tat-Temp, Wied il-Bużbież, Mtaħleb Rabat, RBT4420 wara li saru diversi rapporti lill-Kunsill Lokali Rabat, lill-Awtorità tal-Artijiet, lil Valley Management Unit u lil Infrastructure Malta peress li dan l-inkonvenjent qed iwaqqaf lil diversi bdiewa milli jaċċesaw ir-raba' tagħhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6259 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5604, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq it-triq li waqgħet f'Wied il-Qlejgħa 13-il xahar ilu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru 5894.
Transport Malta – liċenzja tas-sewqan Maltija valida
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6285 u jgħid kemm hawn persuni li għandhom liċenzja tas-sewqan Maltija valida, skont il-kategoriji differenti? Kemm minn dawn il-liċenzji huma ta’ persuni Maltin? Kemm minn dawn il-liċenzji huma ta’ persuni li ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea? Kemm minn dawn il-liċenzji huma ta’ persuni li ġejjin minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ liċenzji tas-sewqan maħruġa f’Malta sal-aħħar ta’ Jannar 2023 kien ta’ 277,490 kif ġej:
239,496 huma maħruġa lil ċittadini Maltin
14,622 huma maħruġa lil ċittadini ta’ stat membri tal-Unjoni Ewropeja
23,372 huma maħruġa lil ċittadini mhux Maltin u/jew minn pajjiz barra mill-Unjoni Ewropea.
Fid-dawl li fi ftit taż-żmien ieħor wieħed jista’ jagħmel użu tal-Kannabis, jista’ l-Ministru jgħid jekk wieħed jistax isuq il-vettura fit-triq wara li jkun għamel użu mill-Kannabis? Ser ikun hemm xi testijiet bħalma jiġri fl-użu tal-alkoħol? Ser jibqa’ illegali li wieħed jagħmel użu tas-sustanzi u jsuq vetturi? Kif wieħed jista’ jserraħ rasu li meta jkollu t-tfal l-iskola fuq vannijiet tal-iskola jew jagħmel użu minn taxi/cabs/vannijiet privati, is-sewwieq ma jkunx taħt effett ta’ din is-sustanza?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikazzjoni tal-jetty li jintrabat miegħu l-Floating Storage Unit (Armada LNG Mediterrana) f'Marsaxlokk meta jkun qed iforni l-gass għall-użu tal-power stations?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Terminal ta’ Rigassifikazzjoni tal-LNG ta’ Delimara li jinkludi l-moll u l-Floating Storrage Unit (FSU), għadda, u dan kien suġġet għal standards u spezzjonijiet minn organizzazzjoni rikonoxxuta (Recognised Organisation/Classification Society) waqt il-fażi tal-kummissjonar, bħala parti mill-proċess biex it-terminal kollu kemm hu jibda jaħdem. It-tagħmir anċillari huwa suġġet għal spezzjonijiet regulari. Iċ-ċertifikazzjoni relatata nħarġet għalhekk minn Bureau Veritas.