Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mina bejn Malta u Għawdex — noll

Question

B'referenza għaċ-ċertezza li l-mina bejn Malta u Għawdex se ssir, jista' l-Ministru jgħid kemm se jiswa n-noll biex wieħed jgħaddi mill-mina? Dan il-prezz se jkun fiss għal numru ta' snin u garantit li ma jogħliex?

Response (BORG, IAN)

Nirreferu għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7606 tas-Seduta 166.

Mina bejn Malta u Għawdex — monorail

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mina bejn Malta u Għawdex hux se tkun tista' tinbidel f'mina għall-monorail taħt l-art biex tgħaqqad iż-żewġ gżejjer fi ħdan proġett aktar wiesa' kif propost mill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni?

Response (BORG, IAN)

Nirreferu għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7606 tas-Seduta 166.

Awtorità tal-Ippjanar — applikazzjonijiet għall-boutique hotels, guesthouses jew akkomodazzjoni turistika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet matul is-sena 2018 għand l-Awtorità tal-Ippjanar għal boutique hotels, guesthouses jew forom oħra ta’ akkomodazzjoni turistika? Jista' jaqsam din l-informazzjoni fi skeda li tindika kemm daħlu tali applikazzjonijiet skont kull lokal f’Malta u Għawdex?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, t-tagħrif mitlub qed jiġi anness fit-tabella t’hawn taħt li turi n-numru ta' applikazzjonijiet li ġew validati jew ippubblikati fl-2018 li jinvolvu l-bini mill-ġdid, tibdil jew estensjoni ta', jew bdil fl-użu għal, akkomodazzjoni turistika li taqa' fil-Klassi 3A tal-Ordni dwar il-Klassijiet ta’ Użu fl-Ippjanar tal-Iżvilupp li tinkludi: (a) guest house; (b) palazzino; (ċ) boutique hotel; (d) hostel; Din il-klassi ta' żvilupp teskludi Lukandi (Klassi 3B) It-tabella turi l-informazjoni maqsuma skont kull lokalita f’Malta u Għawdex. Count of CaseFullRef Island L.C. Total GOZO Munxar 2 Qala 1 Rabat (Gozo) 6 Sannat 1 Xaghra 2 Xewkija 2 Zebbug (Gozo) 2 GOZO Total 16 MALTA Attard 1 Belt Valletta 15 Birkirkara 1 Birzebbuga 1 Cospicua (Bormla) 5 Fgura 1 Floriana 5 Gharghur 1 Gzira 7 Gzira / Msida 1 Iklin 1 Luqa 1 Marsa 1 Marsascala 3 Marsaxlokk 1 Mdina 1 Mellieha 1 Mosta 4 Msida 3 Naxxar 2 Paola 3 Pieta 2 Qormi 1 Qrendi 2 Rabat 6 San Giljan 15 San Gwann 1 San Pawl il-Bahar 7 Santa Venera 1 Senglea (Isla) 4 Sliema 20 Swieqi 2 Tarxien 1 Vittoriosa (Birgu) 2 Zabbar 1 Zebbug 2 Zurrieq 1 MALTA Total 127 Grand Total 143

