Ministeru għas-Saħħa — persuni rreġistrati bħala self-employed
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni rreġistrati bħala self-employed mal-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ma jkunux reġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġie jiswa l-festin tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena organizzat mis-Segretarju Permanenti fl-istess Ministeru għas-Saħħa nhar is-6 ta' Jannar li għadda f'lokal fil-Belt Valletta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan l-avveniment li ma kienx festin izda li sar wara diskussjoni bejn is-Segretarju Permanenti Ewlieni u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tas-Saħħa u li l-iskop kien li jlaqqa d-dirigenti ta’ diversi entitajiet tas-servizz tas-saħħa pubblika bil-għan li jkun hemm ukoll okkazzjoni ta’ team building, sewa Eur5,700.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid tax l-approvazzjoni tiegħu għall-festin tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena organizzat mis-Segretarju Permanenti fl-istess Ministeru għas-Saħħa nhar is-6 ta' Jannar li għadda f'lokal fil-Belt Valletta?
Festin tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena – lista ta’ mistiedna
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' dawk kollha mistiedna għall-festin tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena organizzat mis-Segretarju Permanenti fl-istess Ministeru għas-Saħħa nhar is-6 ta' Jannar li għadda f'lokal fil-Belt Valletta?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tal-ordnijiet kollha - ikel, xorb, mużika, lokal, eċċ - li saru għall-festin tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena organizzat mis-Segretarju Permanenti fl-istess Ministeru għas-Saħħa nhar is-6 ta' Jannar li għadda f'lokal fil-Belt Valletta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ir-regoli tal-Public Procurement ntalbu kwotazzjonijiet differenti minn operaturi differenti u ntgħażlet l-orħos kwotazzjoni.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f’din il-Leġiżlatura jekk u meta sar xi safar barra mill-pajjiż u jipprovdi l-informazzjoni dwar kemm sar użu minn roaming u kemm kien il-ħlas rispettiv għal tali użu, kemm għall-Ministru kif ukoll għall-istaff tiegħu b'mod rispettiv għal kull persuna u kull safra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-tabella t'hawn taħt hemm rendikont tar-roaming mitlub minnu.
Persuna
Perjodu ta' Roaming
Ammont pagabbli f'roaming (€)
DPM
Mejju 2022
8.44
DPM
Ġunju 2022
69.97
DPM
Settembru 2022
117.84
DPM
Ottubru 2022
0
DPM
Novembru 2022
446.27
DPM
Diċembru 2022
0
Individwu li kellu laqgħat ma’ rappreżentanti ta' soċjetajiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka d-dati kollha tal-laqgħat li l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kellu ma’ rappreżentanti tas-soċjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament ukoll?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
Data
Isem l-Individu Elenkati
Dettal tas-Soċjeta ma' min saret il-Laqgħa
13.09.2022
Segretarju Permanenti
Steward
20.09.2022
Segretarju Permanenti
Steward
22.09.2022
Segretarju Permanenti
Steward
24.10.2022
Segretarju Permanenti
Steward
25.10.2022
Segretarju Permanenti
Steward
03.11.2O22
Segretarju Permanenti
Steward
30.11.2022
Segretarju Permanenti
Steward
01.12.2022
Segretarju Permanenti
Steward
02.12.2022
Segretarju Permanenti
Steward
Individwu li kellu laqgħat ma’ rappreżentanti ta' soċjetajiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka d-dati kollha tal-laqgħat li l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kellu ma’ rappreżentanti ta’ soċjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament ukoll?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' laqghat mitluba minnu.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6718, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il spazju ta' parkeġġ hemm biswit il-lok magħżul għal Klinika fil-Komunità f'Birżebbuġa, kemm ser ikun l-investiment inizjali, x'ser ikunu s-servizzi li ser ikunu offruti u meta ser ikunu l-ġranet u l-ħinijiet tal-ftuħ? Jista' jgħid liema ser ikunu l-ħinijiet tat-tabib (GP) u jekk hux ser jingħata s-servizz ta' tilqim, speċjalment dak relatat ma’ persuni li jaħdmu ma’ immigranti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xoghol fuq il-Klinika Kommunitarja għas-sahha f’B’Bugia ser jibda fil-gimghat li gejjin wara li aktar kmieni din is-sena instab sit addattat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjan hemm dwar it-trattament tal-iscabies peress li l-Permethrin Cream u oral Ivermectin jinsabu out of stock/very limited stock u bħalissa mhux qed jingħata trattament lil kull pazjent jew il-kuntatti tiegħu kollha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina li tintuża għat-trattament tal-iscabies qiegħda Malta u l-approvazzjoni għall-użu tagħha qed tiġi proċessata mill-Medicines Authority.