Awtorità tal-Ippjanar — applikazzjonijiet għall-medium u high risers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet matul is-sena 2018 għand l-Awtorità tal-Ippjanar għal medium u high risers? Jista' jaqsam din l-informazzjoni fi skeda li tindika kemm daħlu tali applikazzjonijiet skont kull lokal f’Malta u Għawdex?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tal-Ippjanar, hawn taħt hawn tabella bid-dettalji mitluba ta’ skeda li tindika l-applikazzjonijiet għal medium u high rise li daħlu matul is-sena 2018 għand l-Awtorità tal-Ippjanar. PA Nos. Type of Application Reception Date Proposal Description Location Local Council 00897/18 Outline 21/01/2018 Proposed commercial development based on floor area ratio Site at, Triq it-Tigrija /, Triq 13 Ta' Dicembru, Marsa, Malta Marsa 09524/18 Screening 12/10/2018 Construction of multi use development applying the Floor Area Ratio (FAR) for medium rise building within the parameters of previous approved PC 38/16. The proposal shall include the excavation of site to make provision for 3 basement levels of parking facilities, 1 basement level of supermarket, Class 3 Gymnasium and related storage facilities, Class 4D outlet at piazza level, 1 floor of class 4A offices and overlying 94, Class 1, residential units over 8 floors. Site at, Triq il-Markiz Giuseppe Scicluna and 3 New Streets off, Triq il-Markiz Giuseppe Scicluna, Naxxar, Malta Naxxar 00707/19 Outline 17/10/2018 Additional excavation to the currently excavated site down to the required site levels and construction of a high-rise building using the Floor Area Ratio Policy: consisting of three underground parking levels and 16 floors of Offices (Class 4A), with a Class 4D and showroom at ground floor. Site at, Triq it-Tigrija, Marsa Marsa

Applikazzjonijiet għall-iżvilupp għall-pompi tal-fuel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal permessi tal-iżvilupp għal pompi tal-fuel ġodda matul is-sena 2018? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati u/jew rifjutati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, fl-2018 ġew validati jew ippubblikati seba' applikazzjonijiet għal żvilupp għal bini ta' pompi tal-fuel ġodda, li erbgħa minnhom huma għal rilokazzjoni. Waħda ġiet approvata, tnejn ġew rifjutati u erbgħa għadhom pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet, validati jew ippublikati fis-sena 2018 u li fil-proposta tagħhom għandhom xi waħda mill-kelmiet segwenti. · Fuel · Petrol · Diesel

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella segwenti: Dipartiment / Entita' / Agenzija: Facebook URL Transport Malta https://www.facebook.com/transportmaltanews/ https://www.facebook.com/EuropeanMobilityActionsMalta Planning Authority https://www.facebook.com/planningauthority/ Lands Authority https://www.facebook.com/pages/category/Government-Organization/Lands-Authority-1245045138927297/ Land Registry NONE BICC https://www.facebook.com/BICC-587618221368797/ BRO https://www.facebook.com/The-Building-Regulation-Office-Malta-1648499748753605/ Property Malta https://www.facebook.com/propertymalta.org Infrastructure Malta https://www.facebook.com/infrastructuremalta/ updated on 24/01/2019

Breakwater ta’ Marsalforn — proġett

Question

Peress li Infrastruttura Malta ħadet taħt idejha ukoll il-proġetti kollha marittimi tal-gżejjer Maltin, jista’ l-Ministru jgħid x’hemm ippjanat li jsir matul is-sena 2019 rigward il-bini mill-ġdid tal-Breakwater ta’ Marsalforn?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat – jiġifieri dik responsabbli mill-Ministeru għal Għawdex.

Is-Siġġiewi – Triq Nikol Azzopardi — tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Nikol Azzopardi fis-Siġġiewi ser tingħata t-tarmak għall-ewwel darba hekk kif is-sitwazzjoni fiż-żminijiet tax-xitwa hija ta' inkonvenjent għar-residenti?

Response (BORG, IAN)

Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, qed jiġu ppjanati b’mod gradwali sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Fil-fatt, f’Jannar li għadda, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. It-triq indikata hija fost il-120 li tħabbru pubblikament fix-xhur li għaddew, u li ser jinbnew din is-sena. Aktar toroq li ser jinbnew mill-ġdid din is-sena jitħabbru fiż-żmien li ġej. Tajjeb jiġi ċċarat li l-investiment tal-Gvern f’dawn it-toroq residenzjali m’huwiex sempliċiment xogħol ta’ asfaltar. Il-bini mill-ġdid ta’ kull triq jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn. Bħala parti mill-proġett, Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, tal-elettriku u tat-telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Fil-fatt, ix-xogħlijiet fil-31 triq li nbdew din il-ġimgħa se jinkludu t-tqegħid ta’ 32 kilometru ta’ pajpijiet ġodda tal-ilma, cables tal-elettriku u trinek għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni. L-aġenzija ser tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.

Ħal Qormi – Triq Amleto Spiteri – żvilupp ta’ żona

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar hijiex lesta tikkunsidra l-iżvilupp taż-żona mmarkata bi kwadru fir-ritratt li qed jingħata separatament u li tinsab fiż-żona tal-iżvilupp fi Triq Amleto Spiteri Ħal Qormi?

Response (BORG, IAN)

Is-sit inidkat huwa zoned bħala ‘Valley Watercourse Areas’ u kopert bil-policy CG30 tal-Pjan Lokali ta’ Ħal Qormi tal-2006. Il-policy CG30 tindika li mhux permess żvilupp f’dawn iż-żoni.

Pont f'Wied Qirda

Question

B’referenza għat-triq ġo Wied Qirda li ngħatat wiċċ tat-tarmak meta kienet irregolari għax timblokka l-wied u li l-Awtorità tal-Ippjanar, iddeċidiet ħesrem li għandha tapprova l-proġett u mhux talli hekk, imma talli titneħħa enforcement notice, u peress li dan ġie rrapportat mill-media, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni? Jista’ jgħid għalfejn l-ambjent naturali tal-wied ma kienx qed jiġi mħares? Jista’ jgħid jekk setax isir pont bejn naħa u oħra tal-wied, minflok li l-wied intradam u saret triq fuqu hekk kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament? Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni valida għalfejn sar dan l-isfreġju? Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitneħħa kulma sar u jsir pont kif suppost?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar

Siġġiewi – Triq Blat il-Qamar – bus shelter

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra jinstalla bus shelter fi Triq Blat il-Qamar is-Siġġiewi fil-parti tat-triq lejn in-naħa taċ-ċimiterju?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni.

Ħal Qormi- toroq li se jiġu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema se jkunu t-toroq f’Ħal Qormi li se jiġu asfaltati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, qed jiġu ppjanati b’mod gradwali sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Fil-fatt, f’Jannar 2019, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Aktar toroq li ser jinbnew mill-ġdid din is-sena jitħabbru fiż-żmien li ġej. Tajjeb jiġi ċċarat li l-investiment tal-Gvern f’dawn it-toroq residenzjali m’huwiex sempliċiment xogħol ta’ asfaltar. Il-bini mill-ġdid ta’ kull triq jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn. Bħala parti mill-proġett, Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-b¿onn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, tal-elettriku u tat-telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Fil-fatt, ix-xogħlijiet fil-31 triq li nbdew din il-ġimgħa se jinkludu t-tqegħid ta’ 32 kilometru ta’ pajpijiet ġodda tal-ilma, cables tal-elettriku u trinek għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni.