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hawn każijiet ta’ scabies mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022 u mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-lum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu ta’ din is-sena sa issa kienu rraportati 64 kazi ta’ scabies.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – stennija tal-pazjenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-istennija medja ta’ pazjent fl-Emerġenza minn meta jirreġistra sal-punt li tittieħed deċiżjoni medika ta’ jekk jingħatax sodda f’ward jew jintbagħatx lura d-dar wara li jingħata kura jew dijanjosi mit-tobba fl-Emerġenza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dipartiment tal- Emergenza, dawk il-pazzjenti li jipprezentaw inmwegghin gravi, b’mard jew kundizzjonijiet akuti u instabbli, jigu ikkurati minnufih minn tim multiprofessjonali. Dan jfisser li ma jkun hemm ebda dewmien ghal kura u d-decizzjoni medika. Il-kazijiet l-ohra kollha jigu ezaminati, investigati u ikkurati mill-membri tat-tim tal emergenza skond il-priorita medika taghhom. Din tinghata b-ghodda professjonali internazzjonali ta TRIAGE. Tul ix-xahar ta Frar, il-hin medju ta bejn ir-registrar tal-pazjent u d-decizjoni finali kien ta bejn 5 u 6 sighat. Dan Il-hin jiddependi mill-kumplessita tal-kundizzjoni tal-pazjent li xi drabi jkun jehtieglu testijiet dettaljati ta’ demm jew ta’ radjologija – bhal x-rays jew CT Scan li jkunu parti mill-process ta’ dijanjizi u kura akuta li tinghata fid-Departiment tal-Emergenza stress.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma l-uffiċċji reġjonali tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ġewwa Malta u Għawdex fejn wieħed jista' jirrapporta nuqqas relatat mas-sanità? Minn fejn qed joperaw? X'inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ ta' kull wieħed minn dawn l-uffiċċji?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 6600.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7416, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jaġġorna l-Kamra dwar l-eżitu tat-tender għad-Dipartiment tal-iSleep Lab?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rapport ta’ evalwazzjoni qed jiġi ffinalizzat u se jintbagħat lid-Dipartiment tal-Kuntratti bir-rakkomandazzjonijiet mill-bord.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu jsir biex tiġi mħarsa s-saħħa mentali ta' persuni li jbatu minn dawn il-kundizzjonijiet: Parkinson's Disease, Fibromyalgia, Cystic Fibrosis, ALS u Alzheimer's Disease?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 7173.
Monitoraġġ ta’ persuni b’mard mentali li jgħixu fil-komunità
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni b’mard mentali li jgħixu fil-komunità u kemm-il darba jkunu mmonitorjati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-komunità hemm 10,016-il persuna b’mard mentali u dawn jiġu mmoniterjati skont il-bżonn u l-urġenza tal-pazjent.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux ippjanat li ssir waiting area maġenb il-klinika għas-saħħa mentali fl-Imtarfa, minħabba skumdità għall-klijenti li jżuruha kemm fis-sħana tas-sajf kif ukoll fit-temp xitwi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-klinika għas-Saħħa Mentali fl-Imtarfa diġa hemm waiting area.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm infermiera u qwiebel barranin? Jista’ jgħid kemm hemm minnhom li ġejjin minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u kemm hemm li ġejjin minn pajjiżi terzi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi infermiera u qwiebel barranin li ġejjin minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u li ġejjin minn pajjiżi terzi huwa skont it-tabella hawn taħt mehmuża.
Non - Maltese Nurses and Midwives
EU Nationals
Third Country Nationals
98
231
Individwi li kellhom laqgħat ma’ rappreżentanti ta' soċjetajiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka d-dati kollha tal-laqgħat li l-Eks Ministri tas-Saħħa kellhom ma’ rappreżentanti tas-soċjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tali informazzjoni ma tinżammx.