Bini ta’ bankini skont il-linji gwida tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bankini l-ġodda hux qed jiġu mibnija skont il-linji gwida tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bini ta’ bankini jiddependi minn diversi fatturi, fosthom il-wisgħa tat-triq, l-u¿u tal-art mal-ġnub tagħha, speċjalment meta jkun hemm residenzi jew bini ieħor, kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà ta’ dawk kollha li jużaw it-triq. Infrastructure Malta qed taħdem bi sħiħ biex kull fejn huwa teknikament u fiżikament possibbli b’mod sikur, tinkludi faċilitajiet aktar aċċessibbli għal dawk li jivvjaġġġaw bil-mixi jew b’mezzi oħra alternattivi tal-ivvjaġġar. Pereżempju, fil-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq tal-Balal, qed titlesta bankina ġdida li għall-ewwel darba se toħloq aċċess sikur għal dawk li jimxu bejn in-Naxxar u San Ġwann. Fl-istess waqt, dan l-impenn imur lil hinn minn sempliċiment bini ta’ bankini. Fil-fatt, Infrastructure Malta qed tinvesti bi sħiħ fl-introduzzjoni ta’ aktar faċilitajiet tal-mixi aċċessibbli għal kulħadd. Fost oħrajn, se jinbnew aktar minn seba’ pontijiet għall-mixi u r-roti aċċessibbli għal kulħadd, f’toroq arterjali f’diversi lokalitajiet. Fosthom, hemm dawk fi Vjal l-Avjazzjoni, Luqa, fi Triq l-Imdina, ’Ħ’Attard bħala parti minn Central Link Project, fi Triq San Gorg Preca, Blata l-Bajda u oħrajn li se jsiru permezz tal-Marsa Junction Project. Il-pjanti ta’ dawn il-proġetti jitfasslu b’konsultazzjoni sħiħa mal-Kummisjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u entitajiet oħra konċernati. Fl-istess waqt, qed jiġu introdotti wkoll korsiji maqtugħin għalihom mit-triq għar-roti u l-mixi, li jkomplu jħajru aktar persuni jużaw dawn il-mezzi tal-ivvjaġġar. Korsiji ta’ dan it-tip, bħal ma qed isiru fi Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok (taċ-Ċawsli), bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun, Triq Ħal Luqa, Santa Luċija, Triq il-Buqana u oħrajn, ikunu wkoll aċċessibbli għal persuni b’diffikultajiet ta’ mobilità. L-itwal korsija ta’ dan it-tip f’Malta se tkun qed issir bejn l-Imrieħel u Ta’ Qali, bħala parti mis-Central Link Project. Korsija oħra simili se ssir bejn Ħal Luqa u l-Marsa.

Reserved parking – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara t-talba għal reserved parking tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li Uffiċjali ta’ Transport Malta marru fuq il-post ta’ l-applikant sabiex jaraw fejn tista’ ssir il-Communal Reserved Parking Bay li qed tintalab. Infurmat li skont il-policy dwar parkeġġi riservati għall persuni b’diżabilita’ u li saret bi qbil mal-Kummissjoni għad Drittijiet ta’ persuni b’diżabilita’, min ikollu garage ma jistax ikollu parkeġġ riservat sakemm tali garage ma jkunx aċċessibli għall persuna b’diżabilita’. Infurmat ukoll li l-applikant talab sabiex il-Communal Reserved Parking Bay issir quddiem il-garage tiegħu liema talba ma tistax tkun aċċettata minħabba l-fatt li f’Communal Reserved Parking Bay jista’ jipparkja fiha kull min għandu Blue Badge u allura Transport Malta ma tistax tapprova li jingħalaq aċċess għal garage ta’ xi individwu anke jekk dan ikun aċċettat mis-sid stess. Uffiċjali minn Transport Malta qegħdin jagħmlu kuntatt ma l-applikant sabiex ifehmuh ir-raġuni l-għaliex ma jistax isir il-parkeġġ riservat kif qiegħed jitlob.

Mina bejn Malta u Għawdex – dokumenti relatati

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi pjanti jew dokumenti relatati mal-mina indikata/proposta li se ssir bejn Malta u Għawdex u jindika preċiżament f’liema żona f'Malta u f’Għawdex din il-mina se tkun qed tibda u tintemm?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7311 tas-Seduta 165, nikkonferma li l-conceptual design ta’ kif tista’ tinbena l-mina qed jitfasslu bħalissa bħala parti mill-istudji li għaddejjin skont il-proċess meħtieġ biex jinkisbu l-permessi għal dan l-iżvilupp mingħand l-awtoritajiet kompetenti. Dawn id-dokumenti jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti għall-konsultazzjonijiet u l-kunsiderazzjonijiet meħtieġa, fiż-żmien li ġej, hekk kif jiġu konklużi flimkien mal-istudji relatati.